28.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2073

tal-25 ta’ Settembru 2023

li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Washington, DC, fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim, il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-rieżami mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.

(3)

Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE (4), 2009/306/KE (5), 2014/240/UE (6) u (UE) 2018/1578 (7), il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodi addizzjonali suċċessivi ta’ ħames snin. Il-Ftehim ser jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023.

(4)

Il-valutazzjoni li wettqet il-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma ta’ prijorità komuni għax-xjenza u t-teknoloġija, li jwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin.

(5)

L-iskambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, datati s-7 ta’ Novembru 2022 u t-13 ta’ Diċembru 2022, ikkonferma l-interess tagħhom li jestendu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għall-estensjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

H. GÓMEZ HERNÁNDEZ


(1)  Approvazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35).

(3)   ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 1).