|
27.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/140 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2065
tal-25 ta’ Settembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/710 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/710 (1), li taħtar lis-Sur Sven KOOPMANS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-28 ta’ Frar 2025. |
|
(2) |
Bil-ħsieb li jintlaħaq l-għan politiku stabbilit fid-Deċiżjoni PESK 2021/710, li jaħdem għal paċi ġusta, dejjiema u komprensiva li jenħtieġ li tinkiseb abbażi ta’ soluzzjoni ta’ żewġ Stati, u fid-dawl taż-żieda fl-isforzi mwettqa mas-sħab reġjonali biex jinkiseb dak l-għan, jenħtieġ li jiġi reklutat persunal addizzjonali għat-tim tar-RSUE. Għalhekk jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiġi adattat skont dan. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/710 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2023 sat-28 ta’ Frar 2025 għandu jkun ta’ EUR 289 782,33”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/710 tad-29 ta’ April 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 147, 30.4.2021, p. 12).