27.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/121


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2063

tal-25 ta’ Settembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1), li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1305 (2) li adattat u estendiet sat-30 ta’ Ġunju 2025 il-mandat ta’ EUBAM Libya. Dik id-Deċiżjoni pprovdiet ukoll lill-EUBAM Libya b’ammont ta’ referenza finanzjarja sat-30 ta’ Settembru 2023.

(3)

Jenħtieġ li l-EUBAM Libya tiġi pprovduta b’ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EUBAM Libya mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2025 għandu jkun ta’ EUR 53 442 350,13.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2023.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

H. GÓMEZ HERNÁNDEZ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1305 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 161, 27.6.2023, p. 68).