|
16.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/134 |
DIRETTIVA (UE) 2023/959 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Mejju 2023
li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Pariġi (4), adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-"Ftehim ta' Pariġi"), daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni fl-ambitu tal-UNFCCC tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fit-13 ta' Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar baxxi b'żieda fit-temperatura ta' 1,5 °C, meta mqabbla ma' 2 °C, u tiddeċiedi li twettaq sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C. |
|
(2) |
L-urġenza tal-ħtieġa li l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi ta' 1,5 °C jibqa' ħaj saret aktar sinifikanti wara s-sejbiet tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima fis-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni tiegħu li t-tisħin globali jista' jiġi limitat għal 1,5 °C biss jekk isir minnufih tnaqqis qawwi u sostnut tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra f'dan id-deċennju. |
|
(3) |
L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (il-"Patt Ekoloġiku Ewropew"). |
|
(4) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku bl-għan li, sal-2050, tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Din it-tranżizzjoni taffettwa lil ħaddiema minn diversi setturi b'mod differenti. Fl-istess ħin, dik it-tranżizzjoni għandha aspetti ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-persuni akbar fl-età, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju u l-individwi u l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx u medju-baxx. Timponi wkoll sfidi akbar fuq ċerti reġjuni, b'mod partikolari r-reġjuni strutturalment żvantaġġati u periferiċi, kif ukoll fuq il-gżejjer. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
|
(5) |
Fis-17 ta' Diċembru 2020, l-Unjoni ppreżentat il-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) tagħha lill-UNFCCC, wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Kunsill. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif emendata, fost-l-oħrajn, bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), hija wieħed mill-istrumenti kkwotati, soġġetta għal reviżjoni fid-dawl tal-mira msaħħa tal-2030, fid-deskrizzjoni ġenerali tal-mira fl-Anness ta' dik is-sottomissjoni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2022, il-Kunsill iddikjara li jinsab lest, malajr kemm jista' jkun wara l-konklużjonijiet tan-negozjati dwar l-elementi essenzjali tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %", li jaġġorna, kif xieraq, l-NDC tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, f'konformità mal-paragrafu 29 tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow biex jirrifletti kif l-eżitu finali tal-elementi essenzjali tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %" jimplimenta l-mira ewlenija tal-Unjoni kif maqbula mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2020. Peress li s-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE, hija pedament tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u tikkostitwixxi l-għodda ewlenija tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mod kosteffettiv, l-emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, inkluż fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, adottati permezz ta' din id-Direttiva, huma parti mill-elementi essenzjali tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %". |
|
(6) |
In-neċessità u l-valur li jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawk l-effetti wrew li s-soċjetà tagħna u l-ekonomija tagħna jeħtieġ li jtejbu r-reżiljenza tagħhom fir-rigward tax-xokkijiet esterni u jaġixxu kmieni biex jevitawhom jew itaffu l-effetti tax-xokkijiet esterni b'mod li jkun ġust u li jirriżulta f'li ħadd ma jitħalla jibqa' lura, inklużi dawk f'riskju ta' faqar enerġetiku. Iċ-ċittadini Ewropej qed ikomplu jesprimu fehmiet qawwija li dan japplika b'mod partikolari għat-tibdil fil-klima. |
|
(7) |
L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, sal-2030, fl-NDC aġġornat ippreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020. |
|
(8) |
Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Unjoni naqqxet fil-leġiżlazzjoni l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dik id-data. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, sal-2030, u jipprevedi li l-Kummissjoni obbligata tagħmel l-almu tagħha biex tallinja l-abbozzi futuri kollha ta' miżuri jew proposti leġiżlattivi, inklużi l-proposti baġitarji, mal-objettivi ta' dak ir-Regolament u, fi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' allinjament, tagħti r-raġunijiet għal tali nuqqas ta' allinjament bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dawk il-proposti. |
|
(9) |
Is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1119. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-EU ETS jenħtieġ li tiġi aġġustata sabiex tkun konformi mal-mira għall-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha, mal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara din id-data, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-EU ETS tinċentiva l-produzzjoni minn installazzjonijiet li jnaqqsu parzjalment jew jeliminaw kompletament l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, jenħtieġ li d-deskrizzjoni ta' xi kategoriji ta' attivitajiet fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata biex jiġi żgurat li l-installazzjonijiet li jwettqu attività elenkata f'dak l-Anness u li jissodisfaw il-livell limitu tal-kapaċità relatat mal-istess attività, iżda li ma jarmu l-ebda gassijiet serra, jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS, u b’hekk jiżguraw li hemm trattament ugwali tal-installazzjonijiet fis-setturi kkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni ta' prodott tqis, bħala prinċipji gwida, il-potenzjal tal-użu ċirkolari tal-materjali u l-fatt li l-parametru referenzjarju jenħtieġ li jkun indipendenti mill-materja prima jew mit-tip ta' proċess ta' produzzjoni, meta l-proċessi tal-produzzjoni jkollhom l-istess fini. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-prodotti u tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti għal xi parametri referenzjarji, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji ġodda li jnaqqsu parzjalment jew jeliminaw kompletament l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u installazzjonijiet li jużaw teknoloġiji eżistenti. Minkejja dawk il-prinċipji gwida, il-parametri referenzjarji riveduti għall-2026 sal-2030 jenħtieġ li jkomplu jiddistingwu bejn il-produzzjoni primarja u sekondarja tal-azzar u l-aluminju. Huwa meħtieġ ukoll li l-aġġornament tal-valuri ta' referenza għar-raffineriji u għall-idroġenu jiġi diżakkoppjat biex ikun jirrifletti l-importanza dejjem tikber tal-produzzjoni tal-idroġenu, inkluż l-idroġenu ekoloġiku, barra mis-settur tar-raffineriji. |
|
(11) |
Wara l-modifika tad-definizzjonijiet tal-prodotti u tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti għal xi parametri referenzjarji, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-produtturi ma jirċevux kumpens doppju għall-istess emissjonijiet kemm b'allokazzjoni bla ħlas kif ukoll b'kumpens għall-kostijiet indiretti, u b'hekk jiġu aġġustati kif xieraq il-miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw il-kostijiet indiretti ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku. |
|
(12) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (8) tħassret bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Jenħtieġ li r-referenzi għad-Direttiva 96/61/KE fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Anness IV tagħha jiġu aġġornati kif xieraq. Minħabba l-ħtieġa għal tnaqqis urġenti tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġixxu biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS permezz ukoll ta' politiki għajr l-limiti tal-emissjonijiet adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(13) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd - Pjan ta' Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija", il-Kummissjoni titlob li l-Unjoni titmexxa lejn tniġġis żero sal-2050, billi t-tniġġis fl-arja, fl-ilma ħelu, fil-baħar u fil-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx mistennija li jkunu ta' ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali. Il-miżuri skont id-Direttiva 2010/75/UE, bħala l-istrument ewlieni li jirregola l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, l-ilma u l-ħamrija, ħafna drabi jippermettu wkoll li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra jitnaqqsu. F'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni bejn ir-rekwiżiti tal-permessi tad-Direttiva 2003/87/KE u dawk tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(14) |
Filwaqt li jiġi rikonoxxut li teknoloġiji innovattivi ġodda spiss jippermettu li l-emissjonijiet kemm tal-gassijiet serra kif ukoll tas-sustanzi niġġiesa jiġu mnaqqsa, huwa importanti li jiġu żgurati sinerġiji bejn il-miżuri li jwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet kemm tal-gassijiet serra kif ukoll tas-sustanzi niġġiesa, b’mod partikolari d-Direttiva 2010/75/UE, u li tiġi rieżaminata l-effettività tagħhom f'dan ir-rigward. |
|
(15) |
Id-definizzjoni ta' ġeneraturi tal-elettriku ntużat biex jiġi ddeterminat l-ammont massimu ta' allokazzjoni bla ħlas lill-industrija fil-perjodu mill-2013 sal-2020, iżda wasslet għal trattament differenti tal-impjanti tal-enerġija ta' koġenerazzjoni meta mqabbla mal-installazzjonijiet industrijali. Sabiex jiġi inċentivat l-użu ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u biex il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni jiġu ekwivalenti għall-installazzjonijiet kollha li jirċievu allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tas-sħana u għat-tisħin distrettwali, jenħtieġ li jitħassru r-referenzi kollha għall-ġeneraturi tal-elettriku fid-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (10) jispeċifika d-dettalji b’rabta mal-eliġibbiltà tal-proċessi industrijali kollha għall-allokazzjoni bla ħlas. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-qbid u l-ħżin tal-karbonju fl-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE saru obsoleti u jenħtieġ li jitħassru. |
|
(16) |
Il-gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera jenħtieġ li jitqiesu bħala emissjonijiet taħt l-EU ETS u jenħtieġ li l-kwoti jiġu ċeduti għal dawk l-emissjonijiet, sakemm ma jkunux maħżuna f'sit tal-ħżin f'konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jew sakemm ma jkunux kimikament marbuta b'mod permanenti fi prodott hekk li f'kundizzjonijiet ta' użu normali u kwalunkwe attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott ma jidħlux fl-atmosfera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet skont liema l-gassijiet serra jridu jitqiesu bħala kimikament marbuta b'mod permanenti fi prodott hekk li f'kundizzjonijiet ta' użu normali u kwalunkwe attività normali wara tmiem il-ħajja tal-prodott ma jidħlux fl-atmosfera, inkluża l-kisba ta' ċertifikat għat-tneħħija tal-karbonju, meta jkun xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta' tneħħija tal-karbonju. Attività normali wara tmiem il-ħajja tal-prodott jenħtieġ li tinftiehem b'mod wiesa', li tkopri l-attivitajiet kollha li jseħħu wara tmiem il-ħajja tal-prodott, inklużi l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi, bħal bl-inċinerazzjoni u f'landfill. |
|
(17) |
L-attività tat-trasport marittimu internazzjonali, li tikkonsisti fi vjaġġi bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' żewġ Stati Membri differenti jew bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u port barra mill-ġuriżdizzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru, kienet l-uniku mezz ta' trasport mhux inkluż fl-impenji tal-Unjoni fil-passat biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. L-emissjonijiet mill-fjuwil mibjugħ fl-Unjoni għal vjaġġi li jitilqu minn Stat Membru wieħed u li jaslu fi Stat Membru differenti jew f'pajjiż terz żdiedu b'madwar 36 % mill-1990 'l hawn. Dawk l-emissjonijiet jirrappreżentaw kważi 90 % tal-emissjonijiet kollha tan-navigazzjoni tal-Unjoni, billi l-emissjonijiet mill-fjuwil mibjugħ fl-Unjoni għal vjaġġi li jitilqu minn u li jaslu fl-istess Stat Membru tnaqqsu b'26 % mill-1990 'l hawn. F'xenarju ta' żamma tal-istatus quo, l-emissjonijiet minn attivitajiet tat-trasport marittimu internazzjonali huma pproġettati li jiżdiedu b'madwar 14 % bejn l-2015 u l-2030 u b’34 % bejn l-2015 u l-2050. Jekk l-impatt tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fuq it-tibdil fil-klima jkompli jikber kif ipproġettat, dan jimmina b'mod sinifikanti t-tnaqqis li sar minn setturi oħrajn biex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima u għalhekk biex jintlaħqu l-mira għall-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha, l-objettiv tal-Unjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. |
|
(18) |
Fl-2013, il-Kummissjoni adottat strateġija għall-integrazzjoni progressiva tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu fil-politika tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Bħala l-ewwel pass f'dan l-approċċ, l-Unjoni stabbiliet sistema għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu fir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li trid tiġi segwita mill-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis għat-trasport marittimu u l-applikazzjoni ta' miżura bbażata fuq is-suq. F'konformità mal-impenn tal-koleġiżlaturi espress fid-Direttiva (UE) 2018/410, jenħtieġ li l-azzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) jew mill-Unjoni tibda mill-2023, inkluża l-ħidma preparatorja fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżura li tiżgura li s-settur jikkontribwixxi debitament għall-isforzi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma skont il-Ftehim ta' Pariġi, u tingħata kunsiderazzjoni xierqa mill-partijiet ikkonċernati kollha. |
|
(19) |
Skont id-Direttiva (UE) 2018/410, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-OMI lejn objettiv ambizzjuż ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, u dwar il-miżuri ta' akkumpanjament maħsuba biex jiżguraw li t-trasport marittimu jikkontribwixxi debitament għall-isforzi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma skont il-Ftehim ta' Pariġi. Jenħtieġ li jiġu inkoraġġuti l-isforzi li qed isiru bħalissa permezz tal-OMI biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi globali, inkluż l-implimentazzjoni rapida tal-Istrateġija Inizjali tal-OMI dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet ta' Gassijiet Serra mill-Bastimenti, adottata fl-2018, li tirreferi wkoll għal miżuri possibbli bbażati fuq is-suq biex jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-tbaħħir internazzjonali. Madankollu, filwaqt li reċentement sar progress fl-OMI, s'issa dan ma kienx biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi Fid-dawl tan-natura internazzjonali tat-tbaħħir, huwa importanti li l-Istati Membri u l-Unjoni jaħdmu fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom ma' pajjiżi terzi biex iżidu l-isforzi diplomatiċi biex isaħħu l-miżuri globali u jagħmlu progress fl-iżvilupp ta' miżura globali bbażata fuq is-suq fil-livell tal-OMI. |
|
(20) |
L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu jammontaw għal madwar 3 sa 4 % tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri addizzjonali biex tindirizza l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu permezz ta' ġabra ta' miżuri li jippermettu lill-Unjoni tilħaq il-miri tagħha fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata biex tinkludi t-trasport marittimu fl-EU ETS sabiex jiġi żgurat li dak is-settur jikkontribwixxi s-sehem ġust tiegħu għall-objettivi klimatiċi akbar tal-Unjoni, kif ukoll għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, li fl-Artikolu 4(4) jgħid li jenħtieġ li l-pajjiżi żviluppati jkomplu jieħdu t-tmexxija billi jwettqu miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha, filwaqt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħeġġu jimxu maż-żmien lejn miri ta' tnaqqis jew limitazzjoni tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha. Fil-waqt li l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali barra mill-Ewropa kellhom jiġu limitati minn Jannar 2021 permezz ta' azzjoni globali bbażata fuq is-suq, azzjoni li tillimita jew tpoġġi prezz fuq l-emissjonijiet tat-trasport marittimu għada mhijiex fis-seħħ. Għalhekk, huwa xieraq li l-EU ETS tkopri sehem mill-emissjonijiet mill-vjaġġi bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz, bil-pajjiż terz li jkun jista' jiddeċiedi dwar azzjoni xierqa fir-rigward tas-sehem l-ieħor tal-emissjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li l-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu tinkludi nofs l-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jaslu f'port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru minn port barra l-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, nofs l-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, l-emissjonijiet kollha minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jaslu f'port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, u l-emissjonijiet kollha ġewwa port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. Dan l-approċċ ġie nnotat bħala mod prattiku biex tissolva l-kwistjoni ta' responsabbiltajiet u kapaċitajiet komuni iżda differenzjati, li ilha sfida għal żmien twil fil-kuntest tal-UNFCCC. Il-kopertura ta' sehem mill-emissjonijiet kemm minn vjaġġi li jidħlu kif ukoll minn dawk li joħorġu bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi tiżgura l-effettività tal-EU ETS, b'mod partikolari billi żżid l-impatt ambjentali tal-miżura meta mqabbel ma' kamp ta' applikazzjoni ġeografiku limitat għall-vjaġġi fl-Unjoni, filwaqt li tillimita r-riskju ta' sejħiet evażivi fil-portijiet u r-riskju ta' delokalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' trażbord barra mill-Unjoni. Biex tiġi żgurata l-inklużjoni bla xkiel tas-settur fl-EU ETS, jenħtieġ li ċ-ċediment tal-kwoti mill-kumpaniji tat-tbaħħir jiżdied gradwalment fir-rigward tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati għas-snin 2024 u 2025. Biex tiġi mħarsa l-integrità ambjentali tas-sistema, fejn jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbel ma' emissjonijiet ivverifikati għat-trasport marittimu matul dawk is-snin, ladarba d-differenza bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti tkun ġiet stabbilita kull sena, jenħtieġ li jiġi kkanċellat ammont ta’ kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza. Mill-2026, jenħtieġ li l-kumpaniji tat-tbaħħir iċedu l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għall-emissjonijiet ivverifikati kollha tagħhom. Filwaqt li l-impatt fuq il-klima tat-trasport marittimu huwa prinċipalment dovut għall-emissjonijiet ta’ CO2 tiegħu, l-emissjonijiet ta' gassijiet li mhumiex CO2 jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-emissjonijiet mil-bastimenti. Skont ir-Raba' Studju tal-OMI dwar il-Gassijiet Serra tal-2020, l-emissjonijiet tal-metan żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu mill-2012 sal-2018. L-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż x'aktarx li se jikbru maż-żmien, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bastimenti mħaddma b'gassijiet naturali likwifikati jew b'sorsi oħra ta' enerġija. L-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż tkun ta' benefiċċju għall-integrità ambjentali u tinċentiva prattiki tajbin. Dawk l-emissjonijiet jenħtieġ li l-ewwel jiġu inklużi fir-Regolament (UE) 2015/757 mill-2024, u jenħtieġ li jiġu inklużi fl-EU ETS mill-2026. |
|
(21) |
L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għat-trasport marittimu se twassal għal bidliet fil-kostijiet ta’ tali trasport. Il-partijiet kollha tal-Unjoni se jiġu affettwati minn dik l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni peress li l-oġġetti ttrasportati lejn portijiet fl-Unjoni u minnhom permezz tat-trasport marittimu għandhom l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom fl-Istati Membri differenti, inkluż fi Stati Membri mingħajr kosta. L-allokazzjoni tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk, fil-prinċipju, ma tinbidilx bħala konsegwenza tal-inklużjoni tal-attivitajiet ta’ transport marittimu u jenħtieġ li tinkludi l-Istati Membri kollha. Madankollu, l-Istati Membri se jiġu affettwati b'modi differenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri b'dipendenza kbira fuq it-tbaħħir se jkunu l-aktar esposti għall-effett tal-estensjoni. L-Istati Membri b'settur marittimu kbir meta mqabbel mad-daqs relattiv tagħhom se jiġu affettwati aktar mill-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu. Għalhekk huwa xieraq li tingħata assistenza addizzjonali b'limitu ta' żmien lil dawk l-Istati Membri fil-forma ta' kwoti addizzjonali biex tiġi appoġġata d-dekarbonizzazzjoni tal-attivitajiet marittimi u għall-kostijiet amministrattivi mġarrba. L-assistenza jenħtieġ li tiġi introdotta gradwalment b'mod parallel mal-introduzzjoni tal-obbligi ta' ċediment u b'hekk mal-effett miżjud fuq dawk l-Istati Membri. Fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra r-rilevanza ta' dik l-assistenza addizzjonali fid-dawl, b'mod partikolari, tal-iżvilupp fin-numru ta’ kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà ta' Stati Membri differenti. |
|
(22) |
L-EU ETS jenħtieġ li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-attivitajiet marittimi u għaż-żieda fl-effiċjenza fir-rigward ta’ tali attivitajiet. L-użu tad-dħul mill-EU ETS skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jinkludi, fost l-oħrajn, il-promozzjoni tat-trasport u tat-trasport pubbliku li ma jagħmlux ħsara lill-klima fis-setturi kollha. |
|
(23) |
It-tiġdid ta' flotot ta' bastimenti tal-klassi tas-silġ u l-iżvilupp ta' teknoloġija innovattiva li tnaqqas l-emissjonijiet ta' tali bastimenti se jieħdu ż-żmien u jirrikjedu appoġġ finanzjarju. Bħalissa, id-disinn tal-bastimenti tal-klassi tas-silġ, li jippermetilhom ibaħħru f'kundizzjonijiet ta' silġ, iwassal biex tali bastimenti jikkunsmaw aktar fjuwil u jemettu aktar minn bastimenti ta' daqs simili ddisinjati biex ibaħħru biss fl-ilma miftuħ. Għalhekk, fl-ambitu ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi implimentat metodu newtrali għall-bandiera li jippermetti tnaqqis tal-kwoti li jridu jiġu ċeduti mill-kumpaniji tat-tbaħħir abbażi tal-klassi tas-silġ tal-bastimenti tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2030. |
|
(24) |
Il-gżejjer mingħajr ebda konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent jiddependu aktar fuq it-trasport marittimu mir-reġjuni l-oħra u jiddependu fuq il-konnessjonijiet marittimi għall-konnettività tagħhom. Biex il-gżejjer b'popolazzjoni żgħira jiġu megħjuna jibqgħu konnessi wara l-inklużjoni tal-attivitajiet ta’ transport marittimu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà għal Stat Membru li jitlob deroga temporanja mill-obbligi ta' ċediment skont dik id-Direttiva għal ċerti attivitajiet ta' trasport marittimu ma' gżejjer b'popolazzjoni ta' inqas minn 200 000 resident permanenti. |
|
(25) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jitolbu li kuntratt ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligu ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali bejn żewġ Stati Membri jiġi eżentat temporanjament minn ċerti obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun limitata għal konnessjonijiet bejn Stat Membru mingħajr fruntiera tal-art ma' Stat Membru ieħor u l-eqreb Stat Membru ġeografikament, bħall-konnessjoni marittima bejn Ċipru u l-Greċja, li ilha assenti għal aktar minn għoxrin sena. Dik id-deroga temporanja tkun tikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ħtieġa kbira li jiġi pprovdut servizz ta' interess ġenerali u li jiġu żgurati l-konnettività kif ukoll il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
|
(26) |
Filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet permanenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u minħabba d-dipendenza qawwija tagħhom fuq it-trasport marittimu, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-preservazzjoni tal-aċċessibbiltà ta’ tali reġjuni u l-konnettività effiċjenti tagħhom permezz tat-trasport marittimu. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE għal emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu bejn port li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u port li jinsab fl-istess Stat Membru, inklużi portijiet li jinsabu fl-istess reġjun ultraperiferiku u f'reġjun ultraperiferiku ieħor tal-istess Stat Membru. |
|
(27) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali futuri u l-isforzi li jsiru biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż it-tieni rendikont globali fl-2028, u r-rendikonti globali sussegwenti li minn hemm 'il quddiem isiru kull ħames snin, maħsuba biex jinformaw l-NDC suċċessivi. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu riveduti wkoll fil-każ tal-adozzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-OMI biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għat-trasport marittimu. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta' tali miżura u qabel ma ssir operattiva. F'dak ir-rapport jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina dik il-miżura globali bbażata fuq is-suq fir-rigward tal-ambizzjoni tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, l-integrità ambjentali ġenerali tagħha, inkluż meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE li jkopru t-trasport marittimu, u kwalunkwe kwistjoni relatata mal-koerenza tal-EU ETS u dik il-miżura. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni fir-rapport tagħha tqis il-livell ta' parteċipazzjoni f'dik il-miżura globali bbażata fuq is-suq, l-infurzabbiltà, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta' konformità tagħha, il-proċessi għall-input pubbliku, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri u r-responsabbiltà. Meta jkun xieraq, ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva 2003/87/KE b'mod li jkun konsistenti mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u bl-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effettività tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq u l-EU ETS, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe piż doppju sinifikanti, u b'hekk ifakkar fil-kompetenza tal-Unjoni li tirregola s-sehem tagħha ta' emissjonijiet minn vjaġġi marittimi internazzjonali, f'konformità mal-obbligi tal-Ftehim ta' Pariġi. |
|
(28) |
Biż-żieda fil-kostijiet tat-tbaħħir li l-estensjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għall-attivitajiet ta' transport marittimu tinvolvi, hemm riskju ta' evażjoni minħabba n-nuqqas ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. Il-waqfiet evażivi fil-portijiet barra mill-Unjoni u r-rilokazzjoni tal-attivitajiet ta' trażbord lejn portijiet barra mill-Unjoni mhux biss se jnaqqsu l-benefiċċji ambjentali tal-internalizzazzjoni tal-kost tal-emissjonijiet mill-attivitajiet ta’ transport marittimu iżda jistgħu jwasslu wkoll għal emissjonijiet addizzjonali minħabba d-distanza żejda li jivvjaġġa bastiment biex jevadi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk huwa xieraq li ċerti waqfiet f'portijiet mhux tal-Unjoni jiġu esklużi mid-definizzjoni ta' “port ta’ waqfa”. Dik l-esklużjoni jenħtieġ li tkun immirata lejn portijiet fil-viċinanza tal-Unjoni fejn ir-riskju ta' evażjoni huwa l-ikbar. Limitu ta' 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jikkostitwixxi rispons proporzjonat għal imġiba evażiva, u jsib bilanċ bejn il-piż addizzjonali u r-riskju ta' evażjoni. Barra minn hekk, l-esklużjoni mid-definizzjoni ta' “port ta’ waqfa” jenħtieġ li tapplika biss għal waqfiet minn bastimenti tal-kontejners f'ċerti portijiet mhux tal-Unjoni fejn it-trażbord tal-kontejners jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tat-traffiku tal-kontejners. Għal tali vjaġġi, ir-riskju ta' evażjoni, fin-nuqqas ta' miżuri ta' mitigazzjoni, jikkonsisti wkoll fiċ-ċentri portwarji li jiġu mċċaqalqa lejn portijiet barra mill-Unjoni, u dan jaggrava l-effetti tal-evażjoni. Biex jiġu żgurati l-proporzjonalità tal-miżura u li tirriżulta fi trattament ugwali, jenħtieġ li jitqiesu l-miżuri f'pajjiżi terzi li jkollhom effett ekwivalenti għad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-funzjonament tad-Direttiva 2003/87/KE b'rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu fid-dawl tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, inkluż l-identifikazzjoni ta' mġiba evażiva sabiex tiġi evitata tali mġiba fi stadju bikri, u jenħtieġ li tipproponi miżuri biex tiżgura l-effettività ta’ dik id-Direttiva. Tali miżuri jistgħu jinkludu żieda fir-rekwiżiti ta' ċediment għal vjaġġi meta r-riskju ta' evażjoni jkun ogħla, bħal lejn u minn port li jinsab fil-viċinanza tal-Unjoni, f'pajjiż terz li ma jkunx adotta miżuri simili għad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(30) |
Meta jitqies il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-emissjonijiet minn bastimenti ta' inqas minn tunellaġġ gross ta' 5 000 jirrappreżentaw inqas minn 15 % tal-emissjonijiet minn bastimenti, iżda dawn jiġu emessi minn għadd kbir ta' bastimenti. Għal raġunijiet ta' prattikabilità amministrattiva, għadu kmieni wisq biex il-bastimenti ta’ inqas minn tunnellaġġ gross ta’ 5 000 jiġu inklużi fl-EU ETS mill-bidu tal-inklużjoni tat-trasport marittimu, iżda l-inklużjoni tagħhom fil-futur ittejjeb l-effettività tal-EU ETS u potenzjalment tnaqqas l-imġiba evażiva bl-użu ta' bastimenti taħt il-livell limitu ta' tunnellaġġ gross ta' 5 000. Għalhekk, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih jenħtieġ li teżamina l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-inklużjoni fid-Direttiva 2003/87/KE tal-emissjonijiet minn bastimenti taħt it-tunnellaġġ gross ta' 5 000, inklużi bastimenti offshore. |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-konformità mal-EU ETS tkun il-kumpanija tat-tbaħħir, definita bħala s-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu ħadu r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f'idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta' Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis. Din id-definizzjoni hija bbażata fuq id-definizzjoni ta' "kumpannija" fl-Artikolu 3, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2015/757, u f'konformità mas-sistema globali ta' ġbir tad-data stabbilita fl-2016 mill-OMI. |
|
(32) |
L-emissjonijiet minn bastiment jiddependu, fost l-oħrajn, fuq il-miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bastiment meħuda minn sid il-bastiment, u fuq il-fjuwil, il-merkanzija li tinġarr u r-rotta u l-veloċità tal-bastiment, li jistgħu jkunu taħt il-kontroll ta' entità differenti minn sid il-bastiment. Ir-responsabbiltajiet għax-xiri tal-fjuwil jew għat-teħid ta' deċiżjonijiet operazzjonali li jaffettwaw l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-bastiment jistgħu jittieħdu minn entità oħra għajr il-kumpanija tat-tbaħħir skont arranġament kuntrattwali. Meta jsiru n-negozjati dwar il-kuntratt, l-aspetti tal-aħħar, b’mod partikolari, ma jkunux magħrufa u għalhekk l-emissjonijiet finali mill-bastiment kopert mid-Direttiva 2003/87/KE ma jkunux fiċ-ċert. Madankollu, sakemm il-kostijiet tal-karbonju ġew mgħoddija lill-entità li topera l-bastiment, l-inċentivi biex jiġu implimentati miżuri operazzjonali għall-effiċjenza tal-fjuwil ikunu limitati. F'konformità mal-prinċipju ta' ‘min iniġġes iħallas’ u biex tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza u l-użu ta' fjuwils aktar nodfa, il-kumpanija tat-tbaħħir jenħtieġ li għalhekk tkun intitolata, skont il-liġi nazzjonali, li titlob rimborż għall-kostijiet li jirriżultaw miċ-ċediment tal-kwoti mill-entità li hija direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-bastiment. Filwaqt li tali mekkaniżmu ta' rimborż jista' jkun soġġett għal arranġament kuntrattwali, jenħtieġ li, biex inaqqsu l-kostijiet amministrattivi, l-Istati Membri ma jkunux obbligati jiżguraw jew jivverifikaw l-eżistenza ta' tali kuntratti, iżda minflok jenħtieġ li jipprevedu, fil-liġi nazzjonali, dritt statutorju biex il-kumpanija tat-tbaħħir tiġi rimborżata kif ukoll l-aċċess korrispondenti għall-ġustizzja biex dak id-dritt jiġi infurzat. Għall-istess raġunijiet, dak l-intitolament, inkluż kwalunkwe kunflitt possibbli relatat mar-rimborż bejn il-kumpanija tat-tbaħħir u l-entità li topera l-bastiment, jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi tal-kumpanija tat-tbaħħir vis-à-vis l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir, u lanqas il-miżuri ta' infurzar li jistgħu jkunu meħtieġa kontra kumpanija bħal din biex tiġi żgurata li jkun hemm il-konformità sħiħa minn dik il-kumpanija mad-Direttiva 2003/87/KE. Fl-istess ħin, peress li l-għan tad-dispożizzjoni li tikkonċerna d-dritt għal rimborż huwa marbut mill-qrib mal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-obbligi skont din id-Direttiva minn kumpanija tat-tbaħħir fil-konfront ta' Stat Membru partikolari, huwa importanti li dak l-intitolament jkun osservat fl-Unjoni kollha, fir-relazzjonijiet kuntrattwali kollha li jippermettu li entità għajr is-sid tal-bastiment tiddetermina l-merkanzija li tinġarr jew ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment, b'mod li jissalvagwardja l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq intern, li jistgħu jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jipprevjenu lill-partijiet għal tali ftehimiet kuntrattwali milli jevitaw id-dritt għal rimborż billi jinkludu klawżola dwar l-għażla tal-liġi. |
|
(33) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji tat-tbaħħir, jenħtieġ li Stat Membru wieħed ikun responsabbli għal kull kumpanija tat-tbaħħir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika lista inizjali ta' kumpaniji tat-tbaħħir li wettqu attività ta’ trasport marittimu li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS, li tispeċifika l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata regolarment u mill-inqas kull sentejn biex il-kumpaniji tat-tbaħħir jiġu attribwiti mill-ġdid lil tali awtorità amministrattiva oħra, kif rilevanti. Għall-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati fi Stat Membru, jenħtieġ li l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir tkun dak l-Istat Membru. Għall-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati f'pajjiż terz, jenħtieġ li l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir, tkun l-Istat Membru li fih il-kumpanija tat-tbaħħir kellha l-akbar numru stmat ta' waqfiet f'portijiet minn vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fl-erba' snin ta’ qabel ta' monitoraġġ. Għall-kumpaniji tat-tbaħħir li huma rreġistrati f'pajjiż terz u li ma wettqu l-ebda vjaġġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fl-erba' snin ta’ qabel ta' monitoraġġ, jenħtieġ li l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir tkun l-Istat Membru fejn bastiment tal-kumpanija tat-tbaħħir ikun beda jew temm l-ewwel vjaġġ tiegħu li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika u taġġorna, kif rilevanti, fuq bażi biennali lista ta' kumpaniji tat-tbaħħir li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, li tispeċifika l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir. Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-kumpaniji tat-tbaħħir, jenħtieġ li l-Istati Membri jsegwu regoli armonizzati għall-amministrazzjoni tal-kumpaniji tat-tbaħħir li għalihom għandhom responsabbiltà, f'konformità mar-regoli dettaljati li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. |
|
(34) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji tat-tbaħħir li jamministraw ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-każ li kumpanija tat-tbaħħir tonqos milli tikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti u kwalunkwe miżura ta' infurzar meħuda mill-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir tkun naqset milli tiżgura l-konformità, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu f'solidarjetà. Bħala l-aħħar miżura, jenħtieġ li l-Istati Membri, ħlief għall-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, jkunu jistgħu jirrifjutaw id-dħul lill-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija tat-tbaħħir ikkonċernata, u l-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu jenħtieġ li jkun jista' jżomm dak il-bastiment. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-kumpaniji tat-tbaħħir jimmonitorjaw u jirrapportaw id-data aggregata tagħhom dwar l-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu fil-livell tal-kumpaniji f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/757. Ir-rapporti dwar id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji jenħtieġ li jiġu vverifikati f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament. Meta jwettaq verifika fil-livell tal-kumpaniji, jenħtieġ li l-verifikatur ma jivverifikax ir-rapporti dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-bastimenti jew ir-rapporti fil-livell tal-bastimenti li għandhom jiġu sottomessi meta hemm bidla fil-kumpanija, billi dawk ir-rapporti fil-livell tal-bastimenti se jkunu ġew ivverifikati diġà. |
|
(36) |
Abbażi tal-esperjenza minn kompiti simili relatati mal-ħarsien tal-ambjent, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) jew organizzazzjoni rilevanti oħra, kif xieraq u f'konformità mal-mandat tagħha, tassisti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Minħabba l-esperjenza tagħha bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 u l-għodod tal-IT tagħha, l-EMSA jenħtieġ li tgħin lill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir, b'mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet iġġenerati mill-attivitajiet ta’ transport marittimu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni jew jiġu żviluppati linji gwida u kriterji. Il-Kummissjoni, assistita mill-EMSA, jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiżviluppa għodod ta' monitoraġġ xierqa, kif ukoll gwida, ħalli tiffaċilita u tikkoordina l-attivitajiet ta' verifika u infurzar relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għat-trasport marittimu. Safejn ikun prattikabbli, jenħtieġ li tali għodod ikunu disponibbli għall-Istati Membri u l-verifikaturi sabiex jiġi żgurat infurzar sod tal-miżuri nazzjonali li jittrasportaw id-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(37) |
B'mod parallel mal-adozzjoni ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2015/757 qed jiġi emendat biex jipprevedi regoli ta' monitoraġġ, rapportar u verifika li huma meħtieġa għal estensjoni tal-EU ETS għall-attivitajiet tat-trasport marittimu u biex jipprevedi l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta' bastimenti addizzjonali. |
|
(38) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) emenda l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE biex jippermetti lill-operaturi kollha jużaw il-kwoti kollha li jinħarġu. Ir-rekwiżit li l-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra jkun fihom obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti, skont l-Artikolu 6(2), il-punt (e), ta' dik id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi allinjat kif xieraq. |
|
(39) |
Il-kisba tal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni għall-2030 se tkun teħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet tas-setturi koperti mill-EU ETS ta' 62 % meta mqabbla mal-2005. Il-kwantità ta' kwoti tal-EU ETS fl-Unjoni kollha jeħtieġ li titnaqqas biex jinħolqu s-sinjal meħtieġ tal-prezz tal-karbonju fit-tul u l-impetu għal dak il-grad ta' dekarbonizzazzjoni. Il-kwantità totali ta' kwoti jenħtieġ li titnaqqas fl-2024 u fl-2026 biex issir aktar konformi mal-emissjonijiet attwali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżdied il-fattur ta' tnaqqis lineari fl-2024 u fl-2028, filwaqt li titqies ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu. It-trajettorja tal-limitu aktar qawwija li tirriżulta minn dawk il-bidliet se twassal għal livelli ferm ogħla ta' tnaqqis kumulattiv tal-emissjonijiet sal-2030 milli kieku kien iseħħ skont id-Direttiva (UE) 2018/410. Jenħtieġ li ċ-ċifri relatati mal-inklużjoni tat-trasport marittimu jiġu derivati mill-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu li huma indirizzati fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE u rrapportati f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 għall-2018 u l-2019 fl-Unjoni u fl-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, aġġustati, mill-2021 sal-2024, bil-fattur ta' tnaqqis lineari għas-sena 2024. Jenħtieġ li l-fattur ta' tnaqqis lineari jiġi applikat fl-2024 għaż-żieda fil-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha f'dik is-sena. |
|
(40) |
Il-kisba tal-ambizzjoni klimatika miżjuda se tirrikjedi riżorsi pubbliċi u privati sostanzjali fl-Unjoni kif ukoll fi Stati Membri li jridu jiġu ddedikati għat-tranżizzjoni klimatika. Biex jikkomplementa u jsaħħaħ l-infiq sostanzjali relatat mal-klima fil-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dħul kollu mill-irkant mhux attribwit għall-baġit tal-Unjoni fil-forma ta' riżorsi proprji, jew il-valur finanzjarju ekwivalenti ta’ tali dħul mill-irkant, jintużaw għal finijiet relatati mal-klima, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens ta' kostijiet tal-karbonju indirett. Il-lista ta' finijiet relatati mal-klima fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri finijiet addizzjonali b'impatt ambjentali pożittiv. Jenħtieġ li dan jinkludi l-użu għal appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi u tnaqqis fil-mira ta' dazji u spejjeż għall-elettriku rinnovabbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw kull sena dwar l-użu ta' dħul mill-irkantar f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), filwaqt li jispeċifikaw, meta rilevanti u kif xieraq, liema dħul jintuża u l-azzjonijiet li jittieħdu biex jimplimentaw l-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta tagħhom. |
|
(41) |
Id-dħul mill-irkantar tal-Istati Membri se jiżdied bħala riżultat tal-inklużjoni tat-trasport marittimu fl-EU ETS. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jżidu l-użu tad-dħul tal-EU ETS skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE biex jikkontribwixxu għall-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni aħjar tal-ekosistemi bbażati fuq il-baħar, b'mod partikolari ż-żoni protetti tal-baħar. |
|
(42) |
Huma meħtieġa riżorsi finanzjarji sinifikanti biex jiġu implimentati l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Patt Klimatiku ta' Glasgow iħeġġeġ lill-Partijiet tal-pajjiżi żviluppati biex b'mod urġenti u sinifikanti joffru aktar finanzjament għall-klima. Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar it-Tħejjijiet għas-27 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 27), il-Kunsill ifakkar li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributur għall-finanzjament pubbliku internazzjonali għall-klima, u mill-2013 'l hawn, żiedu b'aktar mid-doppju l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament għall-klima biex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F’dawk il-konklużjonijiet, il-Kunsill iġedded ukoll l-impenn qawwi li ħadu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex ikomplu jżidu l-finanzjament internazzjonali tagħhom għall-klima u jilħaq l-għan tal-pajjiżi żviluppati li jimmobilizzaw mill-inqas USD 100 biljun fis-sena malajr kemm jista' jkun u sal-2025 minn varjetà wiesgħa ta' sorsi, u jistenna li l-għan jintlaħaq fl-2023. |
|
(43) |
Biex jiġu indirizzati l-effetti distributtivi u soċjali tat-tranżizzjoni fl-Istati Membri bi dħul baxx, jenħtieġ li jintuża ammont addizzjonali ta' 2,5 % tal-kwantità ta' kwoti madwar l-Unjoni kollha mill-2024 sal-2030 biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni enerġetika tal-Istati Membri bi prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt il-75 % tal-medja tal-Unjoni fis-snin 2016 sa 2018, permezz tal-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(44) |
L-Istati Membri benefiċjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi allokati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni biex jiffinanzjaw investimenti li jinvolvu r-reġjuni tal-fruntiera tal-Unjoni kontigwi meta dan ikun rilevanti għat-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Istati Membri benefiċjarji. |
|
(45) |
Jenħtieġ li jiġu pprovduti aktar inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra bl-użu ta' tekniki kosteffiċjenti. Għal dak l-għan, l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għal installazzjonijiet stazzjonarji mill-2026 'il quddiem jenħtieġ li tkun kundizzjonali fuq investimenti f'tekniki biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u jitnaqqsu l-emissjonijiet, b'mod partikolari għal utenti kbar tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-applikazzjoni ta’ dik il-kundizzjonalità ma tipperikolax l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-integrità ambjentali jew it-trattament ugwali tal-installazzjonijiet madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), tadotta atti delegati li jissupplimentaw din id-Direttiva biex tindirizza kwalunkwe kwistjoni identifikata b'mod partikolari dwar il-prinċipji msemmija hawn fuq u tipprevedi regoli sempliċi f'termini ta' amministrazzjoni għall-applikazzjoni tal-kundizzjonalità. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu parti mir-regoli ġenerali dwar l-allokazzjoni bla ħlas, bl-użu tal-proċedura stabbilita għall-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali, u jipprevedu skedi ta' żmien, kriterji għar-rikonoxximent tal-miżuri implimentati tal-effiċjenza enerġetika, kif ukoll għal miżuri alternattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Barra minn hekk, l-inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Barra minn hekk, jenħtieġ li inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jissaħħu aktar għal installazzjonijiet b'intensitajiet għoljin ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għal dak l-għan, mill-2026 'il quddiem, l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-20 % tal-installazzjonijiet stazzjonarji bl-ogħla intensitajiet ta' emissjonijiet taħt parametru referenzjarju ta' prodott partikolari jenħtieġ li tkun kundizzjonali wkoll fuq l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tan-newtralità klimatika. |
|
(46) |
Il-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM), stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), huwa stabbilit biex jissostitwixxi l-mekkaniżmi stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE ħalli jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Sal-punt li s-setturi u s-subsetturi jkunu koperti minn dik il-miżura, jenħtieġ li huma ma jirċevux allokazzjoni bla ħlas. Madankollu, hija meħtieġa eliminazzjoni gradwali tranżitorja tal-kwoti bla ħlas biex il-produtturi, l-importaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu jaġġustaw għar-reġim il-ġdid. Jenħtieġ li t-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas jiġi implimentat billi jiġi applikat fattur għall-allokazzjoni bla ħlas għas-setturi tas-CBAM, filwaqt li s-CBAM jiġi introdott gradwalment. Jenħtieġ li l-fattur CBAM ikun ugwali għal 100 % għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u tmiem l-2025 u, soġġett għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun ugwali għal 97,5 % fl-2026, 95 % fl-2027, 90 % fl-2028, 77,5 % fl-2029, 51,5 % fl-2030, 39 % fl-2031, 26,5 % fl-2032 u 14 % fl-2033. Mill-2034, jenħtieġ li ma japplika l-ebda fattur CBAM. Jenħtieġ li l-atti delegati rilevanti dwar l-allokazzjoni bla ħlas jiġu aġġustati kif xieraq għas-setturi u s-subsetturi koperti mis-CBAM. L-allokazzjoni bla ħlas li ma għadhiex tiġi pprovduta lis-setturi tas-CBAM abbażi ta’ dan il-kalkolu (id-domanda tas-CBAM) tiżdied mal-Fond għall-Innovazzjoni, sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fil-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU), fil-qbid, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS), fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b'mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti fis-setturi tas-CBAM. Biex jiġi rrispettat il-proporzjon tal-allokazzjoni bla ħlas disponibbli għas-setturi mhux tas-CBAM, l-ammont finali li jrid jitnaqqas mill-allokazzjoni bla ħlas u jsir disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon li d-domanda tas-CBAM tirrappreżenta fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' allokazzjoni bla ħlas tas-setturi kollha li jirċievu allokazzjoni bla ħlas. |
|
(47) |
Sabiex jittaffew ir-riskji potenzjali ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju relatati mal-merkanzija soġġetta għas-CBAM u prodotta fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni qabel tmiem il-perjodu tranżitorju skont ir-Regolament (UE) 2023/956. Meta dik il-valutazzjoni tikkonkludi li jeżisti tali riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, jenħtieġ li tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw id-dħul mill-irkant biex jindirizzaw kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi tas-CBAM u f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta l-kwoti ġejjin minn tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas fl-applikazzjoni tar-regoli ta' kundizzjonalità ma jintużawx bis-sħiħ biex jiġu eżentati l-installazzjonijiet bl-inqas intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-korrezzjoni transsettorjali, jenħtieġ li 50 % ta' dawk il-kwoti residwi jiżdiedu mal-Fond għall-Innovazzjoni.L-50 % l-oħra jenħtieġ li jiġu rkantati f'isem l-Istati Membri u jenħtieġ li jużaw id-dħul minnu biex jindirizzaw kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi tas-CBAM. |
|
(48) |
Sabiex il-progress teknoloġiku jiġi rifless aħjar filwaqt li jiġu żgurati inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-innovazzjoni tiġi ppremjata kif xieraq, l-aġġustament minimu tal-valuri ta' referenza jenħtieġ li jiżdied minn 0,2 % għal 0,3 % fis-sena, u l-aġġustament massimu jenħtieġ li jiżdied minn 1,6 % għal 2,5 % fis-sena. Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, b'hekk, jenħtieġ li l-valuri ta' referenza jiġu aġġustati f'medda ta' bejn 6 % u 50 % meta mqabbla mal-valur applikabbli fil-perjodu mill-2013 sal-2020. Sabiex tiġi pprovduta l-prevedibbiltà lill-installazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-valuri ta' referenza riveduti għall-allokazzjoni bla ħlas mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu tal-perjodu mill-2026 sal-2030. |
|
(49) |
Biex jiġu inċentivati teknoloġiji rivoluzzjonarji ġodda fl-industrija tal-azzar u biex jiġi evitat tnaqqis sproporzjonat b'mod sinifikanti tal-valur ta' referenza, u fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tal-industrija tal-azzar bħall-intensità għolja tal-emissjonijiet u l-istruttura tas-suq internazzjonali u tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkolu tal-valur ta' referenza tal-metall sħun għall-perjodu mill-2026 sal-2030 installazzjonijiet li kienu operattivi matul il-perjodu ta' referenza mill-2021 sal-2022 u li altrimenti kienu jiġu inklużi f'dak il-kalkolu minħabba r-rieżami tad-definizzjoni tal-valur ta' referenza tal-prodott tal-metall sħun. |
|
(50) |
Biex jiġu ppremjati dawk bl-aqwa prestazzjoni u l-innovazzjoni, jenħtieġ li l-installazzjonijiet li l-livelli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom huma taħt il-medja tal-10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti taħt parametru referenzjarju partikolari jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-fattur ta' korrezzjoni transsettorjali. Il-kwoti li mhumiex allokati minħabba tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas fl-applikazzjoni tar-regoli ta' kundizzjonalità jenħtieġ li jintużaw biex ikopru d-defiċit fit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ dawk bl-aqwa prestazzjoni mill-applikazzjoni tal-fattur ta' korrezzjoni transsettorjali. |
|
(51) |
Sabiex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-Unjoni, 20 miljun kwota addizzjonali mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata bla ħlas u 5 miljun kwota addizzjonali mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-Fond għall-Innovazzjoni. Meta tirrieżamina l-għażla taż-żmien u s-sekwenzjar tal-irkantar għall-Fond għall-Innovazzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (17) fid-dawl tal-bidliet introdotti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tagħmel disponibbli ammonti akbar ta' riżorsi fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE riveduta biex tagħti spinta lid-dekarbonizzazzjoni tas-setturi rilevanti. |
|
(52) |
Approċċ komprensiv għall-innovazzjoni huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (EU) 2021/1119. Fil-livell tal-Unjoni, l-isforzi meħtieġa għar-riċerka u l-innovazzjoni huma appoġġati, fost affarijiet oħra, permezz ta' Orizzont Ewropa, li jinkludi finanzjament sinifikanti u strumenti ġodda għas-setturi li jaqgħu taħt l-EU ETS. Konsegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex sinerġiji ma' Orizzont Ewropa u, meta jkun rilevanti, ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni. |
|
(53) |
Il-Fond għall-Innovazzjoni jenħtieġ li jappoġġa tekniki, proċessi u teknoloġiji innovattivi, inkluż iż-żieda fit-tali tekniki, proċessi u teknoloġiji, bil-ħsieb li jiġu mnedija b'mod wiesa' madwar l-Unjoni. L-innovazzjoni rivoluzzjonarja jenħtieġ li tingħata prijorità fl-għażla ta' proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet. |
|
(54) |
Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi estiż biex jappoġġa l-innovazzjoni f'teknoloġiji u proċessi b'livell baxx u żero ta' emissjonijiet tal-karbonju li jikkonċernaw il-konsum tal-fjuwils fil-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali, inklużi l-forom kollettivi tat-trasport bħat-trasport pubbliku u s-servizzi tal-kowċis. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Fond għall-Innovazzjoni jservi biex jappoġġa l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu, inklużi l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, tal-portijiet, u tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, fl-elettrifikazzjoni tas-settur, fi fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li jiġu prodotti minn sorsi rinnovabbli, f’teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero bħat-teknoloġiji tar-riħ, u f’innovazzjonijiet fir-rigward tal-bastimenti tal-klassi tas-silġ. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti innovattivi li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u għat-tnaqqis tal-impatti klimatiċi kollha tiegħu, inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju iswed. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprevedi suġġetti ddedikati fis-sejħiet għal proposti tal-Fond għall-Innovazzjoni. Dawk is-sejħiet jenħtieġ li jqisu l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-bijodiversità, l-istorbju u t-tniġġis tal-ilma. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport marittimu, jenħtieġ li jkunu eliġibbli l-proġetti b'valur miżjud ċar għall-Unjoni. |
|
(55) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (18), meta l-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma jibqgħux joperaw titjiriet koperti mill-EU ETS, il-kontijiet tagħhom jiġu stabbiliti għal status “eskluż”, u l-proċessi ma jistgħux jibqgħu jinbdew minn dawk il-kontijiet. Biex tiġi ppreservata l-integrità ambjentali tal-EU ETS, jenħtieġ li jintużaw il-kwoti li ma jinħarġux lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, minħabba li jwaqqfu l-operat tagħhom, biex ikopru kwalunkwe nuqqas ta' ċediment minn dawk l-operaturi, u kwalunkwe kwota li jifdal jenħtieġ li tintuża biex titħaffef l-azzjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima billi titqiegħed fil-Fond għall-Innovazzjoni. |
|
(56) |
Assistenza teknika mill-Kummissjoni ffukata fuq l-Istati Membri, li sa issa ppreżentaw ftit jew xejn proġetti, tikkontribwixxi biex tikseb għadd kbir ta' applikazzjonijiet għal proġetti għall-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li dik l-assistenza, fost affarijiet oħra, tappoġġa attivitajiet immirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-proposti għal proġetti li jinsabu fl-Istati Membri li sa issa ppreżentaw ftit jew xejn proġetti, pereżempju permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prassi, u t-tisħiħ tal-attivitajiet tal-punti ta' kuntatt nazzjonali. Miżuri oħra li għandhom l-istess għan jinkludu miżuri li jqajjmu s-sensibilizzazzjoni dwar l-għażliet ta' finanzjament u jżidu fil-kapaċità ta' dawk l-Istati Membri biex jidentifikaw u jappoġġaw applikanti potenzjali għal proġetti. Jenħtieġ li jiġu promossi wkoll sħubijiet ta' proġetti madwar l-Istati Membri u t-tlaqqigħ bejn applikanti potenzjali, b'mod partikolari għal proġetti fuq skala kbira. |
|
(57) |
Sabiex jitjieb ir-rwol tal-Istati Membri fil-governanza tal-Fond għall-Innovazzjoni u tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni, filwaqt li tipprovdi analiżi tal-impatt mistenni tal-proġetti mogħtija skont is-settur u skont l-Istat Membru. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tippubblikah. Soġġett għall-qbil tal-applikanti, wara li tingħalaq sejħa għal proposti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom u jenħtieġ li tipprovdilhom informazzjoni dettaljata dwar dawk l-applikazzjonijiet sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-Istati Membri tal-appoġġ għall-proġetti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li, qabel l-għoti tal-appoġġ, tinforma lill-Istati Membri dwar il-lista ta' proġetti magħżula. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni ma jfixklux l-innovazzjoni u jkunu teknoloġikament newtrali, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi assistenza teknika, b'mod partikolari lill-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa, sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni ġeografika effettiva fil-Fond għall-Innovazzjoni u tiżdied il-kwalità ġenerali tal-proġetti ppreżentati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura wkoll monitoraġġ u rapportar komprensivi, inkluż informazzjoni dwar il-progress favur kopertura ġeografika effettiva u bbażata fuq il-kwalità madwar l-Unjoni u segwitu xieraq. |
|
(58) |
Sabiex ikun allinjat man-natura komprensiva tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-proċess tal-għażla għal-proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet jenħtieġ li jagħti prijorità lil proġetti li jindirizzaw impatti ambjentali multipli. Sabiex jappoġġaw ir-replikazzjoni u l-penetrazzjoni aktar rapida fis-suq tat-teknoloġiji jew tas-soluzzjonijiet appoġġati, jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati mill-Fond għall-Innovazzjoni jikkondividu l-għarfien ma' proġetti rilevanti oħra kif ukoll ma' riċerkaturi bbażati fl-Unjoni li jkollhom interess leġittimu. |
|
(59) |
Il-Kuntratti għad-differenza (CDs), il-kuntratti għad-differenza għall-karbonju (CCDs) u l-kuntratti bi primjum fiss huma elementi importanti għall-iskattar fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-industrija, permezz ta’ tkabbier ta’ teknoloġiji ġodda, joffru l-opportunità li l-investituri f'teknoloġiji innovattivi li ma jagħmlux ħsara lill-klima jiġu ggarantiti prezz li jippremja t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 'il fuq minn dak ikkawżat mil-livell tal-prezzijiet tal-karbonju prevalenti fl-EU ETS. Il-firxa ta' miżuri li jista' jappoġġa l-Fond għall-Innovazzjoni jenħtieġ li tiġi estiża biex tipprovdi appoġġ għall-proġetti permezz ta' offerti kompetittivi, li jwasslu għall-għoti ta' CDs, CCDs jew kuntratti bi primjum fiss. L-offerti kompetittivi jkunu mekkaniżmu importanti biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' dekarbonizzazzjoni u biex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi disponibbli. Huma joffru wkoll ċertezza lill-investituri f'dawk it-teknoloġiji. Bil-ħsieb li tiġi minimizzata kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni, il-mitigazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tiġi żgurata fit-tfassil tas-CDs u s-CCDs u kopertura xierqa minn impenn baġitarju jenħtieġ li tiġi pprovduta b'kopertura sħiħa mill-inqas għall-ewwel żewġ ċikli ta’ CDs u CDDs b'approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rikavat tal-irkantar tal-kwoti allokati skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Ma jeżisti l-ebda riskju bħal dan għal kuntratti bi primjum fiss minħabba li l-impenn legali se jkun kopert minn impenn baġitarju korrispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq, wara li tikkonkludi l-ewwel żewġ ċikli ta' CDs u CCDs, u kull darba li jkun meħtieġ wara dan, valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex tipprovdi, abbażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, għal rata ta' proviżjonament xierqa minflok kopertura sħiħa għal ċikli sussegwenti ta' CDs jew CCDs. Tali approċċ jenħtieġ li jqis kwalunkwe element li jista' jkun jnaqqas ir-riskji finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, minbarra l-kwoti disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni, bħal kondiviżjoni possibbli tar-responsabbiltà mal-Istati Membri, fuq bażi volontarja, jew mekkaniżmu possibbli ta' riassigurazzjoni mis-settur privat. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu previsti derogi minn partijiet mit-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Ir-rata ta' proviżjonament għall-ewwel żewġ ċikli ta' CDs u CCDs jenħtieġ li tkun ta' 100 %. Madankollu, b'deroga mill-Artikolu 210(1), l-Artikolu 211(1) u (2) u l-Artikolu 218(1) ta' dak ir-Regolament, rata minima ta' proviżjonament ta' 50 % kif ukoll sehem massimu ta' dħul mill-Fond għall-Innovazzjoni li jrid jintuża għall-proviżjonament ta' 30 % jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva għal ċikli sussegwenti ta’ CDs u CCDs u l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tispeċifika r-rata ta' proviżjonament meħtieġa abbażi tal-esperjenza mill-ewwel żewġ sejħiet għall-proposti u l-ammont ta' dħul li jrid jintuża għall-proviżjonament. Għalhekk, jenħtieġ li l-obbligazzjoni finanzjarja totali mġarrba mill-baġit tal-Unjoni ma taqbiżx is-60 % tar-rikavat mill-irkantar għall-Fond għall-Innovazzjoni. Barra minn hekk, peress li l-proviżjonament se jiġi, b'mod ġenerali, mill-Fond għall-Innovazzjoni, jenħtieġ li jsiru derogi mir-regoli fl-Artikoli 212, 213 u 214 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 relatati mal-fond ta' proviżjonament komuni stabbilit mill-Artikolu 212 ta' dak ir-Regolament. In-natura ġdida tas-CDs u tas-CCDs tista' teħtieġ ukoll derogi mill-Artikolu 209(2), il-punti (d) u (h), ta' dak ir-Regolament, peress li ma jiddependux fuq ingranaġġ/multiplikaturi jewjiddependu kompletament fuq valutazzjoni ex ante, mill-Artikolu 219(3), minħabba r-rabta mal-Artikolu 209(2), il-punt (d), u mill-Artikolu 219(6) tiegħu peress li s-sħab ta' implimentazzjoni mhux se jkollhom skoperturi ta' kreditu jew ekwità taħt garanzija. L-użu ta' kwalunkwe deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jenħtieġ li jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda s-sehem massimu ta' dħul mill-Fond għall-Innovazzjoni li jrid jintuża għall-proviżjonament b'mhux aktar minn 20 punt perċentwali 'l fuq minn dak li huwa previst f'din id-Direttiva. |
|
(60) |
Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa soġġett għar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). |
|
(61) |
Meta l-attività ta' installazzjoni tiġi sospiża temporanjament, l-allokazzjoni bla ħlas tiġi aġġustata għal-livelli ta' attività li jiġu rrapportati b'mod obbligatorju kull sena. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissospendu l-ħruġ ta' kwoti tal-emissjonijiet lil installazzjonijiet li jkunu ssospendew l-operazzjonijiet, sakemm ma jkun hemm l-ebda evidenza li se jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ma jibqgħux jintalbu juru lill-awtorità kompetenti li l-installazzjoni tagħhom se terġa' tibda l-produzzjoni fi żmien speċifikat u raġonevoli f'każ ta' sospensjoni temporanja tal-attivitajiet. |
|
(62) |
Il-korrezzjonijiet tal-allokazzjoni bla ħlas mogħtija lil installazzjonijiet stazzjonarji skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jirrikjedu l-għoti ta' kwoti bla ħlas addizzjonali jew it-trasferiment ta' kwoti żejda lura. Jenħtieġ li l-kwoti mwarrba għal parteċipanti ġodda skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE jintużaw għal dawk il-finijiet. |
|
(63) |
Mill-2013 'l hawn, il-produtturi tal-elettriku kienu obbligati jixtru l-kwoti kollha li kellhom bżonn biex jiġġeneraw l-elettriku. Madankollu, skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, xi Stati Membri għandhom l-għażla li jipprovdu allokazzjoni tranżitorja bla ħlas għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għall-perjodu mill-2021 sal-2030. Tliet Stati Membri għażlu li jużaw dik l-għażla. Minħabba l-ħtieġa ta' dekarbonizzazzjoni rapida, speċjalment fis-settur tal-enerġija, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu din l-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas biss għal investimenti mwettqa sal-31 ta' Diċembru 2024. Jenħtieġ li jkunu jistgħu jżidu kwalunkwe kwota li jifdal għall-perjodu mill-2021 sal-2030 li mhijiex użata għal investimenti bħal dawn, fil-proporzjon li jiddeterminaw, mal-kwantità totali ta' kwoti li l-Istat Membru kkonċernat jirċievi għall-irkantar, jew jużawhom biex jappoġġaw investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Bl-eċċezzjoni tal-iskadenza għan-notifika tagħha, jenħtieġ li l-kwoti ttrasferiti lill-Fond għall-Modernizzazzjoni jkunu soġġetti għall-istess regoli li jikkonċernaw l-investimenti li huma applikabbli għall-kwoti diġà trasferiti skont l-Artikolu 10d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u t-trasparenza fir-rigward tal-ammont ta' kwoti disponibbli jew għall-irkantar jew inkella għall-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas, u fir-rigward tal-assi ġestiti mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ammonti ta' kwoti li jkun fadal li jridu jintużaw għal kull fini, rispettivament, sal-15 ta' Mejju 2024. |
|
(64) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jenħtieġ li jiġi allinjat mal-objettivi klimatiċi l-aktar reċenti tal-Unjoni billi jirrikjedi li l-investimenti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-Regolament (UE) 2021/1119, u li jiġi eliminat l-appoġġ għal kwalunkwe investiment relatat mal-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-fjuwils fossili, minbarra fir-rigward tal-appoġġ għal tali investimenti bi dħul minn kwoti ttrasferiti volontarjament fil-Fond għall-Modernizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ limitat għal tali investimenti jibqa' possibbli bi dħul mill-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, ta' dik id-Direttiva taħt ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari meta l-attività tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u fir-rigward tal-kwoti rkantati sal-2027. Għal din l-aħħar kategorija ta' kwoti, l-użi downstream tal-fjuwils fossili mhux solidi jenħtieġ li, barra minn hekk, ma jiġux appoġġati bi dħul minn kwoti rkantati wara l-2028. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-persentaġġ tal-Fond għall-Modernizzazzjoni li jeħtieġ li jiġi ddedikat għall-investimenti ta' prijorità jiżdied għal 80 % għall-kwoti tal-Fond għall-Modernizzazzjoni ttrasferiti f'konformità mal-Artikolu 10d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva, u għal 90 % għall-ammont addizzjonali ta' 2,5 % mill-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha. L-effiċjenza enerġetika inkluż fl-industrija, it-trasport, il-bini, l-agrikoltura u l-iskart; it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli; kif ukoll l-appoġġ għall-unitajiet domestiċi biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku, inkluż f'żoni rurali u remoti, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-investimenti ta' prijorità. Sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġi vvalutat aħjar l-impatt tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, jenħtieġ li l-Kumitat tal-Investiment jirrapporta kull sena lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-esperjenza fl-evalwazzjoni tal-investimenti, b'mod partikolari f'termini ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u kostijiet tat-tnaqqis. |
|
(65) |
Id-Direttiva (UE) 2018/410 introduċiet dispożizzjonijiet relatati mal-kanċellazzjoni mill-Istati Membri ta' kwoti mill-volum tal-irkant tagħhom fir-rigward tal-għeluq tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom. Fid-dawl taż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni u d-dekarbonizzazzjoni aċċelerata li tirriżulta tas-settur tal-elettriku, tali kanċellazzjoni saret dejjem aktar rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk l-użu ta' kanċellazzjoni mill-Istati Membri jistax jiġi ffaċilitat billi jiġu emendati l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(66) |
L-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas introdotti fid-Direttiva (UE) 2018/410 u li saru effettivi mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 (22) tejbu l-effiċjenza u l-inċentivi pprovduti mill-allokazzjoni bla ħlas, iżda żiedu l-piż amministrattiv u għamlu d-data storika tal-ħruġ tal-allokazzjoni bla ħlas tat-28 ta' Frar inoperattiva. Sabiex jitqiesu aħjar l-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas, huwa xieraq li jsiru aġġustamenti fiċ-ċiklu ta' konformità. Għalhekk, l-iskadenza għall-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li tiġi posposta mit-28 ta' Frar għat-30 ta' Ġunju u l-iskadenza għall-operaturi biex iċedu l-kwoti jenħtieġ li tiġi posposta mit-30 ta' April għat-30 ta' Settembru. |
|
(67) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (23) jistabbilixxi regoli dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-bijomassa, li huma konsistenti mar-regoli dwar l-użu tal-bijomassa stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli. Hekk kif il-leġiżlazzjoni ssir aktar elaborata dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijomassa bl-aħħar regoli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jiġi estiż b'mod espliċitu għall-adozzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-applikazzjoni fl-EU ETS tal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijomassa, inklużi l-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika kif għandu jitqies il-ħżin tal-emissjonijiet minn taħlitiet ta' bijomassa b'rata żero u bijomassa li mhijiex minn sorsi b'rata żero. |
|
(68) |
Il-fjuwils likwidi u gassużi rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklati jistgħu jkunu importanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'setturi li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati. Meta l-fjuwils tal-karbonju riċiklati u l-fjuwils likwidi u gassużi rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika jiġu prodotti minn CO2 maqbud taħt attività koperta minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-emissjonijiet jitqiesu taħt dik l-attività. Biex jiġi żgurat li l-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklati jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u biex jiġi evitat għadd doppju għall-fjuwils li jagħmlu dan, huwa xieraq li l-għoti tas-setgħa msemmi fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi estiż b'mod espliċitu għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-aġġustamenti meħtieġa għal kif għandu jitqies ir-rilaxx eventwali ta’ CO2, b'mod li jiżgura li jitqiesu l-emissjonijiet kollha, inkluż meta tali fjuwils jiġu prodotti minn CO2maqbud barra l-Unjoni, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju u jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ inċentivi xierqa għall-qbid tal-emissjonijiet, filwaqt li jitqies ukoll it-trattament ta' dawk il-fjuwils skont id-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(69) |
Billi s-CO2 huwa mistenni li jiġi ttrasportat ukoll b'mezzi oħrajn għajr pipelines, bħal bil-bastimenti u bit-trakkijiet, jenħtieġ li l-kopertura attwali fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE għat-trasport ta' gassijiet serra għall-fini tal-ħżin tiġi estiża għall-mezzi kollha tat-trasport għal raġunijiet ta' trattament ugwali u irrispettivament minn jekk il-mezzi tat-trasport humiex koperti mill-EU ETS. Meta l-emissjonijiet mit-trasport ikunu koperti wkoll minn attività oħra skont id-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-emissjonijiet jitqiesu taħt dik l-attività l-oħra biex jiġi evitat għadd doppju. |
|
(70) |
L-esklużjoni mill-EU ETS ta' installazzjonijiet li jużaw esklussivament il-bijomassa wasslet għal sitwazzjonijiet fejn l-installazzjonijiet li jaħarqu sehem għoli ta' bijomassa jkunu kisbu profitti mhux previsti billi jkunu rċevew kwoti bla ħlas li jaqbżu bil-kbir l-emissjonijiet attwali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott valur ta' livell limitu għall-kombustjoni tal-bijomassa b'rata żero, li 'l fuq minnu l-installazzjonijiet jiġu esklużi mill-EU ETS. L-introduzzjoni ta' livell limitu jipprovdi aktar ċertezza dwar liema installazzjonijiet jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS u jippermetti li l-kwoti bla ħlas jitqassmu b'mod aktar ugwali lil setturi li jinsabu f'riskju akbar ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod partikolari. Jenħtieġ li l-livell limitu jiġi stabbilit f'livell ta' 95 % biex jiġu bbilanċjati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi għall-installazzjonijiet li jibqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS. Għalhekk, l-installazzjonijiet li żammew il-kapaċità fiżika li jaħarqu l-fjuwils fossili jenħtieġ li ma jiġux inċentivati biex jerġgħu lura għall-użu ta' tali fjuwils. Livell limitu ta' 95 % jiżgura li jekk installazzjoni tuża fjuwils fossili bil-għan li tibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS biex tibbenefika minn kwoti ta' allokazzjoni bla ħlas, il-kostijiet tal-karbonju relatati mal-użu ta' dawk il-fjuwils fossili jkunu importanti biżżejjed biex jaġixxu ta' diżinċentiv. Dak il-livell limitu jiżgura wkoll li l-installazzjonijiet li jużaw kwantità mdaqqsa ta' fjuwils fossili jibqgħu taħt l-obbligi ta' monitoraġġ tal-EU ETS, u b'hekk tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni potenzjali tal-obbligi eżistenti ta' monitoraġġ, rapportar u verifika. Fl-istess ħin, installazzjonijiet li jaħarqu sehem aktar baxx ta' bijomassa b'rata żero jenħtieġ li jkomplu jiġu mħeġġa, permezz ta' mekkaniżmu flessibbli, biex ikomplu jnaqqsu l-kombustjoni tal-fjuwils fossili filwaqt li jibqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sakemm l-użu tagħhom tal-bijomassa sostenibbli jkun tant sostanzjali li l-inklużjoni tagħhom taħt l-EU ETS ma tibqax ġustifikata. Barra minn hekk, l-esperjenza uriet li l-esklużjoni tal-installazzjonijiet li jużaw esklużivament il-bijomassa, li effettivament hija livell limitu ta' 100 % ħlief għall-kombustjoni tal-fjuwils fossili matul il-fażijiet tal-bidu u tat-tmiem tat-tħaddim, teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid u definizzjoni aktar preċiża. Il-livell limitu ta' 95 % jippermetti l-kombustjoni tal-fjuwils fossili matul il-fażijiet tal-bidu u tat-tmiem tat-tħaddim. |
|
(71) |
Sabiex jinċentivaw l-adozzjoni ta' teknoloġiji b'livell baxx u żero ta' emissjonijiet tal-karbonju, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-operaturi bl-għażliet li jibqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sa tmiem il-perjodu attwali u dak tal-ħames snin li jmiss imsemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE jekk l-installazzjoni tbiddel il-proċess ta' produzzjoni tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha u ma tibqax tissodisfa l-livell limitu ta' 20 MW tal-input termiku nominali totali. |
|
(72) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ippubblikat ir-rapport finali tagħha dwar il-kwoti ta' emissjonijiet u derivattivi assoċjati fit-28 ta' Marzu 2022. Ir-rapport huwa analiżi komprensiva tal-integrità tas-suq Ewropew tal-karbonju u pprovda għarfien espert u rakkomandazzjonijiet fir-rigward taż-żamma tal-funzjonament xieraq tas-suq tal-karbonju. Sabiex jiġu mmonitorjati kontinwament l-integrità u t-trasparenza tas-suq, ir-rapportar mill-ESMA jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi regolari. L-ESMA diġà qiegħda tivvaluta l-iżviluppi tas-suq u, meta jkun meħtieġ, tipprovdi rakkomandazzjonijiet, fil-qasam tal-kompetenza tagħha, fir-rapporti tagħha dwar xejriet, riskji u vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). L-analiżi tas-suq Ewropew tal-karbonju, li tinkludi l-irkanti tal-kwoti tal-emissjonijiet, in-negozjar fuq il-post u barra l-borża fil-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, jenħtieġ li tkun parti minn dak ir-rapportar annwali. Dan l-obbligu jwassal għas-simplifikar tar-rapportar magħmul mill-ESMA u jippermetti tqabbil bejn is-swieq, b'mod partikolari minħabba rabtiet b'saħħithom bejn l-EU ETS u s-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet. Tali analiżi regolari mill-ESMA jenħtieġ li b'mod partikolari timmonitorja kwalunkwe volatilità tas-suq u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, l-operat tal-irkantijiet u l-operazzjonijiet tan-negozjar fis-suq, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u l-kategoriji u l-imġiba kummerċjali tal-parteċipanti fis-suq, inkluża attività spekulattiva li jkollha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet. Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tagħha, meta jkun rilevanti, jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-integrità u t-trasparenza tas-suq kif ukoll l-obbligi ta' rapportar, u biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq u biex tingħata għajnuna għaż-żamma ta' swieq ordnati għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kif xieraq il-valutazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tar-rapport annwali dwar is-suq tal-karbonju u, fejn meħtieġ, fir-rapporti biex tiżgura l-funzjonament aħjar tas-suq tal-karbonju. |
|
(73) |
Sabiex jiġu inċentivati aktar l-investimenti meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin distrettwali u jiġu indirizzati l-aspetti soċjali relatati mal-prezzijiet għolja tal-enerġija u l-intensità għolja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali, fl-Istati Membri b'sehem għoli ħafna ta' emissjonijiet minn tisħin distrettwali meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija, jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu japplikaw għal allokazzjoni tranżitorja bla ħlas addizzjonali għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali, u jenħtieġ li l-valur addizzjonali tal-allokazzjoni bla ħlas jiġi investit biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet qabel l-2030. Biex jiġi żgurat li dak it-tnaqqis iseħħ, jenħtieġ li l-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas addizzjonali tkun kondizzjonali fuq l-investimenti magħmula u fuqit-tnaqqis fl-emissjonijiet miksuba kif stabbilit fi pjanijiet tan-newtralità klimatika li jridu jitfasslu mill-operaturi għall-installazzjonijiet rilevanti tagħhom. |
|
(74) |
Żidiet eċċessivi mhux mistennija jew f'daqqa fil-prezzijiet fis-suq tal-karbonju jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-prevedibbiltà tas-suq, li hija essenzjali għall-ippjanar tal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni. Għalhekk, il-miżura li tapplika f'każ ta' fluttwazzjonijiet eċċessivi tal-prezzijiet fis-suq għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tissaħħaħ b'attenzjoni biex tittejjeb ir-reattività tagħha għal flutwazzjonijiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet. Jekk il-kundizzjoni ta' skattar bbażata fuq iż-żieda fil-prezz medju tal-kwoti tiġi ssodisfata, din il-miżura ta' salvagwardja bbażata fuq ir-regoli jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament, b'hekk jirriżulta f'rilaxx ta' għadd predeterminat ta' kwoti mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Il-kundizzjoni ta' skattar jenħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-Kummissjoni u ppubblikata kull xahar biex tittejjeb it-trasparenza. Biex jiġi żgurat l-irkantar ordnat tal-kwoti rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont din il-miżura ta' salvagwardja u biex tittejjeb il-prevedibbiltà tas-suq, jenħtieġ li din il-miżura ma terġax tapplika sa mill-inqas tnax-il xahar wara t-tmiem tar-rilaxx preċedenti tal-kwoti fis-suq skont il-miżura. |
|
(75) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 - Ninvestu f'futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna" issottolinjat l-isfida partikolari li jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Għalhekk, il-Kummissjoni ħabbret li espansjoni ulterjuri tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tista' tinkludi emissjonijiet mill-bini u mit-trasport bit-triq, filwaqt li indikat li l-kopertura tal-emissjonijiet kollha mil-kombustjoni tal-fjuwil tippreżenta benefiċċji importanti. L-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jiġi applikat għall-fjuwils użati għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u t-trasport bit-triq kif ukoll f’setturi addizzjonali li jikkorrispondu għal attivitajiet industrijali mhux koperti mill-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE bħat-tisħin ta’ faċilitajiet industrijali (“setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali”). Għal dawk is-setturi, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet separata iżda b’mod parallel biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet li tiffunzjona tajjeb għall-installazzjonijiet stazzjonarji u għall-avjazzjoni. Is-sistema l-ġdida hija akkumpanjata minn politiki komplementari li jsawru l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq u li jimmiraw għal sinjal tal-prezz tal-karbonju għall-ekonomija kollha filwaqt li jipprovdu miżuri biex jiġu evitati impatti bla bżonn fuq il-prezzijiet. L-esperjenza preċedenti wriet li l-iżvilupp tas-sistema l-ġdida jeħtieġ l-istabbiliment ta' sistema effiċjenti ta' monitoraġġ, rapportar u verifika. Bil-ħsieb li jiġu żgurati sinerġiji u konsistenza mal-infrastruttura eżistenti tal-Unjoni għall-EU ETS, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali permezz ta' emenda għad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(76) |
Sabiex jiġi stabbilit il-qafas ta' implimentazzjoni meħtieġ u jiġi pprovdut perjodu ta' żmien raġonevoli biex tintlaħaq il-mira tal-2030, jenħtieġ li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jibda fl-2025. Matul l-ewwel snin, jenħtieġ li l-entitajiet regolati jkunu meħtieġa jżommu permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom għas-snin mill-2024 sal-2026. Jenħtieġ li l-ħruġ ta' kwoti u l-obbligi ta' konformità għal dawk l-entitajiet ikunu applikabbli mill-2027. Dan is-sekwenzjar jippermetti l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet f’dawk is-setturi jibda b'mod ordnat u effiċjenti. Dan jippermetti wkoll li l-miżuri jkunu fis-seħħ biex tiġi żgurata introduzzjoni soċjalment ġusta tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, sabiex jittaffa l-impatt tal-prezz tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli u fuq l-utenti tat-trasport. |
|
(77) |
Minħabba l-għadd kbir ħafna ta' emittenti żgħar fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit il-punt ta' regolamentazzjoni fil-livell ta' entitajiet li jarmu direttament gassijiet serra, kif inhu l-każ għall-installazzjonijiet stazzjonarji u għall-avjazzjoni. Għalhekk, għal raġunijiet ta' fattibbiltà teknika u effiċjenza amministrattiva, huwa aktar xieraq li jiġi stabbilit il-punt ta' regolamentazzjoni aktar 'il fuq fil-katina tal-provvista. L-att li jiskatta l-obbligu ta' konformità taħt is-sistema l-ġdida ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jkun ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, inkluż għalt-trasport bit-triq ta' gassijiet serra għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku tagħhom, kif ukoll fis-setturi addizzjonali li jikkorrispondu għal attivitajiet industrijali mhux koperti mill-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Biex tiġi evitata kopertura doppja, ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw f'attivitajiet skont l-Anness I ta' dik id-Direttiva ma jenħtieġx li jiġi kopert. |
|
(78) |
L-entitajiet regolati fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali u l-punt ta' regolamentazzjoni jenħtieġ li jiġu definiti f'konformità mas-sistema tad-dazju tas-sisa stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (27), bl-adattamenti meħtieġa, billi dik id-Direttiva diġà tistabbilixxi sistema robusta ta' kontroll għall-kwantitajiet kollha ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum għall-finijiet tal-ħlas tad-dazji tas-sisa. Il-konsumaturi finali tal-fjuwils f'dawk is-setturi jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(79) |
L-entitajiet regolati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti simili ta' permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra bħall-operaturi ta' installazzjonijiet stazzjonarji. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-applikazzjonijiet għal permessi, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi, il-kontenut, u r-rieżami, u kwalunkwe bidla relatata mal-entità regolata. Sabiex is-sistema l-ġdida tibda b'mod ordnat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-entitajiet regolati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ikollhom permess validu mill-bidu tas-sistema fl-2025. |
|
(80) |
Jenħtieġ li l-kwantità totali ta' kwoti għas-sistema l-ġdida ta' kwoti tal-emissjonijiet issegwi trajettorja lineari biex tilħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, filwaqt li jitqies il-kontribut kosteffiċjenti tas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 43 % sal-2030, meta mqabbel mal-2005 u tas-setturi addizzjonali, kontribut kosteffiċjenti kkombinat ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 42 % sal-2030, meta mqabbel mal-2005. Jenħtieġ li l-kwantità totali ta' kwoti tiġi stabbilita għall-ewwel darba fl-2027 biex issegwi trajettorja li tibda fl-2024 mill-valur tal-limiti tal-emissjonijiet tal-2024, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) abbażi tal-emissjonijiet ta' referenza għal dawn is-setturi koperti għall-2005 u għall-perjodu mill-2016 sal-2018 kif determinat skont l-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fattur ta' tnaqqis lineari jiġi stabbilit għal 5,10 %. Mill-2028, jenħtieġ li l-kwantità totali ta' kwoti tiġi stabbilita abbażi tal-emissjonijiet medji rrapportati għas-snin 2024, 2025 u 2026, u jenħtieġ li tonqos bl-istess rata ta’ tnaqqis annwali assolut kif stabbilit mill-2024, li jikkorrispondi għal fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,38 % meta mqabbel mal-valur komparabbli tal-2025 tat-trajettorja definita hawn fuq. Jekk dawk l-emissjonijiet ikunu ogħla b'mod sinifikanti minn dak il-valur tat-trajettorja u jekk tali diverġenza ma tkunx dovuta għal differenzi fuq skala żgħira fil-metodoloġiji tal-kejl tal-emissjonijiet, jenħtieġ li l-fattur ta' tnaqqis lineari jiġi aġġustat biex jintlaħaq il-livell ta’ tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet fl-2030. |
|
(81) |
L-irkantar tal-kwoti huwa l-aktar metodu sempliċi u ekonomikament effiċjenti għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet, u jevita wkoll profitti mhux previsti. Kemm is-settur tal-bini kif ukoll dak tat-trasport bit-triq huma taħt pressjoni kompetittiva relattivament żgħira jew mhux eżistenti minn barra l-Unjoni u mhumiex esposti għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti għall-bini u għat-trasport bit-triq jiġu allokati biss permezz ta' rkantar, mingħajr ma jkun hemm allokazzjoni bla ħlas. |
|
(82) |
Sabiex jiġi żgurat bidu bla xkiel tas-sistema ta' kwoti tal-emissjonijiet il-ġdida u b'kont meħud tal-ħtieġa tal-entitajiet regolati li jiħħeġġjaw jew jixtru kwoti bil-quddiem biex itaffu r-riskju tagħhom tal-prezz u tal-likwidità, jenħtieġ li jiġu rkantati ammont ogħla ta' kwoti minn kmieni. Għalhekk, jenħtieġ li l-volumi tal-irkant fl-2027 ikunu 30 % ogħla mill-kwantità totali tal-kwoti għall-2027. Dan l-ammont ikun biżżejjed biex jipprovdi likwidità, kemm jekk l-emissjonijiet jonqsu f'konformità mat-tnaqqis meħtieġ, kif ukoll f'każ li t-tnaqqis fl-emissjonijiet iseħħ biss b'mod progressiv. Jenħtieġ li r-regoli dettaljati għal dak it-tqassim minn qabel tal-volum tal-irkant jiġu stabbiliti f'att delegat relatat mal-irkantar, adottat skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(83) |
Ir-regoli ta' distribuzzjoni dwar l-ishma tal-irkant huma rilevanti ħafna għal kwalunkwe dħul mill-irkant li jakkumula għall-Istati Membri, speċjalment fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw l-impatti soċjali ta' sinjal tal-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Minkejja l-fatt li dawk is-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għandhom karatteristiċi differenti ħafna, huwa xieraq li tiġi stabbilita regola ta' distribuzzjoni komuni simili għal dik applikabbli għall-installazzjonijiet stazzjonarji. Il-maġġoranza tal-kwoti jenħtieġ li titqassam fost l-Istati Membri kollha abbażi tad-distribuzzjoni medja tal-emissjonijiet fit-trasport bit-triq, il-bini kummerċjali u istituzzjonali u l-bini residenzjali, matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. |
|
(84) |
L-introduzzjoni tal-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn kumpens soċjali effettiv, speċjalment fid-dawl tal-livelli eżistenti ta' faqar enerġetiku. Madwar 34 miljun ċittadin Ewropew, kważi 6,9 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, qalu li ma jistgħux jaffordjaw li jsaħħnu djarhom b'mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2021 madwar l-Unjoni kollha. Biex jinkiseb kumpens soċjali u distributtiv effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jonfqu d-dħul mill-irkant mill-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għall-finijiet relatati mal-klima u l-enerġija diġà speċifikati għas-sistema eżistenti ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, billi jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-aspetti soċjali tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, jew għal miżuri miżjuda speċifikament biex jindirizzaw it-tħassib relatat għal dawk is-setturi, inklużi miżuri ta' politika relatati skont id-Direttiva 2012/27/UE. Fond Soċjali għall-Klima ġdid stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) se jipprovdi finanzjament iddedikat lill-Istati Membri biex jappoġġaw lill-gruppi vulnerabbli l-aktar affettwati, speċjalment l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew tat-trasport. Il-Fond Soċjali għall-Klima ser jippromwovi l-ġustizzja u s-solidarjetà bejn u fi ħdan l-Istati Membri, filwaqt li jtaffi r-riskju tal-faqar enerġetiku u tat-trasport matul it-tranżizzjoni. Huwa se jibni fuq il-mekkaniżmi ta' solidarjetà eżistenti u jikkomplementahom, f'sinerġija ma' programmi u fondi oħra ta' nfiq tal-Unjoni. 50 miljun kwota mill-EU ETS skont l-Artikolu 10a(8b) tad-Direttiva 2003/87/KE u 150 miljun kwota mill-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, u d-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti li jikkonċernaw is-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, sa massimu ta’ EUR 65 000 000 000, jenħtieġ li jintużaw għall-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima fil-forma ta' dħul assenjat estern fuq bażi temporanja u eċċezzjonali, sakemm isiru d-diskussjonijiet u d-deliberazzjonijiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea rigward l-istabbiliment ta' riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-EU ETS f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu,) tat-TFUE. Huwa meħtieġ li jiġi previst li, meta tiġi adottata deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE li tistabbilixxi dik ir-riżorsa proprja ġdida, jenħtieġ li, meta tali deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-istess dħul ma jibqax assenjat esternament. Fir-rigward tal-Fond Soċjali għall-Klima, f'każ tal-adozzjoni ta' tali deċiżjoni, il-Kummissjoni trid tippreżenta, kif xieraq, il-proposti meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) 2023/955. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta' wara l-2027. |
|
(85) |
Ir-rapportar dwar l-użu tad-dħul mill-irkantar jenħtieġ li jiġi allinjat mar-rapportar attwali stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1999. |
|
(86) |
L-entitajiet regolati koperti mis-sistema l-ġdida ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jċedu l-kwoti għall-emissjonijiet ivverifikati tagħhom li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' fjuwils li jkunu rrilaxxaw għall-konsum. Jenħtieġ li huma jċedu l-kwoti għall-ewwel darba għall-emissjonijiet ivverifikati tagħhom fl-2027. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv, għadd ta' regoli applikabbli għas-sistema eżistenti tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għal installazzjonijiet stazzjonarji u għall-avjazzjoni jenħtieġ li jsiru applikabbli għas-sistema l-ġdida ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq oħrajn addizzjonali, bl-adattamenti meħtieġa. Dan jinkludi, b'mod partikolari, regoli dwar it-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, kif ukoll ir-regoli dwar il-validità tal-kwoti, il-penali, l-awtoritajiet kompetenti u l-obbligi ta' rapportar tal-Istati Membri. |
|
(87) |
Ċerti Stati Membri diġà għandhom taxxi nazzjonali fuq il-karbonju li japplikaw għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga temporanja sa tmiem l-2030. Biex jiġi żgurat li l-objettivi tad-Direttiva 2003/87/KE jinkisbu u li s-sistema l-ġdida għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet hija koerenti, jenħtieġ li l-għażla tal-applikazzjoni ta’ dik id-deroga tkun disponibbli biss meta r-rata tat-taxxa nazzjonali tkun ogħla mill-prezz medju tal-irkantar għas-sena rilevanti, u jenħtieġ li tapplika biss għall-obbligu ta' ċediment tal-entitajiet regolati li jħallsu tali taxxa. Biex jiġu żgurati l-istabbiltà u t-trasparenza tas-sistema, it-taxxa nazzjonali, inkluż ir-rati tat-taxxa rilevanti, jenħtieġ li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sat-tmiem il-perjodu ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Id-deroga jenħtieġ li ma taffettwax id-dħul assenjat estern għall-Fond Soċjali għall-Klima jew, jekk stabbilita skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE, riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul mill-iskambju tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali. |
|
(88) |
Sabiex l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jkun effettiv, jenħtieġ li jkun possibbli li l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati b'ċertezza għolja u b'kost raġonevoli. Jenħtieġ li l-emissjonijiet jiġu attribwiti lill-entitajiet regolati abbażi tal-kwantitajiet ta' fjuwil rilaxxati għall-konsum u kkombinati ma' fattur ta' emissjoni. Jenħtieġ li l-entitajiet regolati jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddifferenzjaw b'mod affidabbli u preċiż is-setturi li fihom jiġu rilaxxati l-fjuwils għall-konsum, kif ukoll l-utenti finali tal-fjuwils, sabiex jiġu evitati effetti mhux mixtieqa, bħal piż doppju. Fl-għadd żgħir ta' każijiet meta ma jistax jiġi evitat l-għadd doppju bejn l-emissjonijiet fl-EU ETS eżistenti u s-sistema l-ġdida ta’ skambju ta’ emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, jew meta l-kostijiet jirriżultaw minħabba ċ-ċediment tal-kwoti għall-emissjonijiet minn attivitajiet mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw tali dħul biex jikkumpensaw għall-għadd doppju inevitabbli jew kostijiet oħra bħal dawn barra s-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi biex jiġi evitat l-għadd doppju u ċ-ċediment ta' kwoti għal emissjonijiet mhux koperti mis-sistema ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, u biex jiġi pprovdut kumpens finanzjarju. Biex tkompli tittaffa kwalunkwe kwistjoni ta' għadd doppju, l-iskadenzi għall-monitoraġġ u ċ-ċediment fis-sistema l-ġdida għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li tkun xahar wara l-iskadenzi fis-sistema eżistenti għall-installazzjonijiet stazzjonarji u l-avjazzjoni. Biex ikun hemm biżżejjed data biex tiġi stabbilita l-kwantità totali ta' kwoti għall-perjodu mill-2028 sal-2030, l-entitajiet regolati li jkollhom permess fil-bidu tas-sistema fl-2025 jenħtieġ li jirrapportaw l-emissjonijiet storiċi assoċjati tagħhom għall-2024. |
|
(89) |
It-trasparenza fir-rigward tal-kostijiet tal-karbonju u sa liema punt jiġu mogħdija fuq il-konsumaturi huma ta' importanza ewlenija biex ikun jista' jsir tnaqqis rapidu u kosteffiċjenti tal-emissjonijiet fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dan huwa ta' importanza partikolari f'sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet li hija bbażata fuq obbligi upstream. Is-sistema l-ġdida ta' skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet huwa maħsub biex jinċentiva lill-entitajiet regolati biex inaqqsu l-kontenut tal-karbonju tal-fjuwils u jenħtieġ li tali entitatjiet ma jagħmlux profitti mhux dovuti billi jiġu mogħdija aktar kostijiet tal-karbonju fuq il-konsumaturi milli jġarrbu huma. Filwaqt li l-irkantar sħiħ tal-kwoti tal-emissjonijiet skont is-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali diġà jillimita l-okkorrenza ta' tali profitti mhux dovuti, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja sa liema punt l-entitajiet regolati jgħaddu l-kostijiet tal-karbonju, sabiex jiġu evitati profitti mhux mistennija. Fir-rigward tal-Kapitolu IVa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta kull sena, meta jkun possibbli skont it-tip ta' fjuwil, dwar il-livell medju tal-ispejjeż tal-karbonju li jkunu ġew mogħdija fuq il-konsumaturi fl-Unjoni. |
|
(90) |
Huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri biex jiġi indirizzat ir-riskju potenzjali ta' żidiet eċċessivi fil-prezzijiet, li, jekk ikunu partikolarment għoljin fil-bidu tas-sistema tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet il-ġdida, jistgħu jimminaw ir-rieda tal-unitajiet domestiċi u tal-individwi li jinvestu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jikkomplementaw is-salvagwardji pprovduti mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u li saru operattivi fl-2019. Filwaqt li s-suq se jkompli jiddetermina l-prezz tal-karbonju, il-miżuri ta' salvagwardja se jiġu skattati permezz ta' mekkaniżmu awtomatiku bbażat fuq ir-regoli, fejn il-kwoti jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq biss jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet konkreti ta' skattar, wieħed jew aktar, ibbażati fuq iż-żieda fil-prezz medju tal-kwoti. Dan il-mekkaniżmu addizzjonali jenħtieġ li jkun ukoll reattiv ferm, sabiex tiġi indirizzata l-volatilità eċċessiva dovuta għal fatturi għajr dak ta' tibdil fil-prinċipji fundamentali tas-suq. Jenħtieġ li l-miżuri jiġu adattati għal livelli differenti ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet, li tirriżulta fi gradi differenti ta’ intervent. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-iskattar jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-Kummissjoni u jenħtieġ li l-miżuri jiġu adottati mill-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta' akkumpanjament li jistgħu jadottaw l-Istati Membri biex jindirizzaw l-impatti soċjali negattivi. |
|
(91) |
Sabiex tiżdied iċ-ċertezza għaċ-ċittadini li l-prezz tal-karbonju fis-snin inizjali tas-sistema l-ġdida tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ma jaqbiżx il-EUR 45, huwa xieraq li jiġi inkluż mekkaniżmu addizzjonali ta' stabbiltà tal-prezzijiet biex jiġu rilaxxati kwoti mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f'każ li l-prezz tal-karbonju jaqbeż dak il-livell. Fil-prinċipju, il-miżura jenħtieġ li tapplika darba matul perjodu ta' 12-il xahar. Madankollu, jenħtieġ li tkun tista' terġa' tapplika wkoll matul l-istess perjodu ta' 12-il xahar meta l-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, tqis li l-evoluzzjoni tal-prezz tiġġustifika rilaxx ieħor tal-kwoti. Fid-dawl tal-għan ta' dan il-mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiltà fis-snin inizjali tas-sistema l-ġdida tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-funzjonament tiegħu u jekk jenħtieġx li jitkompla wara l-2029. |
|
(92) |
Bħala mekkaniżmu ta' salvagwardja addizzjonali qabel il-bidu tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ttardjata l-applikazzjoni tal-limitu massimu u l-obbligi ta' ċediment meta l-prezzijiet bl-ingrossa tal-gass jew taż-żejt ikunu eċċezzjonalment għoljin meta mqabbla max-xejriet storiċi. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun awtomatiku, jiġifieri li l-applikazzjoni tal-limitu massimu u l-obbligi ta' ċediment jiddewmu b'sena jekk jiġu ssodisfati l-iskattaturi konkreti tal-prezz tal-enerġija. Il-prezzijiet ta' referenza jenħtieġ li jiġu ddeterminati abbażi ta' kuntratti ta' referenza fis-swieq bl-ingrossa tal-gass u taż-żejt li huma disponibbli immedjatament u l-aktar rilevanti għall-konsumaturi finali. Jenħtieġ li jiġu previsti kundizzjonijiet ta' skattar separati għall-prezzijiet tal-gass u taż-żejt, peress li l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom isegwu xejriet storiċi differenti. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi ċarezza dwar l-applikazzjoni tad-dewmien biżżejjed minn qabel, permezz ta' avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(93) |
L-applikazzjoni tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jenħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni, inkluż il-grad ta' konverġenza fil-prezzijiet mal-EU ETS eżistenti u, jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li jiġi propost rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jittejbu l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għal dawk is-setturi abbażi tal-għarfien miksub, kif ukoll konverġenza miżjuda fil-prezzijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tintalab tippreżenta l-ewwel rapport dwar dawk il-kwistjonijiet sal-1 ta' Jannar 2028. |
|
(94) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3ga(2), l-Artikolu 3gf(2) u (4), l-Artikolu 10b(4), l-Artikolu 12(3-d) u (3-c), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 30f(3) u (5) u l-Artikolu 30h(7) tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Biex jiġu żgurati sinerġiji mal-qafas regolatorju eżistenti, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta' dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġi estiż biex ikopri s-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u setturi addizzjonali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni, ħlief is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 3gf(2) u l-Artikolu 12(3-d) u (3-c) tad-Direttiva 2003/87/KE, ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). |
|
(95) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva u f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jagħmlu użu mill-evidenza xjentifika l-aktar reċenti waqt l-implimentazzjoni tal-politiki. Għalhekk, meta l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jipprovdi pariri xjentifiċi u joħroġ rapporti dwar l-EU ETS, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis tali pariri u rapporti, b'mod partikolari, fir-rigward tal-ħtieġa għal politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi u l-miri tar-Regolament (UE) 2021/1119, u politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni fid-dawl tal-ambizzjoni u l-integrità ambjentali ta' miżuri globali bbażati fuq is-suq għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. |
|
(96) |
Biex tiġi rikonoxxuta l-kontribuzzjoni tad-dħul tal-EU ETS għat-tranżizzjoni klimatika, jenħtieġ li tiġi introdotta tikketta tal-EU ETS. Fost miżuri oħra biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament mill-EU ETS, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-proġetti u l-attivitajiet appoġġati permezz tal-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Fond għall-Innovazzjoni jiġu indikati b'mod ċar bħala li ġejjin mid-dħul tal-EU ETS billi juru tikketta xierqa. |
|
(97) |
Bl-għan li jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li tiġi stabbilita mira klimatika għall-Unjoni kollha għall-2040, abbażi ta' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dak ir-Regolament. L-EU ETS jenħtieġ li tiġi rieżaminata biex tiġi allinjata mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2040. Bħala riżultat, sa Lulju 2026, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar diversi aspetti tal-EU ETS, u takkumpanja r-rapport, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt. F'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li tingħata prijorità lit-tnaqqis tal-emissjonijiet diretti, li se jkollu jiġi kkomplementat minn żieda fl-assorbimenti tal-karbonju sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika. Għalhekk, fost aspetti oħra, sa Lulju 2026 il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif l-emissjonijiet imneħħija mill-atmosfera u maħżuna b'mod sikur u permanenti, pereżempju permezz tal-qbid dirett mill-arja, jistgħu potenzjalment jiġu koperti mill-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, mingħajr ma jiġi kkumpensat it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet. Sakemm l-istadji kollha tal-ħajja ta' prodott, li fih jintuża l-karbonju maqbud, ikunu soġġetti għall-ipprezzar tal-karbonju, b'mod partikolari fl-istadju tal-inċinerazzjoni tal-iskart, id-dipendenza fuq il-kontabbiltà għall-emissjonijiet fil-punt tar-rilaxx tagħhom mill-prodotti fl-atmosfera tirriżulta f'sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet. Sabiex tirregola l-qbid tal-karbonju b'mod li jnaqqas l-emissjonijiet netti u tiżgura li l-emissjonijiet kollha kkunsidrati u li jiġi evitat l-għadd doppju, filwaqt li tiġġenera inċentivi ekonomiċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, sa Lulju 2026, jekk l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE humiex effettivament ikkunsidrati, u jekk l-għadd doppju huwiex effettivament evitat. B'mod partikolari, jenħtieġ li tivvaluta l-kontabbiltà għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw fi prodott b'mod differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 12(3b), u tqis l-istadji downstream, inkluż ir-rimi u l-inċinerazzjoni tal-iskart. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà li jitnaqqsu l-livelli limitu massimi ta' input termiku nominali totali ta' 20 MW għall-attivitajiet fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali u l-piż amministrattiv. |
|
(98) |
Sa Lulju 2026, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tivvaluta u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-EU ETS, inkluż bil-ħsieb tal-inklużjoni tagħhom mill-2028, u jipprovdi valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali li Stat Membru jkollu l-għażla li ma jipparteċipax sa tmiem l-2030, filwaqt li titqies l-importanza tas-setturi kollha li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet. L-inklużjoni ta' installazzjonijiet ta' inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-EU ETS tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari billi tinkoraġġixxi r-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-prodotti, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għad-dekarbonizzazzjoni fl-ekonomija kollha. L-inklużjoni tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali ssaħħaħ l-inċentivi għall-ġestjoni sostenibbli tal-iskart f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn ir-reġjuni li jkunu inkludew l-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS. Biex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-iskart mill-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali lejn il-landfills fl-Unjoni, li joħolqu emissjonijiet tal-metan, u biex jiġu evitati l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi, b'impatt potenzjalment negattiv fuq l-ambjent, fir-rapport tagħha l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis id-devjazzjoni potenzjali tal-iskart lejn ir-rimi permezz tar-rimi f'landfills fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali, l-allinjament mal-objettivi tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) u r-robustezza u l-eżattezza fir-rigward tal-monitoraġġ u l-kalkolu tal-emissjonijiet. Meta jitqiesu l-emissjonijiet tal-metan mir-rimi fil-landfills u biex jiġi evitat il-ħolqien ta' kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll il-possibbiltà li tinkludi, fl-EU ETS, proċessi oħra tal-ġestjoni tal-iskart, bħar-rimi fil-landfills, il-fermentazzjoni, l-ikkompostjar u t-trattament mekkaniku u bijoloġiku, meta tivvaluta l-fattibbiltà li jiġu inklużi installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali. |
|
(99) |
Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonalità, ir-regoli dwar l-operat tal-Fond tal-Innovazzjoni, ir-regoli dwar l-operat tal-mekkaniżmu tal-offerti kompetittivi fir-rigward ta’ CDs u CCDs, ir-rekwiżiti biex jitqies li l-gassijiet serra jkunu saru permanentement marbuta kimikament fi prodott u l-estensjoni tal-attività msemmija fl-Anness III għad-Direttiva 2003/87/KE għal setturi oħra. Barra minn hekk, biex jiġu żgurati sinerġiji mal-qafas regolatorju eżistenti, jenħtieġ li d-delega fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE li tikkonċerna l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar tiġi estiża biex tkopri s-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (32). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(100) |
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-EU ETS eżistenti u l-estensjoni tagħha għat-trasport marittimu jenħtieġ li japplikaw mill-2024 f'konformità mal-ħtieġa ta' azzjoni klimatika urġenti u għas-setturi kollha biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mod kosteffettiv. Konsegwentement, l-Istati Membri jenħtieġ li jittrasponu d-dispożizzjonijiet relatati ma' dawk is-setturi sal-31 ta' Diċembru 2023. Madankollu, l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jenħtieġ li tkun it-30 ta' Ġunju 2024, peress li r-regoli dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u l-permessi għal dawk is-setturi japplikaw mill-1 ta' Jannar 2025, u jirrikjedu biżżejjed żmien għal implimentazzjoni ordnata. Bħala eċċezzjoni, biex jiġu ggarantiti t-trasparenza u r-rapportar robust, jenħtieġ li l-Istati Membri jittrasponu l-obbligu li jirrapportaw dwar l-emissjonijiet storiċi għal dawk is-setturi sal-31 ta' Diċembru 2023, peress li dak l-obbligu huwa relatat mal-emissjonijiet fis-sena 2024. F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (33), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata. |
|
(101) |
EU ETS riformata u li tiffunzjona sewwa, li tinkludi strument li jistabbilizza s-suq, hija mezz ewlieni għall-Unjoni biex tilħaq il-mira għall-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha, l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn dakinhar 'il quddiem kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq tfittex li tindirizza l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 jipprovdi li r-riżerva trid tiġi rieżaminata tliet snin wara li ssir operattiva, billi tingħata attenzjoni partikolari liċ-ċifra perċentwali għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li jridu jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, il-livell limitu għall-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC) li jiddetermina l-inkorporazzjoni tal-kwoti, u l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva. Il-livell limitu attwali li jiddetermina t-tqegħid ta' kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq ġie stabbilit fl-2018, bl-aħħar rieżami tal-EU ETS, filwaqt li l-fattur ta' tnaqqis lineari qed jiżdied b'din id-Direttiva. Għalhekk, bħala parti mir-rieżami regolari tal-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll il-ħtieġa ta' aġġustament potenzjali ta' dak il-livell limitu, f'konformità mal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(102) |
Waqt li titqies il-ħtieġa li jingħata sinjal ta' investiment aktar b'saħħtu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b'mod kosteffiċjenti u bil-ħsieb li tissaħħaħ l-EU ETS, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tiġi emendata sabiex tiżdied ir-rata perċentwali għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li jridu jitqiegħdu kull sena fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq. Barra minn hekk, għal livelli aktar baxxi tat-TNAC, jenħtieġ li l-inkorporazzjoni tkun ugwali għad-differenza bejn it-TNAC u l-livell limitu li jiddetermina l-inkorporazzjoni tal-kwoti. Dan jipprevjeni l-inċertezza konsiderevoli fil-volumi tal-irkant li tirriżulta meta t-TNAC ikun qrib il-livell limitu, u fl-istess ħin jiżgura li l-eċċess jilħaq il-wisa' tal-banda tal-volum li fiha s-suq tal-karbonju jitqies li jopera b'mod bilanċjat. |
|
(103) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-livell ta' kwoti li jifdal fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq wara l-invalidazzjoni jkun prevedibbli, jenħtieġ li l-invalidazzjoni tal-kwoti fir-riżerva ma tibqax tiddependi fuq il-volumi tal-irkant tas-sena preċedenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-għadd ta' kwoti fir-riżerva jiġi stabbilit f'livell ta' 400 miljun kwota, li jikkorrispondi għal-livell limitu inferjuri għall-valur tat-TNAC. |
|
(104) |
L-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal din id-Direttiva wriet ukoll li jenħtieġ li d-domanda netta mill-avjazzjoni tiġi inkluża fit-TNAC. Barra minn hekk, billi l-kwoti tal-avjazzjoni jistgħu jintużaw bl-istess mod bħall-kwoti ġenerali, l-inklużjoni tal-avjazzjoni fir-riżerva tagħmilha għodda aktar preċiża u, b'hekk, għodda aħjar, biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq. Jenħtieġ li l-kalkolu tat-TNAC jinkludi l-emissjonijiet tal-avjazzjoni u l-kwoti maħruġa fir-rigward tal-avjazzjoni mis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
|
(105) |
Biex jiġi ċċarat il-kalkolu tat-TNAC, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tispeċifika li huma biss il-kwoti maħruġa u mhux imqiegħda fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq li huma inklużi fil-provvista tal-kwoti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-formula ma tibqax tnaqqas l-għadd ta' kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq mill-provvista tal-kwoti. Din il-bidla ma jkollha l-ebda impatt materjali fuq ir-riżultat tal-kalkolu tat-TNAC, inkluż fuq il-kalkoli tal-passat tat-TNAC jew fuq ir-riżerva. |
|
(106) |
Sabiex jittaffa r-riskju ta' żbilanċi fil-provvista u fid-domanda assoċjati mal-bidu tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, kif ukoll biex dan isir aktar reżistenti għax-xokkijiet fis-suq, jenħtieġ li l-mekkaniżmu bbażat fuq ir-regoli tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq jiġi applikat għal dawk is-setturi. Sabiex dik ir-riżerva tkun operattiva mill-bidu tas-sistema, jenħtieġ li tiġi stabbilita b'dotazzjoni inizjali ta' 600 miljun kwota għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u f'setturi addizzjonali. Il-livelli limitu inferjuri u superjuri inizjali, li jiskattaw ir-rilaxx jew l-inkorporazzjoni tal-kwoti mir-riżerva, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal klawżola ta' rieżami ġenerali. Elementi oħrajn, bħall-pubblikazzjoni tat-TNAC jew il-kwantità ta' kwoti rilaxxati jew imqiegħda fir-riżerva, jenħtieġ li jsegwu r-regoli tar-riżerva għal setturi oħrajn. |
|
(107) |
Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti b'mod li huwa proporzjonat għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra netti fl-ekonomija kollha għall-2030 permezz ta' mekkaniżmu estiż u emendat ibbażat fuq is-suq għall-Unjoni kollha, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(108) |
Jenħtieġ, għalhekk, li d-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE
Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Din id-Direttiva tipprevedi wkoll li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiżdied sabiex jikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis li huma kkunsidrati xjentifikament meħtieġa biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi tagħha kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u b'hekk biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi (*2). (*1) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1)." |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin: "1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u III, u għall-gassijiet serra elenkati fl-Anness II. Meta installazzjoni li tkun inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS minħabba t-tħaddim tal-unitajiet ta' kombustjoni b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW tbiddel il-proċessi ta' produzzjoni tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha u ma tibqax tissodisfa dak il-livell limitu, l-Istat Membru li fih tinsab l-installazzjoni għandu jipprovdi lill-operatur bl-għażliet biex jibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sa tmiem il-perjodu attwali u dak tal-ħames snin li jmiss imsemmi fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, wara l-bidla fil-proċessi tal-produzzjoni tagħha. L-operatur ta' dik l-installazzjoni jista' jiddeċiedi li l-installazzjoni għandha tibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS sa tmiem il-perjodu attwali ta' ħames snin biss jew anki tal-perjodu ta' ħames snin li jmiss, wara l-bidla fil-proċessi tal-produzzjoni tagħha. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-bidliet meta mqabbla mal-lista ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1). 2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). (*3) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).”;" |
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej: "L-avjazzjoni u t-Trasport Marittimu"; |
|
(5) |
l-Artikolu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3a Kamp ta' applikazzjoni L-Artikoli 3b sa 3g għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I. L-Artikoli 3ga sa 3gg għandhom japplikaw fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I." |
|
(6) |
l-Artikolu 3g huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3g Pjanijiet ta' monitoraġġ u rapportar L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru pjan ta' monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skont l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14." |
|
(7) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: "Artikolu 3ga Il-kamp ta' applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu 1. L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom japplikaw fir-rigward ta' ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jasal f'port ta’waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u li jaslu f'port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, u mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti ġewwa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. 2. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien u taġġorna dik il-lista sal-31 ta' Diċembru kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jelenkaw port bħala il-port tat-trażbord tal-kontejners ġirien fejn is-sehem tat-trażbord tal-kontejners, imkejjel f'unitajiet ekwivalenti għal għoxrin pied, jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta' dak il-port matul il-perjodu ta' tnax-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti u fejn tak il-port jkun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kontejners għandhom jitqiesu li huma ttrażbordati meta jinħattu minn bastiment għall-port għall-fini unika biex jitgħabbew fuq bastiment ieħor. Il-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi portijiet li jinsabu f'pajjiż terz għal liema dak il-pajjiż terz effettivament japplika miżuri ekwivalenti għal din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). 3. L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni li ġejja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10. Sal-31 ta' Diċembru 2030, sehem mill-kwoti għandu jiġi attribwit lill-Istati Membri bi proporzjon ta' kumpaniji tat-tbaħħir li kienu jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 3gf meta mqabbla mal-popolazzjoni rispettiva tagħhom fl-2020 u abbażi tad-data disponibbli għall-perjodu mill-2018 sal-2020, b'aktar minn 15-il kumpanija tat-tbaħħir għal kull miljun abitant. Il-kwantità tal-kwoti għandha tikkorrispondi għal 3,5 % tal-kwantità addizzjonali tal-kwoti minħabba ż-żieda fil-limitu massimu għat-trasport marittimu msemmi fl-Artikolu 9, it-tielet paragrafu, fis-sena rilevanti. Għas-snin 2024 u 2025, il-kwantità tal-kwoti għandha, barra minn hekk, tiġi mmultiplikata bil-perċentwali applikabbli għas-sena rilevanti skont l-Artikolu 3gb, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b). Id-dħul ġenerat mill-irkantar ta' dak is-sehem ta' kwoti għandu jintuża għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), fir-rigward tas-settur marittimu, u l-punti (f) u (i). 50 % tal-kwantità tal-kwoti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri rilevanti abbażi tas-sehem tal-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-bqija mqassma f'ishma indaqs bejniethom. Artikolu 3gb L-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti għat-trasport marittimu Il-kumpaniji tat-tbaħħir għandhom ikunu responsabbli biex iċedu l-kwoti skont l-iskeda li ġejja:
Fejn jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati mit-trasport marittimu għas-snin 2024 u 2025, ladarba tkun ġiet stabbilita d-differenza bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti fir-rigward ta' kull sena, ammont ta’ kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza għandha tiġi kkanċellata minflok irkantata skont l-Artikolu 10. Artikolu 3gc Dispożizzjonijiet għat-trasferiment tal-kostijiet tal-EU ETS mill-kumpanija tat-tbaħħir għal entità oħra L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta r-responsabbiltà aħħarija għax-xiri tal-fjuwil jew l-operat tal-bastiment, jew it-tnejn, tittieħed minn entità għajr il-kumpanija tat-tbaħħir skont l-arranġament kuntrattwali, il-kumpanija tat-tbaħħir tkun intitolata għal rimborż minn dik l-entità għall-kostijiet li jirriżultaw miċ-ċediment tal-kwoti. L-“operat tal-bastiment” għall-finijiet ta' dan l-Artikolu tfisser id-determinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr jew ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment. Il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tibqa' l-entità responsabbli għaċ-ċediment tal-kwoti kif meħtieġ skont l-Artikoli 3gb u 12 u għall-konformità ġenerali mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħhom jikkonformaw mal-obbligi li jċedu l-kwoti skont l-Artikoli 3gb u 12, minkejja l-intitolament ta’ tali kumpaniji ta’ tbaħħir li jiġu rimborżati mill-operaturi kummerċjali għall-kostijiet li jirriżultaw miċ-ċediment. Artikolu 3gd Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu Fir-rigward tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, l-awtorità amministrattiva, fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir, għandha tiżgura li kumpanija tat-tbaħħir taħt ir-responsabbiltà tagħha timmonitorja u tirrapporta l-parametri rilevanti matul perjodu ta' rapportar, u tippreżentalha data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/757. Artikolu 3ge Ir-regoli tal-verifika u l-akkreditazzjoni għall-emissjonijiet mit-trasport marittimu L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tiżgura li r-rapportar tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tat-tbaħħir preżentata minn kumpanija tat-tbaħħir skont l-Artikolu 3gd ta’ din id-Direttiva jiġi vverifikat f'konformità mar-regoli ta' verifika u akkreditazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/757. Artikolu 3gf Awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir 1. L-awtorità amministrattiva fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandha tkun:
2. Abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
3. Awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir li, skont il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2, hija responsabbli għal kumpanija tat-tbaħħir għandha żżomm dik ir-responsabbiltà irrispettivament mill-bidliet sussegwenti fl-attivitajiet jew ir-reġistrazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir sakemm dawk il-bidliet jiġu riflessi f'lista aġġornata. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mal-amministrazzjoni tal-kumpaniji tat-tbaħħir mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir skont din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Artikolu 3gg Rapportar u rieżami 1. Fil-każ tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) ta' miżura globali bbażata fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid din id-Direttiva fid-dawl ta' dik il-miżura adottata. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta' tali miżura globali bbażata fuq is-suq u qabel ma ssir operattiva. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miżura globali bbażata fuq is-suq fir-rigward ta':
Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni tista' takkumpanja r-rapport msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu bi proposta leġiżlattiva li temenda din id-Direttiva b'mod li jkun konsistenti mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u bl-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effettività tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-implimentazzjoni tal- miżura globali bbażata fuq is-suq u l-EU ETS, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe piż doppju sinifikanti. 2. Fil-każ li sal-2028 l-OMI ma tadottax miżura globali bbażata fuq is-suq biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u mill-inqas għal livell komparabbli ma' dak li jirriżulta mill-miżuri tal-Unjoni meħuda skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ħtieġa li tiġi applikata l-allokazzjoni tal-kwoti u r-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward ta' aktar minn ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi bejn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tikkunsidra l-progress fil-livell tal-OMI u teżamina jekk kwalunkwe pajjiż terz għandux miżura bbażata fuq is-suq ekwivalenti għal din id-Direttiva u tivvaluta r-riskju ta' żieda fil-prattiki evażivi, inkluż permezz ta' bidla għal modi oħra ta' trasport jew ċaqliq ta' ċentri portwarji lejn portijiet barra mill-Unjoni. Meta jkun xieraq, ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva. 3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward tat-trasport marittimu, b'mod partikolari biex tidentifika mġiba evażiva sabiex tipprevjeni tali mġiba fi stadju bikri, inkluż b’kunsiderazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi, u tirrapporta kull sentejn mill-2024, dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu u x-xejriet possibbli fir-rigward tal-kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja wkoll l-impatti fir-rigward, fost oħrajn, ta' żidiet possibbli fil-kostijiet tat-trasport, distorsjonijiet tas-suq u bidliet fit-traffiku tal-portijiet, bħall-evażjoni tal-portijiet u ċ-ċaqliq taċ-ċentri tat-trażbord, il-kompetittività ġenerali tas-settur marittimu fl-Istati Membri, u b'mod partikolari l-impatti fuq dawk is-servizzi tat-tbaħħir li jikkostitwixxu servizzi essenzjali ta' kontinwità territorjali. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu, b'mod partikolari miżuri biex jiġu indirizzati ix-xejriet fir-rigward ta' kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. 4. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3ga(3), it-tieni subparagrafu, lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2030 u, jekk xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva għal dak il-għan. 5. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-inklużjoni f'din id-Direttiva tal-emissjonijiet minn bastimenti, inklużi bastimenti offshore, b'tunnellaġġ gross ta' inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400, li jibni, b'mod partikolari, fuq l-analiżi li takkumpanja r-rieżami tar-Regolament (UE) 2015/757 mistennija sal-31 ta’ Diċembru 2024. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-interkonnessjonijiet bejn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2015/757 u jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tiegħu. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll kif din id-Direttiva tista' tagħti kont bl-aħjar mod tal-użu ta' fjuwils marittimi rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fuq bażi ta' ċiklu tal-ħajja. Meta jkun xieraq, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva." |
|
(8) |
l-Artikolu 3h huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3h Kamp ta' applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni u l-attivitajiet tat-trasport marittimu." |
|
(9) |
fl-Artikolu 6(2), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 8 Koordinazzjoni mad-Direttiva 2010/75/UE L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta l-installazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta' permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġu kkoordinati ma' dawk għall-ħruġ ta’ permess previst f'dik id-Direttiva. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 2010/75/UE. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività tas-sinerġiji mad-Direttiva 2010/75/UE. Il-permessi ambjentali u rilevanti għall-klima għandhom jiġu kkoordinati biex tiġi żgurata eżekuzzjoni effiċjenti u rapida tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest ta' kwalunkwe rieżami futur ta' din id-Direttiva." |
|
(11) |
fl-Artikolu 9 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: "Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'90 miljun kwota. Fl-2026, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha titnaqqas b'27 miljun kwota. Fl-2024, il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għandha tiżdied bi 78,4 miljun kwota għat-trasport marittimu. Il-fattur lineari għandu jkun 4,3 % mill-2024 sal-2027 u 4,4 % mill-2028. Il-fattur lineari għandu japplika wkoll għall-kwoti li jikkorrispondu għall-emissjonijiet medji mit-trasport marittimu rrapportati f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 għall-2018 u l-2019 li huma indirizzati fl-Artikolu 3ga ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha sas-6 ta’ Settembru 2023. Mill-1 ta' Jannar 2026 u l-1 ta' Jannar 2027 rispettivament, il-kwantità ta' kwoti għandha tiżdied biex titqies il-kopertura ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għajr l-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tat--trasport marittimu u l-kopertura tal-emissjonijiet ta' bastimenti offshore, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom għall-aktar sena reċenti li għaliha tkun disponibbli d-data. Minkejja l-Artikolu 10(1), il-kwoti li irriżultaw minn dik iż-żieda għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8)."; |
|
(12) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
l-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 10b(4), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: "Fi Stat Membru fejn, fuq medja fis-snin mill-2014 sal-2018, is-sehem tal-emissjonijiet tiegħu mit-tisħin distrettwali tat-total tal-Unjoni ta' tali emissjonijiet, diviż bis-sehem ta' PDG ta’ dak l-Istat Membru tal-PDG totali tal-Unjoni huwa akbar minn ħamsa, allokazzjoni addizzjonali bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata lit-tisħin distrettwali għall-perjodu mill-2026 sal-2030, dment li volum ta' investiment ekwivalenti għall-valur ta' dik l-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jiġi investit biex l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod sinifikanti qabel l-2030 f'konformità mal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li l-kisba tal-miri u l-istadji importanti msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu jkun ikkonfermat mill-verifika mwettqa f'konformità mar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tat-tisħin distrettwali għandhom jistabbilixxu pjan ta' newtralità klimatika għall-installazzjonijiet li għalihom japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dak il-pjan għandu jkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandu jistabbilixxi:
Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu għandu jiġi vverifikat fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn mill-ammont msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma jkunx ġie vverifikat fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-kontenut minimu tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu u l-format tal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija f’dak is-subparagrafu u fl-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji ma' pjanijiet simili kif previst fid-dritt tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2)."; |
|
(15) |
fl-Artikolu 10c, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: "7. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku u l-operaturi tan-network li jibbenefikaw jirrapportaw, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom, inkluż il-bilanċ tal-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa fuq l-investiment imġarrba u t-tipi ta' investimenti appoġġati. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel tali rapporti pubbliċi." |
|
(16) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: "Artikolu 10ca Skadenza iqsar għall-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija B'deroga mill-Artikolu 10c, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu allokazzjoni tranżitorja bla ħlas biss lil installazzjonijiet f'konformità ma' dak l-Artikolu għal investimenti li jsiru qabel il-31 ta' Diċembru 2024. Kwalunkwe kwota disponibbli għall-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-Artikolu 10c għall-perjodu mill-2021 sal-2030 li ma tintużax għal tali investimenti għandha, fil-proporzjon determinat mill-Istat Membru rispettiv:
Sal-15 ta' Mejju 2024, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ammonti rispettivi ta' kwoti li jridu jintużaw skont l-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u, b'deroga mill-Artikolu 10d(4), it-tieni sentenza, taħt l-Artikolu 10d." |
|
(17) |
l-Artikolu 10d huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: "Artikolu 10f Il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri benefiċjarji u l-Kummissjoni għandhom jużaw id-dħul ġenerat mill-irkantar tal-kwoti destinati għall-Fond għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 10a(8) ta’ din id-Direttiva, u tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tielet u r-raba' subparagrafi, ta’ din id-Direttiva, f'konformità mal-kriterji "la tagħmilx ħsara sinifikanti" stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, meta jintuża tali dħul għal attività ekonomika li għaliha jkunu ġew stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniku skont l-Artikolu 10(3), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali rilevanti." |
|
(19) |
fl-Artikolu 11(2), id-data "28 ta' Frar" hija sostitwita bit-"30 ta' Ġunju"; |
|
(20) |
it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b'dan li ġej: "Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Installazzjonijiet tal-Avjazzjoni, tat-Trasport Marittimu u dawk Stazzjonarji"; |
|
(21) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u, meta jkun rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva, u l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fuq rotot li għalihom l-emissjonijiet jiġu rrapportati fl-ambitu ta' din id-Direttiva, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Direttiva u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal ta' tisħin globali ta' kull gass serra u jqisu l-għarfien xjentifiku aġġornat dwar l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-effetti tagħhom, inklużi l-effetti tel-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, sabiex tali bijomassa jkollha rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw kif għandu jitqies il-ħżin tal-emissjonijiet minn taħlita ta' sorsi b'rata żero u sorsi mhux b'rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklati, filwaqt li jiżguraw li jitqiesu tali emissjonijiet u li jiġi evitat għadd doppju.”; |
|
(23) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
l-Artikolu 18b huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 18b Assistenza mill-Kummissjoni, mill-ESMA u minn organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn 1. Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3c(4) u l-Artikoli 3g, 3gd, 3ge, 3gf, 3gg u 18a, il-Kummissjoni, l-Istat Membru amministrattiv u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir jistgħu jitolbu l-assistenza tal-EMSA jew ta' organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu, għal dak l-għan, kwalunkwe ftehim xieraq ma' dawk l-organizzazzjonijiet. 2. Il-Kummissjoni, assistita mill-EMSA, għandha tagħmel ħilitha biex tiżviluppa għodod u gwida xierqa biex tiffaċilita u tikkoordina l-attivitajiet ta' verifika u infurzar relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għat-trasport marittimu. Sa fejn ikun prattikabbli, tali gwida u għodod għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri u l-verifikaturi għal finijiet ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni u sabiex jiġi żgurat aħjar infurzar robust tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva." |
|
(25) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
l-Artikolu 29 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 29 Rapport biex jiġi żgurat il-funzjonament aħjar tas-suq tal-karbonju Jekk ir-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10(5) u (6) ikun fihom evidenza li s-suq tal-karbonju mhuwiex jiffunzjona tajjeb, il-Kummissjoni, fi żmien perjodu ta' tliet xhur, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposti leġiżlattivi bl-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-integrità tas-suq tal-karbonju, inklużi s-swieq tad-derivattivi relatati, u li jiġu indirizzati l-miżuri korrettivi biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu kif ukoll biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet ta' abbuż tas-suq." |
|
(27) |
l-Artikolu 29a huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 29a Miżuri f'każ ta' fluttwazzjonijiet eċċessivi tal-prezzijiet 1. Jekk il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti jkun aktar minn 2,4 darbiet il-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti, għandhom jiġu rilaxxati 75 miljun kwota mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f'konformità mal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Il-prezz tal-kwoti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu, għall-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III, ikun il-prezz tal-irkantijiet imwettqa f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4). Il-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-perjodu ta' sentejn li jintemm qabel l-ewwel xahar tal-perjodu ta' sitt xhur kalendarji msemmi f'dak is-subparagrafu. Meta l-kundizzjoni fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tiġi ssodisfata u l-paragrafu 2 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'dak ir-rigward f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-kundizzjoni ġiet issodisfata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fl-ewwel tlett ijiem tax-xogħol ta' kull xahar il-prezz medju tal-kwoti għas-sitt xhur kalendarji preċedenti u l-prezz medju tal-kwoti għall-perjodu ta' referenza tas-sentejn preċedenti. Jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll il-livell li l-prezz medju tal-kwoti jkollu jilħaq fix-xahar ta' wara sabiex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu. 2. Meta l-kundizzjoni għar-rilaxx ta' kwoti mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont il-paragrafu 1 tkun ġiet issodisfata, il-kundizzjoni msemmija f'dak il-paragrafu ma għandhiex titqies li reġgħet ġiet issodisfata sa mill-inqas tnax-il xahar wara tmiem ir-rilaxx preċedenti. 3. L-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(4)." |
|
(28) |
l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 30: "Kapitolu IVa Sistema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet għas-Setturi tal-Bini, tat-Trasport bit-Triq u oħrajn addizzjonali Artikolu 30a Kamp ta' applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għall-ħruġ u għaċ-ċediment ta' kwoti, għall-monitoraġġ, għar-rapportar u għall-verifika fir-rigward tal-attività msemmija fl-Anness III. Dan il-Kapitolu ma għandu japplika għall-ebda emissjoni koperta mill-Kapitoli II u III. Artikolu 30b Permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2025, l-ebda entità regolata ma twettaq l-attività msemmija fl-Anness III, sakemm dik l-entità regolata ma jkollhiex permess maħruġ minn awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. 2. Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti mill-entità regolata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont dan il-Kapitolu għandha tinkludi, mill-inqas, deskrizzjoni ta':
3. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni lill-entità regolata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-attività msemmija fl-Anness III, jekk tkun sodisfatta li l-entità hija kapaċi timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III. 4. Il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandu jkun fihom, mill-inqas, dawn li ġejjin:
5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet regolati jaġġornaw il-pjanijiet ta' monitoraġġ mingħajr ma jbiddlu l-permess. L-entitajiet regolati għandhom jissottomettu kwalunkwe pjan ta' monitoraġġ aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. 6. L-entità regolata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla ppjanata fin-natura tal-attività tagħha jew fil-fjuwils li tirrilaxxa għall-konsum, li tista' tirrikjedi aġġornament tal-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess f'konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14. Meta jkun hemm bidla fl-identità tal-entità regolata koperta minn dan il-Kapitolu, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex ikun jinkludi l-isem u l-indirizz tal-entità regolata l-ġdida. Artikolu 30c Il-kwantità tal-kwoti fl-Unjoni kollha 1. Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2027 għandha tibda tonqos b'mod lineari mill-2024. Il-valur tal-2024 għandu jiġi definit bħala l-limiti tal-emissjonijiet tal-2024, ikkalkolati abbażi tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20) għas-setturi koperti minn dan il-Kapitolu u bl-applikazzjoni tat-trajettorja lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità għandha tonqos kull sena wara l-2024 b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,10 %. Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għas-sena 2027. 2. Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2028 għandha tonqos b'mod lineari mill-2025 abbażi tal-emissjonijiet medji rrapportati skont dan il-Kapitolu għas-snin mill-2024 sal-2026. Il-kwantità ta' kwoti għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,38 %, ħlief jekk japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IIIa, f'liema każ il-kwantità għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IIIa. Sat-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għall-2028 u, jekk ikun meħtieġ, il-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat. 3. Il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha maħruġa taħt dan il-Kapitolu għandha tiġi aġġustata għal kull sena mill-2028 biex tiġi kkumpensata l-kwantità ta' kwoti ċeduti f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti jkunu ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5). L-aġġustament għandu jikkorrispondi għall-ammont totali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li ġew ikkumpensati fis-sena ta' rapportar rilevanti skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 30f(5), it-tieni subparagrafu. 4. Stat Membru li, skont l-Artikolu 30j, unilateralment estenda l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f’dak l-Anness għandu jiżgura li l-entitajiet regolati kkonċernati jippreżentaw, sat-30 ta' April tas-sena rilevanti, lill-awtorità kompetenti rilevanti, rapport debitament sostanzjat f'konformità mal-Artikolu 30f. Jekk id-data ppreżentata tkun debitament sostanzjata, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan sat-30 ta' Ġunju tas-sena rilevanti. Il-kwantità ta' kwoti li jridu jinħarġu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata filwaqt li jitqies ir-rapport debitament sostanzjat ppreżentat mill-entitajiet regolati. Artikolu 30d L-irkantar ta' kwoti għall-attività msemmija fl-Anness III 1. Mill-2027, il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati, sakemm ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati separatament mill-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III ta' din id-Direttiva. 2. L-irkantar tal-kwoti skont dan il-Kapitolu għandu jibda fl-2027 b'ammont li jikkorrispondi għal 130 % tal-volumi tal-irkant għall-2027 stabbiliti abbażi tal-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għal dik is-sena u l-ishma u l-volumi tal-irkant rispettivi skont il-paragrafi 3 sa 6 ta' dan l-Artikolu. It- 30 % addizzjonali li jridu jiġu rkantati għandhom jintużaw biss biex jiġu ċeduti l-kwoti skont l-Artikolu 30e(2) u jistgħu jiġu rkantati sal-31 ta' Mejju 2028. It-30 % addizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkant għall-perjodu mill-2029 sal-2031. Il-kundizzjonijiet għall-irkantijiet previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 10(4). Fl-2027, għandhom jinħolqu 600 miljun kwota koperti minn dan il-Kapitolu bħala parteċipazzjonijiet fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1a(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. 3. Għandhom jiġu rkantati 150 miljun kwota maħruġa taħt dan il-Kapitolu u d-dħul kollu minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032. 4. Mill-ammont ta' kwoti li jifdal u sabiex jiġi ġġenerat, flimkien mad-dħul mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, ammont massimu ta' EUR 65 000 000 000, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ammont addizzjonali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu jiġi rkantat u d-dħul ġenerat minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet msemmija fl-Artikolu 10(4) u fl-atti delegati adottati skont dak l-Artikolu. Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jiġi użat f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima. L-ammont annwali allokat għall-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-Artikolu 10a(8b), il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż:
Meta s-sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f'konformità ma' dan il-Kapitolu tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k, l-ammont massimu li jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun ta' EUR 54 600 000 000. F'tali każ, l-ammonti annwali allokati għall-Fond Soċjali għall-Klima ma għandhomx jaqbżu kumulattivament għas-snin 2026 u 2027, EUR 4 000 000 000, u għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2032, l-ammont annwali rilevanti ma għandux jaqbeż:
Meta d-dħul iġġenerat mill-irkantar imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jiġi stabbilit bħala riżorsa proprja f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, l-Artikolu 10(8b) ta' din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw. 5. Il-kwantità totali tal-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu wara li jitnaqqsu l-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri u distribwiti bejniethom f'ishma li jkunu identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-kategoriji ta' sorsi ta' emissjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu, il-punti (b), (c) u (d), tal-Anness III ta' din id-Direttiva għall-medja tal-perjodu mill-2016 sal-2018 tal-Istat Membru kkonċernat, kif rieżaminati b'mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament. 6. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul li jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew id-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak id-dħul għal wieħed jew aktar mill-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taħt dan il-Kapitolu, jew għal wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:
7. L-Artikolu 10(4) u (5) għandhom japplikaw għall-kwoti maħruġa skont dan il-Kapitolu. Artikolu 30e It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti 1. L-Artikolu 12 għandu japplika għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 3 u 3a, il-paragrafu 4, it-tieni u t-tielet sentenza, u l-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu. Għal dak il-fini:
2. Mill-1 ta' Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-entità regolata ċċedi ammont ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tal-entità regolata, li jikkorrispondu għall-kwantità ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III, matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikoli 15 u 30f, u li dawk il-kwoti sussegwentement jiġu kkanċellati. 3. Sal-31 ta' Diċembru 2030, b'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta entità regolata stabbilita fi Stat Membru partikolari tkun soġġetta għal taxxa nazzjonali fuq il-karbonju fis-seħħ għas-snin 2027 sa 2030, li tkopri l-attività msemmija fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' teżenta lil dik l-entità regolata mill-obbligu li ċċedi l-kwoti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal sena ta' referenza partikolari, dment li:
4. L-isptarijiet li mhumiex koperti mill-Kapitolu III jistgħu jingħataw kumpens finanzjarju għall-kost li jiġi ttrasferit lilhom minħabba ċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu applikabbli għal każijiet ta’ għadd doppju għandhom japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 30f Il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni 1. L-Artikoli 14 u 15 għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu. Għal dak il-fini:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata timmonitorja, għal kull sena kalendarja mill-2025, l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III. Huma għandhom jiżguraw ukoll li kull entità regolata tirrapporta dawk l-emissjonijiet lill-awtorità kompetenti fis-sena ta’ wara, billi tibda mill-2026, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1). 3. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April kull sena sal-2030, kull entità regolata tirrapporta s-sehem medju ta’ kostijiet relatati maċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu li tkun ttrasferiet lill-konsumaturi għas-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-mudelli għal dawk ir-rapporti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti sottomessi u tirrapporta s-sejbiet tagħha kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta’ l-Kummissjoni ssib li jeżistu prattiki mhux korretti fir-rigward tat-trasferiment tal-kostijiet tal-karbonju, ir-rapport, meta ikun xieraq, jista’ jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi bl-għan li jindirizzaw tali prattiki mhux korretti. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata li jkollha permess f’konformità mal-Artikolu 30b fl-1 ta’ Jannar 2025 tirrapporta l-emissjonijiet storiċi tagħha għas-sena 2024 sat-30 ta’ April 2025. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet regolati jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddokumentaw b’mod affidabbli u eżatt, għal kull tip ta’ fjuwil, il-kwantitajiet preċiżi ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, u l-użu finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entitajiet regolati. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw ir-riskju ta’ għadd doppju tal-emissjonijiet koperti taħt dan il-Kapitolu u tal-emissjonijiet koperti taħt il-Kapitoli II u III, kif ukoll ir-riskju li l-kwoti jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-regoli dettaljati għall-evitar tal-għadd doppju u l-kwoti li qed jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu, kif ukoll għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f’każijiet li fihom tali għadd doppju jew ċediment ma jistax jiġi evitat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-kalkolu tal-kumpens finanzjarju għall-konsumaturi finali tal-fjuwils għandu jkun ibbażat fuq prezz medju tal-kwoti fl-irkanti mwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) fis-sena ta’ rapportar rilevanti. 6. Il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness IV. 7. Il-kriterji għall-verifika tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness V. 8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-entitajiet regolati li l-emissjonijiet annwali tagħhom li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum ikunu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1). Artikolu 30g Amministrazzjoni L-Artikoli 13 u 15a, l-Artikolu 16(1), (2), (3), (4) u (12), u l-Artikoli 17, 18, 19, 20, 21, 22, 22a, 23 u 29 għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu. Għal dak il-fini:
Artikolu 30h Miżuri f’każ ta’ żieda eċċessiva tal-prezzijiet 1. Meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti fl-irkantijiet imwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva jkun aktar mid-doppju tal-prezz medju tal-kwoti matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti fl-irkantijiet għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, 50 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Għas-snin 2027 u 2028, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ssodisfati meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti jkun aktar minn 1,5 darbiet il-prezz medju tal-kwoti matul il-perjodu ta’ referenza tas-sitt xhur konsekuttivi preċedenti. 2. Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jaqbeż prezz ta’ EUR 45 għal perjodu ta’ xahrejn konsekuttivi, 20 miljun kwota koperta b’dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. L-indiċjar abbażi tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi għall-2020 għandu japplika. Il-kwoti għandhom jiġu rilaxxati permezz tal-mekkaniżmu previst’ f’dan il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2029. 3. Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwota matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti,150 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. 4. Meta l-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun ġiet issodisfata fl-istess jum bħall-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 3, kwoti addizzjonali għandhom jiġu rilaxxati biss skont il-paragrafu 1 jew 3. 5. Qabel il-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta jekk il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 2 kienx effettiv u jekk għandux jitkompla. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva ħalli taġġusta dak il-mekkaniżmu. 6. Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u rriżultaw f’rilaxx ta’ kwoti, il-kwoti addizzjonali ma għandhomx jiġu rilaxxati skont dan l-Artikolu aktar kmieni minn 12-il xahar wara dan. 7. Meta, fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun reġgħet ġiet issodisfata, il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat, imwaqqaf bl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999, għandha tivvaluta l-effettività tal-miżura u tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ta’ din id-Direttiva. 8. Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u l-paragrafu 6 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-pront avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-data li fiha dik il-kundizzjoni jew dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati. 9. L-Istati Membri li jkunu soġġetti għall-obbligu li jipprovdu pjan ta' azzjoni korrettiv f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandhom iqisu debitament l-effetti ta’ rilaxx ta' kwoti addizzjonali skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu matul is-sentejn preċedenti meta jqisu azzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu implimentati kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dak ir-Regolament sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' dak ir-Regolament. Artikolu 30i Rieżami ta' dan il-Kapitolu Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu fir-rigward tal-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tar-regoli fl-ambitu tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex dan il-Kapitolu jiġi emendat. Sal-31 ta' Ottubru 2031, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-integrazzjoni tas-setturi koperti mill-Anness III ta' din id-Direttiva fl-EU ETS li tkopri s-setturi elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Artikolu 30j Proċeduri għall-estensjoni unilaterali tal-attività msemmija fl-Anness III għal setturi oħra mhux soġġetti għall-Kapitoli II u III 1. Mill-2027, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f'dak l-Anness u b'hekk japplikaw l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet f'konformità ma' dan il-Kapitolu f'tali setturi, b'kont meħud tal-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u rapportar ippjanata, dment li l-estensjoni tal-attività msemmija f’dak l-Anness tkun approvata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva rigward l-approvazzjoni ta' estensjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali u l-awtorizzazzjoni ta' Stati Membri oħra biex jestendu l-attività msemmija fl-Anness III. Il-Kummissjoni, meta tadotta tali atti delegati, tista' wkoll tissupplementa l-estensjoni b'regoli ulterjuri li jirregolaw miżuri biex jiġu indirizzati każijiet possibbli ta' għadd doppju, inkluż għall-ħruġ ta' kwoti addizzjonali biex jikkumpensaw għal kwoti ċeduti għall-użu ta' fjuwils f'attivitajiet elenkati fl-Anness I. Kwalunkwe miżura finanzjarja mill-Istati Membri favur kumpaniji f'setturi u subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li jiġġarrbu mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-fjuwil minħabba l-estensjoni unilaterali, għandhom ikunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u ma għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni fis-suq intern. 2. Kwoti addizzjonali maħruġa skont awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30d. Minkejja l-Artikolu 30d(1) sa (6), l-Istati Membri li jkunu estendew unilateralment l-attività msemmija fl-Anness III f'konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' dawk il-kwoti addizzjonali. Artikolu 30k Posponiment tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali sal-2028 f'każ ta' prezzijiet tal-enerġija eċċezzjonalment għoljin 1. Sal-15 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma, ġewx issodisfati:
2. Meta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jew it tnejn li huma, jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(*20) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26)." (*21) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).";" |
|
(30) |
jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: "Kapitolu IVb Parir Xjentifiku u Viżibilità tal-Finanzjament Artikolu 30l Parir xjentifiku Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"Bord Konsultattiv") stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*22) jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti rigward din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir u r-rapporti rilevanti tal-Korp Konsultattiv, b'mod partikolari fir-rigward:
Artikolu 30m Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10(8) billi:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10d li jikkorrispondi għal dak imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta' dan l-Artikolu, inkluż permezz ta’ rekwiżit li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jissemma. 3. Filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-viżibbiltà tas-sors tal-finanzjament ta' azzjonijiet jew proġetti ffinanzjati mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS li tagħhom jiddeterminaw l-użu f’konformità mal-Artikolu 3d(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30d(6). (*22) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).";" |
|
(31) |
l-Annessi I, IIb, IV u V tad-Direttiva 2003/87/KE huma emendati f'konformità mal-Anness I ta' din id-Direttiva, u l-Annessi III u IIIa huma mdaħħlin fid-Direttiva 2003/87/KE kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 1a It-tħaddim tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali 1. Il-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiegħdu fi u jiġu rilaxxati minn taqsima separata tar-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. It-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva skont dan l-Artikolu għandu jopera mill-1 ta' Settembru 2028. Il-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiegħdu u jinżammu fir-riżerva, u jiġu rilaxxati minnha, separatament mill-kwoti koperti mill-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni. 3. Fl-2027, it-taqsima msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinħoloq f'konformità mal-Artikolu 30d(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. Mill-1 ta' Jannar 2031, il-kwoti msemmija f'dak is-subparagrafu li ma jkunux ġew rilaxxati mir-riżerva ma għandhomx jibqgħu validi. 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE kull sena, sal-1 ta' Ġunju tas-sena sussegwenti, separatament mill-għadd ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni skont l-Artikolu 1(4) ta' din id-Deċiżjoni. L-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni skont dan l-Artikolu f'sena partikolari għandu jkun l-għadd kumulattiv ta' kwoti koperti minn dak il-Kapitolu maħruġa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027, neqsin it-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati koperti minn dak il-Kapitolu għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2027 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari u kwalunkwe kwota koperta minn dak il-Kapitolu kkanċellata f'konformità mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-1 ta' Ġunju 2028. 5. Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ikun ogħla minn 440 miljun kwota, għandhom jitnaqqsu 100 miljun kwota mill-kwantità ta' kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva u għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena. 6. Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 210 miljuni, 100 miljun kwota koperta mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva u jiżdiedu mal-kwantità ta' kwoti koperti minn dak il-Kapitolu li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva. Meta jkun hemm inqas minn 100 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jiġu rilaxxati skont dan il-paragrafu. 7. Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 30h tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiżdiedu mal-kwantità ta' kwoti koperti mill-Kapitolu IVa ta' dik id-Direttiva li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta' dik id-Direttiva. Il-volumi li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva għandhom jiġu distribwiti b'mod ugwali matul perjodu ta' tliet xhur, li jibda mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet ġew issodisfati skont il-pubblikazzjoni f’dak ir-rigward f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 30h(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. 8. L-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE. 9. B'deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30k(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, jew it-tnejn li huma, jiġu ssodisfati, it-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jopera mill-1 ta' Settembru 2029 u d-dati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jitressqu lura b'sena." |
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3 Rieżami Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tar-riżerva fil-kuntest tar-rapport previst fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra l-effetti rilevanti fuq il-kompetittività, b'mod partikolari fis-settur industrijali, inkluż fir-rigward tal-PDG, tal-impjiegi u tal-indikaturi tal-investiment. Fi żmien tliet snin minn meta r-riżerva tibda topera, u f'intervalli ta' ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju, għandha tirrieżamina r-riżerva u tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta dan ikun xieraq. Kull rieżami għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-perċentwal għad-determinazzjoni tal-għadd ta' kwoti li jridu jitqiegħdu fir-riżerva skont l-Artikolu 1(5) ta' din id-Deċiżjoni, il-valur numeriku tal-livell limitu għall-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż fid-dawl ta' aġġustament potenzjali ta' dak il-livell limitu f'konformità mal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rilaxxati mir-riżerva skont l-Artikolu 1(6) jew (7) ta' din id-Deċiżjoni. Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll l-impatt tar-riżerva fuq it-tkabbir, l-impjiegi, u l-kompetittività industrijali tal-Unjoni u fuq ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju."; |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2023. Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2024.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-artikoli li ġejjin sat-30 ta' Ġunju 2024:
|
(a) |
l-Artikolu 1, il-punt (3), il-punti (ae) sa (ai), ta’ din id-Direttiva; |
|
(b) |
l-Artikolu 1, il-punt (29), ta' din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 30f(4) tad-Direttiva 2003/87/KE kif imdaħħal b'dak il-punt; u |
|
(c) |
l-Artikolu 1, il-punt (31), ta' din id-Direttiva rigward l-Annessi III u IIIa għad-Direttiva 2003/87/KE kif imdaħħal b'dak il-punt. |
Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Meta jikkonformaw mal-obbligu tagħhom stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom li tittrasponi l-Artikolu 3, il-punt (u), l-Artikolu 10a(3) u (4), l-Artikolu 10c(7) u l-Anness I, il-punti 1 u 3, tad-Direttiva 2003/87/KE, fil-verżjoni tagħha applikabbli fl-4 ta’ Ġunju 2023, tkompli tapplika sal-31 ta' Diċembru 2025. B'deroga mill-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza, huma għandhom japplikaw il-miżuri nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-emendi għal dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2026.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2024.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Mejju 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 175.
(2) ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2023.
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(5) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26).
(9) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).
(11) Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(12) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
(13) Ir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 7).
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (Ara paġna 52 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
(18) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3).
(19) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(22) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20).
(23) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).
(24) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(26) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(27) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta' Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).
(28) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(29) Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(30) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(31) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS
|
(1) |
L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness IIb tad-Direttiva 2003/87/KE huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS IIb Parti A ID-DISTRIBUZZJONI TAL-FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI LI TIKKORRISPONDI GĦALL-ARTIKOLU 10(1), IT-TIELET SUBPARAGRAFU
Parti B ID-DISTRIBUZZJONI TAL-FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI LI TIKKORRISPONDI GĦALL-ARTIKOLU 10(1), IR-RABA' SUBPARAGRAFU
|
|
(3) |
l-Annessi li ġejjin jiddaħħlu bħala l-Annessi III u IIIa tad-Direttiva 2003/87/KE: "ANNESS III ATTIVITÀ KOPERTA MILL-KAPITOLU IVa
ANNESS IIIa AĠĠUSTAMENT TAL-FATTUR TA' TNAQQIS LINEARI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 30c(2) 1. Jekk l-emissjonijiet medji rrapportati skont il-Kapitolu IVa għas-snin 2024 sa 2026 ikunu aktar minn 2 % ogħla meta mqabbla mal-valur tal-kwantità tal-2025 definita skont l-Artikolu 30c(1), u jekk dawk id-differenzi ma jkunux dovuti għad-differenza ta' inqas minn 5 % bejn l-emissjonijiet irrapportati skont il-Kapitolu IVa u d-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni tal-2025 mill-kategoriji tas-sorsi tal-UNFCCC għas-setturi koperti mill-Kapitolu IVa, il-fattur ta' tnaqqis lineari għandu jiġi kkalkulat billi jsir aġġustament tal-fattur ta' tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 30c(1). 2. Il-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat f'konformità mal-punt 1 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE, tiżdied il-parti li ġejja: "PARTI C Verifika tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III Prinċipji Ġenerali
|