|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/141 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2097
tat-28 ta’ Settembru 2023
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1217 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet miżuri restrittivi ulterjuri biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti mezzi tal-media msemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1217. Skont l-Artikolu 1, il-punt (24) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1217, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew diversi minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill. |
|
(3) |
Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4 g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1217, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4 g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1217.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
F. GRANDE-MARLASKA GÓMEZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1217 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 159 I, 23.6.2023, p. 451).