24.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/58 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/682
tas-16 ta’ Marzu 2023
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u t-tħaffif tar-ritorni meta tiġi implimentata d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jassistu lil xulxin, b’rispett reċiproku sħiħ, fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati. |
(2) |
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. |
(3) |
Fit-12 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE li tnaqqas it-tul tal-proċeduri ta’ ritorn, tiżgura rabta aħjar bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn u tiżgura użu aktar effettiv tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-ħarba, filwaqt li tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). |
(4) |
Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (2) għandu l-għan li jistabbilixxi sistema komuni tal-UE għar-ritorni li tgħaqqad strutturi aktar b’saħħithom fl-Unjoni ma’ kooperazzjoni aktar effettiva ma’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn u r-riammissjoni, bħala parti minn approċċ komprensiv dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-approċċ jiġbor flimkien il-politiki kollha fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-ażil, l-integrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri, filwaqt li jirrikonoxxi li l-effettività ġenerali tiddependi fuq il-progress fuq il-fronti kollha. Proċess ta’ migrazzjoni aktar rapidu u bla xkiel u governanza aktar b’saħħitha tal-politiki dwar il-migrazzjoni u l-fruntieri, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet u l-arranġamenti ta’ riammissjoni tal-UE, mirfuda minn sistemi moderni tal-IT u appoġġ mill-aġenziji rilevanti tal-UE se jrawmu proċess ta’ ritorn aktar effettiv u sostenibbli. |
(5) |
Il-Kunsill Ewropew enfasizza b’mod konsistenti l-importanza ta’ politika tal-Unjoni unifikata, komprensiva u effettiva dwar ir-ritorn u r-riammissjoni li tappella għal azzjoni rapida biex jiġu żgurati ritorni effettivi mill-Unjoni billi jitħaffu l-proċeduri ta’ ritorn. Il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet ta’ ritorn ta’ xulxin (3). |
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2021 dwar “It-titjib tal-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni bħala parti minn politika tal-UE dwar il-migrazzjoni ġusta, effettiva u komprensiva” (4) identifikat l-ostakli li jfixklu r-ritorn effettiv u indikat li, biex jingħelbu, hemm bżonn ta’ proċeduri mtejba li jnaqqsu l-frammentazzjoni tal-approċċi nazzjonali, kif ukoll kooperazzjoni aktar mill-qrib u solidarjetà msaħħa bejn l-Istati Membri kollha. Il-mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 (5) u l-informazzjoni miġbura permezz tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni (6) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE ppermettew valutazzjoni komprensiva ta’ kif l-Istati Membri jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar ir-ritorn u biex jiġu identifikati l-lakuni u l-ostakli eżistenti. |
(7) |
Fid-dawl tal-isfidi kontinwi fil-qasam tar-ritorn, u sakemm jiġu konklużi n-negozjati leġiżlattivi, b’mod partikolari dwar il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE, huma rakkomandati azzjonijiet addizzjonali biex tkompli tittejjeb l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-qafas legali eżistenti. |
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 (7) li tirrakkomanda sensiela ta’ miżuri u azzjonijiet biex ir-ritorni jsiru aktar effettivi meta tiġi implimentata d-Direttiva 2008/115/KE, tibqa’ rilevanti u jenħtieġ li tkompli tiggwida lill-Istati Membri għal proċess ta’ ritorn aktar rapidu. Ir-rakkomandazzjoni (UE) 2017/432 ġiet inkorporata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2338 (8) li tippermetti valutazzjoni kontinwa tal-implimentazzjoni tagħha bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen. |
(9) |
Bħala pass lejn sistema komuni tal-UE għar-ritorni, ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn jista’ jiffaċilita u jaċċellera l-proċessi ta’ ritorn għall-Istat Membru responsabbli għar-ritorn u jsaħħaħ il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri biex tkompli tiżdied il-konverġenza bejn l-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni. Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa preċedentement fi Stat Membru ieħor jista’ jikkontribwixxi wkoll biex jiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari u jiskoraġġixxi movimenti sekondarji mhux awtorizzati fl-Unjoni. Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE (9) tistabbilixxi qafas għar-rikonoxximent reċiproku. Dan il-qafas ġie kkomplementat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE (10) li tistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti prattiċi għall-kumpens tal-iżbilanċi finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/40/KE, li tippreċedi ħafna mill-appoġġ li minn dak iż-żmien ġie żviluppat fil-livell tal-Unjoni. Il-progress dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-proposta tal-Kummissjoni għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE. |
(10) |
In-nuqqas ta’ sistema fl-Unjoni kollha li tindika jekk ċittadin ta’ pajjiż terz maqbud huwiex diġà soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru ieħor preċedentement xekkel ir-rikors għar-rikonoxximent reċiproku. |
(11) |
Mis-7 ta’ Marzu 2023 meta beda japplika r-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), l-Istati Membri huma meħtieġa jdaħħlu allert dwar ritorn fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mingħajr dewmien wara l-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ ritorn. Permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-Istati Membri issa jistgħu jaraw immedjatament jekk ċittadin ta’ pajjiż terz maqbud mill-awtorità kompetenti huwiex diġà soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru ieħor. |
(12) |
Il-valur miżjud ta’ din il-karatteristika ġdida fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen jiddependi fuq l-użu attiv u s-segwitu adegwat tal-allerti dwar ir-ritorn inkluż permezz ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa qabel minn Stati Membri oħra. Dan jista’ jħaffef b’mod sinifikanti u jagħmel il-proċess ta’ ritorn aktar effiċjenti b’mod partikolari meta r-ritorn ikun jista’ jiġi infurzat immedjatament, inkluż fejn il-perijodu għat-tluq volontarju mogħti fid-deċiżjoni ta’ ritorn mill-Istat Membru emittenti jkun skada u fejn ir-rimedji kontra tali deċiżjoni ta’ ritorn ikunu ġew eżawriti. |
(13) |
Il-finanzjament iddedikat taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (12) se jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u b’mod partikolari, ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jingħata appoġġ prattiku u operazzjonali mill-Aġenziji kompetenti tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni. |
(14) |
L-ostakli għall-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ażil u l-proċeduri ta’ ritorn jirrappreżentaw sfida strutturali ewlenija għal proċess ta’ ritorn aktar effiċjenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri involuti fil-fażijiet differenti tal-proċess ta’ ritorn jaħdmu u jikkoordinaw mill-qrib. |
(15) |
Rabtiet aktar mill-qrib bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn u proċeduri rapidi fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri jistgħu jżidu b’mod konsiderevoli l-effiċjenza tar-ritorn. Meta d-deroga mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE abbażi tal-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx applikabbli, hemm il-ħtieġa li jitħaffef, fi ħdan il-qafas leġiżlattiv attwali, b’mod partikolari r-ritorn effettiv ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet irrifjutata u għal każijiet fil-viċinanza tal-fruntiera esterna tal-Istati Membri, permezz ta’ proċess ta’ ritorn aktar mgħaġġel li jipprevedi li r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom jiġi żgurat matul il-proċess kollu ta’ ritorn. |
(16) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1860 jipprevedi l-possibbiltà li ma jiddaħħlux allerti dwar ritorn fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen meta d-deċiżjoni ta’ ritorn tinħareġ fil-fruntiera esterna ta’ Stat Membru u tiġi eżegwita immedjatament. Madankollu, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1860 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-allerti jiddaħħlu fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mingħajr dewmien meta r-ritorn ma jkunx ġie eżegwit immedjatament mill-fruntieri esterni. |
(17) |
Sabiex jiġu inċentivati u mħeġġa r-ritorni volontarji, il-possibbiltajiet previsti mid-Direttiva 2008/115/KE jistgħu jintużaw biex jiġi kkunsidrat li ma tinħariġx projbizzjoni fuq id-dħul fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkooperaw mal-awtoritajiet u li jipparteċipaw fi programm ta’ ritorn volontarju assistit u riintegrazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/115/KE. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom itawlu l-perjodu għat-tluq volontarju kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/115/KE. |
(18) |
Il-prevenzjoni ta’ ħarba u movimenti mhux awtorizzati fl-Unjoni hija essenzjali biex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema komuni tal-UE għar-ritorni. Huwa meħtieġ approċċ komprensiv, li jinkludi l-għodod ewlenin għall-valutazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ ħarba, biex tiġi ffaċilitata u ssimplifikata l-valutazzjoni ta’ dan ir-riskju f’każijiet individwali, biex jissaħħaħ l-użu ta’ alternattivi effiċjenti għad-detenzjoni, u biex tiġi żgurata kapaċità ta’ detenzjoni suffiċjenti — meta d-detenzjoni tintuża bħala l-aħħar miżura u għal perjodu qasir kemm jista’ jkun f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115/KE. |
(19) |
L-appoġġ fil-livell tal-Unjoni huwa disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni inkluż mill-Koordinatur tar-Ritorn tal-UE u n-Network ta’ Livell Għoli għar-Ritorn iggwidat minn strateġija operazzjonali dwar ir-ritorn. L-appoġġ operazzjonali huwa disponibbli wkoll permezz tal-Aġenziji kompetenti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Frontex, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali. |
(20) |
L-awtoritajiet nazzjonali tar-ritorn huma parti mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li hija responsabbli biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Il-Frontex għandha rwol ċentrali bħala l-fergħa operazzjonali tas-sistema komuni tal-UE għar-ritorni u tipprovdi assistenza lill-Istati Membri fil-fażijiet kollha tal-proċess ta’ ritorn skont il-mandat tagħha skont ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(21) |
Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha marbuta bid-Direttiva 2008/115/KE. |
(22) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom kompetenti li jwettqu kompiti relatati mar-ritorn biex japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni meta jwettqu dmirijiethom. |
(23) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta. B’mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 14, 18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn
(1) |
Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat u jitħaffef il-proċess ta’ ritorn, jenħtieġ li l-Istat Membru responsabbli għar-ritorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz b’soġġorn illegali jirrikonoxxi b’mod reċiproku kwalunkwe deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa preċedentement lill-istess persuna minn Stat Membru ieħor sakemm l-effett ta’ tali deċiżjoni ta’ ritorn ma jkunx ġie sospiż. Għal dan l-għan jenħtieġ li l-Istati Membri:
|
It-tħaffif tar-ritorni
(2) |
Għall-fini li jitħaffu l-proċeduri ta’ ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet responsabbli għad-deċiżjonijiet li jtemmu s-soġġorn legali u dawk responsabbli għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, inkluż l-iskambju regolari ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali, abbażi tal-approċċ integrat u kkoordinat rakkomandat fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/432. |
(3) |
Biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha ta’ informazzjoni dwar l-identità u s-sitwazzjoni legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn meħtieġa għall-monitoraġġ u s-segwitu ta’ każijiet individwali, u biex tiġi stabbilita u tinżamm stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali dwar ir-ritorn, l-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu, mingħajr dewmien, sistema komprensiva ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ ritorn tal-IT, ibbażata fuq il-mudell żviluppat mill-Frontex skont l-Artikolu 48(1) (c) tar-Regolament (UE) 2019/1896. Jenħtieġ li l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu sħiħ mis-Sistemi ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet ta’ Riammissjoni li ġew stabbiliti biex irawmu l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet jew arranġamenti ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi terzi. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiġi segwita malajr bi proċeduri ta’ ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri:
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat ritorn aktar mgħaġġel qrib il-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Istati Membri:
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddependu fuq u jużaw kemm jista’ jkun l-appoġġ kollu pprovdut mill-Frontex, inkluż l-appoġġ operazzjonali tagħha lill-awtoritajiet nazzjonali, l-assistenza fl-identifikazzjoni tal-persuni rimpatrijati u l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn u l-appoġġ għat-tluq volontarju u r-riintegrazzjoni. |
Inċentivi għar-ritorn volontarju
(7) |
Sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment jiġu mħeġġa jirritornaw volontarjament, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu strutturi ta’ konsulenza dwar ir-ritorn u r-riintegrazzjoni biex jipprovdulhom informazzjoni u gwida kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess u jidderiġuhom lejn programm ta’ ritorn volontarju assistit u riintegrazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-ritorn tiġi pprovduta wkoll matul il-proċess tal-ażil, peress li r-ritorn huwa eżitu possibbli f’każ li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiġi rrifjutata. |
(8) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri:
|
Approċċ komprensiv għall-ħarba
(9) |
Għall-fini tal-istabbiliment ta’ proċess simplifikat u kkoordinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċ komprensiv li jinkludi l-għodod ewlenin li ġejjin għall-valutazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ ħarba:
|
(10) |
Biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ raġunijiet f’każ individwali biex wieħed jemmen li ċittadin ta’ pajjiż terz min huwa s-suġġett ta’ proċeduri ta’ ritorn jista’ jaħrab skont it-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ċ-ċirkostanzi u l-kriterji oġġettivi msemmija rispettivament fil-punti 15 u 16 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/432. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu firxa wiesgħa ta’ alternattivi għad-detenzjoni li jkunu effettivi biex jipprevjenu l-ħarba taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali u li jkunu mmirati lejn iċ-ċirkostanzi individwali tal-individwi kkonċernati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri adegwati biex jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ tali miżuri. Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri effiċjenti iżda inqas koerċittivi mid-detenzjoni u jistgħu jinkludu:
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kapaċità ta’ detenzjoni tkun konformi mal-ħtiġijiet reali, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn u l-għadd stmat ta’ dawk li huma mistennija li jiġu rritornati fuq terminu medju. |
Implimentazzjoni, Monitoraġġ u Rappurtar
(12) |
Meta jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddependu fuq u jużaw bis-sħiħ l-appoġġ kollu pprovdut fil-livell tal-Unjoni, inkluż:
|
(13) |
Għall-fini tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn ta’ Stati Membri oħra li jkunu ġew rikonoxxuti b’mod reċiproku. |
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Ylva JOHANSSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2020) 609 final).
(3) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023, 1/23.
(4) COM(2021) 56 final.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 tas-7 ta’ Marzu 2017 dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 66, 11.3.2017, p. 15).
(8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2338 tas-16 ta’ Novembru 2017 li tistabbilixxi “Manwal dwar ir-Ritorn” li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mar-ritorn (ĠU L 339, 19.12.2017, p. 83).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 34).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE tat-23 ta’ Frar 2004 li tistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti prattiċi għall-kumpens tal-iżbilanċi finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 60, 27.2.2004, p. 55).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).