|
19.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/40 |
LINJA GWIDA (UE) 2023/832 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (BĊE/2023/49)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1). |
|
(2) |
L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f’ċirkustanzi li fihom il-kollateral jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta’ inadempjenza ta’ kontroparti. Il-qafas ta’ kontroll tar-riskju tal-Eurosistema jiġi rrivedut regolarment sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. Bħala riżultat ta’ dik ir-reviżjoni regolari, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fil-15 ta’ Lulju 2022 li jintroduċi ċerti bidliet fil-qafas tal-kontroll tar-riskju. |
|
(3) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli jneħħi gradwalment it-tnaqqis temporanju tal-haircuts fil-valutazzjoni li kienu ġew deċiżi bħala parti mill-miżuri temporanji ta’ taffija tal-kollateral meħuda mill-Eurosistema b’reazzjoni għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji eċċezzjonali assoċjati mat-tixrid tal-marda tal-coronavirus (COVID-19). Dan huwa t-tieni pass tat-tneħħija gradwali fit-tnaqqis tal-haircuts fil-valutazzjoni li ġie deċiż mill-Kunsill Governattiv fit-23 ta’ Marzu 2022, u se jikkonkludi tali tneħħija gradwali. |
|
(4) |
Peress li l-profil tar-riskju ta’ bonds koperti leġiżlattivi oħra u ta’ multi cédulas huwa simili għal dak ta’ bonds koperti jumbo, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għall-istess valutazzjonijiet tat-telf impost, u għalhekk il-bonds koperti leġiżlattivi kollha u l-multi cédulas għandhom jiġu inklużi fil-kategorija tal-haircut II u r-referenzi għal bonds koperti jumbo għandhom jitneħħew mil-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2015/35) (2). |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jibdel l-allokazzjoni ta’ strumenti ta’ dejn maħruġa mill-Unjoni Ewropea minn kategorija haircut II għal kategorija haircut I, minħabba l-komparabbiltà tagħhom ma’ strumenti ta’ dejn fil-kategorija tal-aħħar f’termini ta’ pprezzar kif ukoll riskju tas-suq u tal-likwidità, meta jkun qed isir kontroll għall-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-maturità residwa ta’ strument. Dan huwa konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju tal-protezzjoni, il-konsistenza, is-sempliċità u t-trasparenza li jirfdu t-tfassil tal-qafas kollaterali tal-Eurosistema, inklużi haircuts fil-valutazzjoni. |
|
(6) |
Sabiex ikun jista’ jsir trattament aktar granulari u xieraq tar-riskji assoċjati ma’ strumenti ta’ maturità twila, u b’hekk tittejjeb il-kopertura tar-riskju tal-iskeda ta’ haircuts, ġie deċiż li l-kategorija tal-istrumenti bl-itwal maturità residwa, (jiġifieri aktar minn għaxar snin ([10, ∞)) tinqasam fi tliet kategoriji ġodda, minn għaxar snin sa ħmistax-il sena ([10, 15)), minn ħmistax-il sena sa tletin snin ([15, 30)) u tletin sena jew aktar ([30, ∞)). Din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni li jiġi applikat tnaqqis fil-valutazzjoni teoretiku dipendenti fuq il-maturità, hija maħsuba wkoll biex ittejjeb il-granularità tal-kopertura tar-riskju ta’ dik il-valutazzjoni teoretika, li hija partikolarment rilevanti għall-istrumenti b’maturitajiet itwal. |
|
(7) |
Tqies ukoll neċessarju li tiġi speċifikata u aġġustata aktar id-definizzjoni tal-maturità residwa għall-bonds koperti għall-użu proprju, filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk bi struttura “soft bullet”, u dawk bi struttura pass-through kundizzjonali, sabiex tiġi evitata żieda mhux ġustifikata (jiġifieri mhux iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet ta’ riskju) fil-haircuts fil-valutazzjoni applikati għal dawn tal-aħħar, bħala konsegwenza tal-qsim imsemmi hawn fuq tal-kategorija ta’ strumenti ta’ dejn b’maturità twila fi tliet kategoriji distinti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jissostitwixxi, kemm fil-qafas tal-kollateral permanenti kif ukoll f’dak temporanju, it-tnaqqis fil-valutazzjoni teoretiku fiss attwali ta’ 5 % applikabbli għal assi negozjabbli skont l-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) bi skeda ta’ tnaqqis gradwata fil-maturità, għall-assi negozjabbli kollha teoretikament ivvalutati ħlief dawk li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ haircut I. Ir-raġuni għal dan hija li l-kollateral tal-Eurosistema jiġi protett b’mod aktar granulari kontra riskji tal-mudell li jirriżultaw minn valutazzjoni teoretika ta’ assi negozjabbli. |
|
(9) |
Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġu riflessi b’mod adegwat ir-riskji ta’ assi negozjabbli b’kupuni varjabbli, u biex tittejjeb il-protezzjoni tar-riskju tal-Eurosistema, ġie deċiż li l-klassifikazzjoni ta’ haircut ta’ assi negozjabbli tiġi allinjata ma’ kupun fiss u dawk b’kupun varjabbli minħabba li wrew livelli komparabbli ta’ riskju totali. |
|
(10) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punti (a), (b) u (c) huma mibdula b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 3 Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli 1. Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta’ haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’:
2. Għal assi negozjabbli allokati għal kategoriji ta’ haircut I sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandha tiddependi fuq il-maturità residwa u fuq l-istruttura tal-kupun tal-assi (fissi/varjabbli jew żero) kif iddeterminata abbazi ta’ Tabella 2 fl-Anness ta’ din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi, irrispettivament mit-tip tal-istruttura tal-kupun. 2a. Id-determinazzjoni tal-maturità residwa għal bonds koperti għall-użu proprju għandha tiddependi fuq jekk il-bonds koperti għall-użu proprju għandhomx struttura ta’ soft bullet jew struttura pass-through kundizzjonali, kif ġej:
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu 2a, “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta’ bonds koperti li jkunu maħruġin jew iggarantiti mill-kontroparti nnifisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). 3. Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta’ haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ponderata tal-assi kif speċifikat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts fil-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta’ din il-Linja Gwida. 4. Il-ħajja medja ponderata tas-segment prijoritarju ta’ titolu ggarantit b’assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ponderat li jifdal sakemm isir ħlas lura tal-flussi ta’ flus kontanti minn dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b’assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ponderata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent mhux ser jiġux eżerċitati. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b’assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b’assi użati f’perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b’assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)." |
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 4 Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta’ assi negozjabbli Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta’ assi negozjabbli:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li ġej: “5. Strumenti ta’ dejn iggarantiti b’ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta’ 31,5 %.” |
|
(5) |
L-Anness jinbidel bl-Anness ta’ din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mid-29 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Frar 2023.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS
L-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa mibdul b’dan li ġej:
“ANNESS
Tabella 1
Kategoriji ta’ haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta’ emittent u/jew it-tip ta’ assi
|
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
Kategorija V |
|
Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-Unjoni Ewropea Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE Ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv |
Strumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali Strumenti ta’ dejn maħruġa minn entitajiet (istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet li mhumiex ta’ kreditu) ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) Strumenti ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali għajr l-Unjoni Ewropea Bonds koperti leġiżlattivi Multi cédulas |
Strumenti ta’ dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern u aġenziji li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
Strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u aġenziji li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) Strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Titoli garantiti b’assi |
Tabella 2
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta’ haircuts I sa IV
|
(f’%) |
|||||||||
|
|
Kategoriji ta’ haircuts |
||||||||
|
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) ((*)) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
|
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
||
|
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
0,5 |
0,5 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
7,5 |
7,5 |
|
[1 ,3 ) |
1,0 |
2,0 |
1,5 |
2,5 |
2,0 |
3,0 |
10,0 |
11,5 |
|
|
[3 ,5 ) |
1,5 |
2,5 |
2,5 |
3,5 |
3,0 |
4,5 |
12,0 |
13,0 |
|
|
[5 ,7 ) |
2,0 |
3,0 |
3,5 |
4,5 |
4,5 |
6,0 |
14,0 |
15,0 |
|
|
[7 ,10 ) |
3,0 |
4,0 |
4,5 |
6,5 |
6,0 |
8,0 |
16,0 |
17,5 |
|
|
[10 ,15 ) |
4,0 |
5,0 |
6,5 |
8,5 |
7,5 |
10,0 |
18,0 |
22,5 |
|
|
[15 ,30 ) |
5,0 |
6,0 |
8,0 |
11,5 |
9,0 |
13,0 |
21,0 |
25,0 |
|
|
[30 , ∞) |
6,0 |
9,0 |
10,0 |
13,0 |
11,0 |
16,0 |
24,0 |
31,5 |
|
|
|
Kategoriji ta’ haircuts |
||||||||
|
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
|
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
||
|
Pass 3 |
[0 ,1 ) |
5,0 |
5,0 |
5,5 |
5,5 |
6,5 |
6,5 |
11,5 |
11,5 |
|
[1 ,3 ) |
6,0 |
7,0 |
7,5 |
10,5 |
9,5 |
12,0 |
18,5 |
20,0 |
|
|
[3 ,5 ) |
8,5 |
10,0 |
11,0 |
16,0 |
13,0 |
18,0 |
23,0 |
27,0 |
|
|
[5 ,7 ) |
10,0 |
11,5 |
12,5 |
17,0 |
15,0 |
21,5 |
25,5 |
29,5 |
|
|
[7 ,10 ) |
11,5 |
13,0 |
14,0 |
21,0 |
17,0 |
23,5 |
26,5 |
31,5 |
|
|
[10 ,15 ) |
12,5 |
14,0 |
17,0 |
25,5 |
19,5 |
28,0 |
28,5 |
35,0 |
|
|
[15 ,30 ) |
13,5 |
15,0 |
20,0 |
28,5 |
22,0 |
31,0 |
31,5 |
39,0 |
|
|
[30 , ∞) |
14,0 |
17,0 |
22,0 |
32,5 |
25,0 |
35,5 |
34,5 |
43,0 |
|
Tabella 2a
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategorija ta’ haircut V
|
(f’%) |
||
|
|
|
Kategorija V |
|
Kwalità tal-kreditu |
Ħajja Medja Ppeżata ((*)) |
Haircut fil-valutazzjoni |
|
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
4,0 |
|
[1 ,3 ) |
5,0 |
|
|
[3 ,5 ) |
7,0 |
|
|
[5 ,7 ) |
9,0 |
|
|
[7 ,10 ) |
12,0 |
|
|
[10 ,15 ) |
18,0 |
|
|
[15 ,30 ) |
20,0 |
|
|
[30 , ∞) |
22,0 |
|
Tabella 3
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli
|
(f’%) |
|||
|
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) ((*)) |
Pagament ta’ imgħax fiss |
Pagament ta’ imgħax varjabbli |
|
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
8,0 |
8,0 |
|
[1 ,3 ) |
11,5 |
8,0 |
|
|
[3 ,5 ) |
15,0 |
8,0 |
|
|
[5 ,7 ) |
20,0 |
11,5 |
|
|
[7 ,10 ) |
26,0 |
15,0 |
|
|
[10 ,15 ) |
33,0 |
20,0 |
|
|
[15 ,30 ) |
38,0 |
26,0 |
|
|
[30 , ∞) |
40,0 |
33,0 |
|
|
Pass 3 |
[0 ,1 ) |
16,0 |
16,0 |
|
[1 ,3 ) |
25,0 |
16,0 |
|
|
[3 ,5 ) |
35,0 |
16,0 |
|
|
[5 ,7 ) |
42,0 |
25,0 |
|
|
[7 ,10 ) |
46,0 |
35,0 |
|
|
[10 ,15 ) |
48,0 |
42,0 |
|
|
[15 ,30 ) |
50,0 |
46,0 |
|
|
[30 , ∞) |
52,0 |
48,0 |
|
Tabella 4
Livelli ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli fil-kategoriji ta’ haircut II sa V li huma teoretikament valutati
|
(f’%) |
|
|
Maturità residwa/Ħajja Medja Ponderata (WAL) (snin) ((*)) |
Tranżazzjoni rriversjata: |
|
[0 ,1 ) |
1,5 |
|
[1 ,3 ) |
2,5 |
|
[3 ,5 ) |
3,0 |
|
[5 ,7 ) |
3,5 |
|
[7 ,10 ) |
4,5 |
|
[10 ,15 ) |
6,0 |
|
[15 ,30 ) |
8,0 |
|
[30 , ∞) |
13,0 |
((*)) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
((*)) jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta’ inqas minn sena, [1-3) WAL ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
((*)) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
((*)) jiġifieri [0,1) Maturità residwa/WAL ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.