11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/17


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1438

tal-10 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) għandhom l-għan li jiżguraw li l-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“CPVO”). B’mod partikolari, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex. Għall-ispeċijiet mhux koperti mill-protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mal-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (“UPOV”).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV aġġornaw il-protokolli eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-qanneb, it-tewm, il-kohlrabi, iċ-ċikwejra tal-weraq, id-dulliegħ u n-nevew. Dawk l-iżviluppi jenħtieġ li jiġu riflessi fid-dritt tal-Unjoni.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw ir-regoli l-ġodda mill-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, sabiex ma jitfixklux l-eżamijiet uffiċjali, jenħtieġ li japplika dan li ġej. Għall-varjetajiet li ma kinux aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalgu Komuni tal-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew ta’ ħxejjex, l-eżamijiet uffiċjali, li bdew qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u li għadhom ma ġewx iffinalizzati, jenħtieġ li jitkomplew f’konformità mad-Direttiva 2003/90/KE jew mad-Direttiva 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/90/KE

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2003/91/KE

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2024.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Għall-eżamijiet uffiċjali tal-varjetajiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2024 iżda li għadhom mhumiex iffinalizzati, għandhom japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).


ANNESS

Parti A

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*1)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Dactylis glomerata L.

Deqquqa

TP 31/1 tal-25.3.2021

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien tar-ragħa

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien tan-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien tan-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien tal-mergħat

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Hack.

Żwien iebes tal-ġeneru Festuca

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium x hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/2 tad-19.3.2019

Medicago sativa L.

Xnien

TP 6/1 Corr. tat-22.12.2021

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TP 6/1 Corr. tat-22.12.2021

Phleum nodosum L.

Mustaċċ il-qattus

TP 34/1 tat-22.12.2021

Phleum pratense L.

Denb il-qattus

TP 34/1 tat-22.12.2021

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli

TP 7/2 Rev. 3 Corr. tas-6.3.2020

Poa pratensis L.

Mellieġ taz-zokk lixx

TP 33/1 tal-15.3.2017

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TP 5/1 tat-22.12.2021

Vicia faba L.

Favetta

TP 8/1 tad-19.3.2019

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Nevew

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell għall-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L. (partim)

Kolza

TP 36/3 tal-21.4.2020

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/2 Rev. tat-30.12.2022

Glycine max (L.) Merr.

Fażola tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/2 tal-11.12.2020

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq

TP 20/3 tas-6.3.2020

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/3 tas-6.3.2020

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/5 tad-19.3.2019

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 Rev. Corr. tas-27.4.2022

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor

Haxix tas-Sorgu

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ħaxix tas-Sudan

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor subsp. bicolor u Sorghum bicolor subsp. drummondii

TP 122/1 tad-19.3.2019

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Triticum u ta’ speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/3 Corr. tas-27.4.2022

Triticum aestivum L. subsp. aestivum

Qamħ

TP 3/5 tad-19.3.2019

Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*2)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Agrostide kanina

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth

Agrostide ġganta

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Agrostide rampikanti

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Agrostide komuni

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħurtan Perenni

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bromu tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Festuca ma’ speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Lotus corniculatus L.

Għantqux

TG/193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina b’weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG/228/1 tal-5.4.2006

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Trifolium subterraneum L.

Silla sotterranja

TG/170/3 tal-4.4.2001

Phacelia tanacetifolia Benth.

Kampanella ta’ Kalifornja

TG/319/1 tal-5.4.2017

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica juncea (L.) Czern

Mustarda kannella

TG/335/1 tas-17.12.2020

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tas-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprina

TG/166/4 tad-9.4.2014

Parti B

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*3)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp tas-Cepa)

Basal u Echalion

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp tal-Aggregatum)

Xalott

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/2 tat-30.5.2023

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Karfusa liftija

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/2 tal-14.4.2021

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 Rev. 2 tal-21.4.2020

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 Rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/2 tat-30.5.2023

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 Rev. 2 tal-25.3.2021

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar ieħor

TP 76/2 Rev. 2 Corr. tal-21.4.2020

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra tal-weraq

TP 154/2 Rev. tal-31.3.2023

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/2 tal-21.3.2018

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 Rev. 2 tal-31.3.2023

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 Rev. 2 Corr. tal-25.3.2021

Cucumis sativus L.

Ħjar u Ħjar tal-Pikles

TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019

Cucurbita maxima Duchesne

Qara’ aħmar

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qarabagħli jew Zukkini

TP 119/1 Rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Qaqoċċ salvaġġ/qaqoċċ tax-xewk

TP 184/2 Rev. tas-6.3.2020

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 Corr. tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/2 tal-14.4.2021

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/6 Rev. 3 tas-27.4.2022

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 5 tal-14.4.2021

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 Corr. tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 3 Corr. tas-6.3.2020

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 Rev. Corr. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Skorzonera jew Sassefrika sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 4 tas-27.4.2022

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP 206/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum ħelu u Popcorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

Salvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 5 tal-14.4.2021

Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne għal użu bħala salvaġġ (rootstocks)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*4)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/11 tat-23.9.2022


(*1)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*2)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int)

(*3)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*4)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).