|
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/5 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/544
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet għall-użu taċ-ċomb fil-ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni, fil-ligi tar-ram u f’ċerti batteriji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(2), il-punt (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali u l-komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 ma jkunx fihom ċomb, merkurju, kadmju jew kromu eżavalenti. |
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u l-komponenti tal-vetturi li huma eżentati mill-projbizzjoni skont l-Artikolu 4(2), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 2(c)(i) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar il-ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Din il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li jeżistu alternattivi xierqa, iżda li huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni biex jiġi sostitwit l-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kollha koperti minn dik l-eżenzjoni. L-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kkonċernati, inkluż iċ-ċomb fl-aluminju tal-ferrobattut, jista’ jiġi eliminat gradwalment sa tmiem l-2027. Għalhekk jixraq li tkun prevista data tal-iskadenza għal dik l-eżenzjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 3 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar il-ligi tar-ram fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Din il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li għad ma hemmx alternattivi xierqa disponibbli għall-użu taċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti koperti minn dik l-eżenzjoni. Filwaqt li jitqies il-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għaċ-ċomb fil-materjali u l-komponenti kkonċernati, jixraq li tiġi prevista data ta’ rieżami ġdida għal dik l-eżenzjoni. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 5(b) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE dwar iċ-ċomb fil-batteriji għall-applikazzjonijiet tal-batteriji mhux inklużi fl-entrata 5(a) ta’ dak l-Anness, li tikkonċerna l-batteriji f’sistemi b’voltaġġ għoli, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li l-użu taċ-ċomb fil-batteriji għall-applikazzjonijiet tal-batteriji mhux inklużi fl-entrata 5(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jista’ jiġi evitat għal ċerti applikazzjonijiet iżda mhux għall-batteriji użati f’applikazzjonijiet ta’ 12 V. Sabiex jiġi applikat qafas regolatorju konsistenti għall-batteriji, inkluż dawk li ma jidħlux fl-eżenzjoni stabbilita fl-entrata 5(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE u li ma jintużawx fl-applikazzjonijiet ta’ 12 V, jixraq li jiġu previsti żewġ entrati separati 5(b)(i) u 5(b)(ii) minflok entrata waħda 5(b). |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-entrata 5(b)(i) tipprovdi eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati fl-applikazzjonijiet ta’ 12 V u għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati fl-applikazzjonijiet ta’ 24 V f’vetturi bi skop speċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Filwaqt li jitqies il-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji kkonċernati, jixraq li tiġi prevista data ta’ rieżami għal dawk l-eżenzjonijiet. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-entrata 5(b)(ii) tipprevedi eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji jew għal applikazzjonijiet oħra tal-batteriji li mhumiex inklużi fl-entrata 5(a) u fl-entrata 5(b)(i) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE. Il-valutazzjoni wasslet għall-konklużjoni li l-batteriji b’bażi ta’ ċomb għal dawk l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu evitati minħabba l-progress li sar fl-iżvilupp tas-sostituti għall-użu taċ-ċomb fil-batteriji użati f’dawk l-applikazzjonijiet. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista data tal-iskadenza għal dik l-eżenzjoni li tippermetti l-eliminazzjoni gradwali tal-użu taċ-ċomb fil-batteriji kkonċernati. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2000/53/KE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Materjali u komponenti eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a)
Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ mhux aktar minn 0,1 % tal-piż f’materjal omoġenu għaċ-ċomb, għall-kromu eżavalenti u għall-merkurju u ta’ mhux aktar minn 0,01 % tal-piż f’materjal omoġenu għall-kadmju.
L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003 li jintużaw għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-brushes tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mill-Artikolu 4(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/53/KE.
|
Materjali u komponenti |
Ambitu u data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollhom tikketta jew ikunu magħmula identifikabbli skont l-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv) |
||||||||
|
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar |
||||||||||
|
|
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011 |
|
||||||||
|
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
X |
|||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009 |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts ta’ dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
X (5) |
|||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (5) |
||||||||
|
Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003 |
|
||||||||
|
|
X (6) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||||||||
|
|
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Kromu eżavalenti |
||||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007 |
|
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||||
Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:
|
Għal (a): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi Għal (b): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Merkurju |
||||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||||
|
Kadmju |
||||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 |
|
||||||||
|
Noti mat-tabella: |
||||||||||
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2024.
(2) Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b’mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta’ aluminju riċiklat.
(3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2025.
(4) Is-sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(5) Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.
(6) Iż-żarmar f’każ li, f’korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(k), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu”.
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).