29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/123


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2095

tat-28 ta’ Settembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Settembru 2018, abbażi ta’ talba mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ tal-UNVIM.

(2)

Fit-12 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ tal-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar.

(3)

Fil-15 ta’ Novembru 2021, abbażi ta’ talba oħra mill-UNVIM, il-Kunsill emenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1991 (3) sabiex jestendi l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ tal-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2022.

(4)

Fid-29 ta’ Settembru 2022, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1682 (4) u estenda l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ tal-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2023.

(5)

Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Jemen afferma mill-ġdid l-impenn ta’ prinċipju tal-Unjoni għall-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen, u li tappoġġa l-isforzi ta’ paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fi sforzi ta’ medjazzjoni. F’dan il-kuntest, l-Unjoni tenniet l-appoġġ sħiħ tagħha għall-UNVIM, wiegħdet li tkompli l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħha u ħeġġet lil donaturi oħra biex jipprovdu appoġġ ukoll. L-Unjoni appellat ukoll lill-Gvern tal-Jemen u lill-koalizzjoni biex jappoġġaw lill-UNVIM biex iwettaq l-attivitajiet ta’ spezzjoni u verifika operazzjonali tiegħu f’Hodeidah, Jeddah u l-Port King Abdullah.

(6)

Fl-10 ta’ Lulju 2023, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2691 (2023) estendiet il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta’ Hodeidah sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-belt ta’ Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2018 mill-partijiet fil-kunflitt fil-Jemen, u approvat mill-UNSCR 2451 (2018) u l-UNSCR 2452 (2019).

(7)

Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena.

(8)

Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded l-appoġġ tagħha lill-UNVIM għal sena għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’:

EUR 2 059 838 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-28 ta’ Frar 2022,

EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022,

EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023,

EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024.”;

(2)

fl-Artikolu 5, lit-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2023.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GRANDE-MARLASKA GÓMEZ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14)..

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1991 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)(ĠU L 405, 16.11.2021, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1682 tad-29 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 252, 30.9.2022, p. 76).