|
22.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/142 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1809
tat-14 ta’ Settembru 2023
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw
(notifikata bid-dokument C(2023) 6024)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE (2) stabbiliet kriterji u rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 (3). |
|
(4) |
Sabiex l-aqwa prattika fis-suq għall-grupp ta’ prodotti tiġi riflessa aħjar, u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-politiki, it-twieqi potenzjali futuri ta’ opportunità għal żieda fl-adozzjoni u d-domanda tas-suq għall-prodotti sostenibbli, jixraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta’ kriterji għall-prodotti assorbenti tal-iġjene. Bħala alternattiva sostenibbli b’suq potenzjali li qed jikber, jixraq ukoll li jiġi stabbilit sett ta’ kriterji għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw. |
|
(5) |
Ir-Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (4) tat-30 ta’ Ġunju 2017, li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ikkonkluda li hemm bżonn jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż l-iggruppar ta’ gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib ma’ xulxin, fejn xieraq. |
|
(6) |
F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, jixraq li l-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” jingħaqad mal-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” fl-istess Deċiżjoni, peress li ż-żewġ gruppi ta’ prodotti jaqdu l-istess funzjoni. |
|
(7) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE ma għandha tingħata lil ebda tip ta’ apparat mediku, inkluż dawk definiti fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(8) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (6), li ġie adottat fil-11 ta’ Marzu 2020, jistipula li r-rekwiżiti tad-durabbiltà, tar-riċiklabbiltà u tal-kontenut riċiklat iridu jiġu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. |
|
(9) |
Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u t-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw jenħtieġ li jkollhom l-għan li jippromwovu prodotti li għandhom impatt ambjentali limitat matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li jiġu prodotti bl-użu ta’ proċessi effiċjenti fl-użu tal-materjali u tal-enerġija. B’mod partikolari, il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE jippromwovu prodotti li għandhom impatti limitati f’termini ta’ emissjonijiet fl-ilma u fl-arja matul il-produzzjoni, li jużaw materja prima miksuba minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli, u li jissodisfaw rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi. Barra minn hekk, sabiex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, il-kriterji jippromwovu l-użu ta’ imballaġġ tal-karti u/jew tal-kartun, meta possibbli, bħala alternattiva għall-imballaġġ tal-plastik, u jippromwovu l-imballaġġ b’kontenut riċiklat u li jista’ jiġi riċiklat faċilment. |
|
(10) |
Prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw magħmula mit-tessuti qed jitqiegħdu fis-suq bħala alternattiva għal prodotti li jintużaw darba biss. Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw ma japplikawx għal dawn l-alternattivi tat-tessuti li jistgħu jerġgħu jintużaw, li l-hotspots ambjentali u l-kriterji ekoloġiċi tagħhom huma ppjanati li jiġu investigati speċifikament għall-finijiet tar-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tessuti stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (7). |
|
(11) |
Il-kriterji l-ġodda u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom jenħtieġ li jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2029, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għall-gruppi ta’ prodotti. |
|
(12) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE titħassar. |
|
(13) |
Jenħtieġ li jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni disponibbli għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE, biex dawn ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-produtturi tal-prodotti assorbenti tal-iġjene jenħtieġ li jitħallew iressqu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 2014/763/UE jew fuq il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li jitħalla wkoll l-użu tal-Ekotikketti tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 2014/763/UE għal perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jinkludi kwalunkwe oġġett li l-funzjoni tiegħu hija li jassorbi u jżomm fluwidi umani bħall-awrina, rawt, għaraq, fluwidu mestruwali jew ħalib, għajr il-prodotti tat-tessuti. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun fih prodotti kemm għall-użu privat kif ukoll professjonali.
2. Il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” ma għandux jinkludi prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745.
Artikolu 2
1. Il-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” għandu jinkludi tazzi flessibbli li jistgħu jerġgħu jintużaw jew reċipjenti li jintlibsu ġewwa l-ġisem li l-funzjoni tagħhom hija li jżommu u jiġbru l-fluwidu mestruwali, u li huma magħmula mis-siliċju jew minn elastomeri oħra.
2. Il-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” ma għandux jinkludi prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745.
Artikolu 3
1. Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, dan għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji rispettivi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw”, dan għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji rispettivi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” u għall-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Artikolu 5
1. Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene” għandu jkun “047”.
2. Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw” għandu jkun “055”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2014/763/UE titħassar.
Artikolu 7
1. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, kif definit fid-Deċiżjoni 2014/763/UE, imressqa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, imressqa fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew fi żmien xahrejn minn din id-data, jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, inkella fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/763/UE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2023.
Magħmul fi Brussell, it-14 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE tal-24 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 46).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 tad-19 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet 2012/481/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE u 2014/893/UE fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 24).
(4) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final) (ĠU C 364, 28.10.2020, p. 94).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).
ANNESS I
Kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti assorbenti tal-iġjene
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati għall-aqwa prodotti assorbenti tal-iġjene fis-suq, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffokaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika
Sabiex prodott speċifiku jingħata Ekotikketta tal-UE, il-prodott għandu jikkonforma ma’ kull rekwiżit. L-applikant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li tiddikjara li l-kriterji kollha huma ssodisfati.
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/fornituri tagħhom, kif xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.
Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Tibdiliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti li tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta flimkien mal-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-prodott, flimkien mal-piż tal-unitajiet tal-prodott individwali u l-piż totali tal-prodott; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-imballaġġ għall-bejgħ, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-imballaġġ kollettiv, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-komponenti separati, flimkien mal-piż individwali tagħhom; |
|
(e) |
il-komponenti, il-materjali u s-sustanzi kollha użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri CAS rispettivi tagħhom. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“addittivi” tfisser sustanzi miżjuda ma’ komponenti, materjali jew il-prodott finali sabiex jittejbu jew jiġu ppreżervati xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu; |
|
(2) |
“plastik b’bażi bijoloġika” tfisser plastik immanifatturat minn materja prima b’bażi bijoloġika bħala materja prima għall-produzzjoni tiegħu. Filwaqt li l-plastiks konvenzjonali huma magħmula minn riżorsi fossili (żejt u gass naturali), il-plastiks b’bażi bijoloġika huma magħmula mill-bijomassa. Il-bijomassa bħalissa toriġina prinċipalment minn pjanti mkabbra speċifikament biex jintużaw bħala materja prima biex jissostitwixxu r-riżorsi fossili, bħall-kannamiela, l-għelejjel taċ-ċereali, l-għelejjel taż-żejt jew sorsi mhux tal-ikel bħall-injam. Sorsi oħra huma skart organiku u prodotti sekondarji, bħal żejt tat-tisjir użat, bagasse u kolufonja likwida. Il-plastiks jistgħu jsiru kompletament jew parzjalment minn materja prima b’bażi bijoloġika. Il-plastik b’bażi bijoloġika jista’ jkun kemm bijodegradabbli kif ukoll mhux bijodegradabbli; |
|
(3) |
“polpa taċ-ċelluloża” tfisser materjal fibruż primarjament taċ-ċelluloża li jinkiseb mit-trattament ta’ materjali linjoċellulożiċi b’soluzzjoni milwiema waħda jew aktar ta’ sustanzi kimiċi għall-ippolpar u/jew l-ibbliċjar; |
|
(4) |
“komponent” tfisser materjal wieħed jew diversi materjali u prodotti kimiċi li flimkien jissodisfaw funzjoni mixtieqa fil-prodott assorbenti tal-iġjene, bħal qalba assorbenti, adeżivi, jew folja ta’ reċipjent esterna; |
|
(5) |
“imballaġġ imħallat” tfisser unità ta’ imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda; |
|
(6) |
“imballaġġ kollettiv”, magħruf ukoll bħala imballaġġ sekondarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi raggruppament ta’ ċertu għadd ta’ unitajiet ta’ bejgħ fil-punt tal-bejgħ irrispettivament minn jekk dan tal-aħħar jinbiegħx bħala tali lill-utent finali jew iservi biss bħala mezz biex jerġgħu jimtlew l-ixkafef fil-punt tal-bejgħ jew joħloq unità għaż-żamma tal-istokk jew għad-distribuzzjoni, u li jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tiegħu; |
|
(7) |
“impuritajiet” tfisser residwi, sustanzi niġġiesa, kontaminanti, eċċ. mill-produzzjoni, inkluż il-produzzjoni ta’ materja prima li tibqa’ fil-materja prima/fl-ingredjent u/jew fil-prodott kimiku (użat fil-prodott finali u kwalunkwe komponent tiegħu) f’konċentrazzjonijiet ta’ anqas minn 100 ppm (0,0100 % w/w, 100 mg/kg); |
|
(8) |
“sustanza mdaħħla” tfisser is-sustanzi kollha inklużi fil-prodott kimiku (użat fil-prodott finali u kwalunkwe komponent tiegħu), inkluż l-addittivi (eż. preżervattivi u stabbilizzaturi) fil-materja prima. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati minn sustanzi mdaħħla f’kundizzjonijiet ta’ manifattura stabbilizzati (eż. formaldeid u arilammina) jitqiesu wkoll bħala sustanzi mdaħħla; |
|
(9) |
“fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem”, magħrufa wkoll bħala fibri riġenerati, tfisser fibri prodotti miċ-ċelluloża tal-materja prima li jinkludu l-visk, il-modal, il-lijoċell, il-kupru u t-triaċetat; |
|
(10) |
“materjali” tfisser il-materjali li jikkostitwixxu komponenti differenti ta’ prodott assorbenti tal-iġjene, bħall-polpa minfuxa, il-qoton jew il-polipropilen (PP); |
|
(11) |
“imballaġġ” tfisser oġġetti ta’ kwalunkwe materjal li huma maħsuba biex jintużaw għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-maniġġ, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti u li jistgħu jiġu differenzjati f’formati ta’ imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tagħhom, inklużi:
|
|
(12) |
“materjali tal-plastik”’, li jissejħu wkoll “plastiks”, tfisser polimeri skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jistgħu jkunu żdidulu addittivi jew sustanzi oħrajn, u li għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw bħala komponenti strutturali ewlenin tal-prodotti finali u/jew tal-imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament; |
|
(13) |
“polimeru” tfisser sustanza li tikkonsisti f’molekuli kkaratterizzati mis-sekwenza ta’ tip wieħed jew aktar ta’ unitajiet monomeriċi. Tali molekuli jrid ikollhom firxa ta’ piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari tkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fl-għadd ta’ unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej: (a) maġġoranza ta’ piż sempliċi ta’ molekuli li jkun fih tal-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b’mod kovalenti ma’ tal-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra; (b) anqas minn maġġoranza sempliċi ta’ piż ta’ molekuli tal-istess piż molekulari. Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni, “unità monomerika” tfisser il-forma li ġiet soġġetta għal reazzjoni ta’ sustanza monomerika f’polimeru, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
|
(14) |
“unità tal-prodott” tfisser l-iżgħar oġġett li jista’ jintuża mill-konsumatur u li jissodisfa l-funzjoni tal-prodott; |
|
(15) |
“riċiklabbiltà” tfisser l-ammont (massa jew perċentwal) ta’ oġġett disponibbli għar-riċiklaġġ; |
|
(16) |
“kontenut riċiklat” tfisser l-ammont ta’ oġġett (skont l-erja, it-tul, il-volum jew il-massa) li jinkiseb minn materjal riċiklat postindustrijali u/jew wara l-konsum. F’dan il-każ, l-oġġett jista’ jirreferi għall-prodott jew għall-imballaġġ; |
|
(17) |
“riċiklaġġ” tfisser, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għal finijiet oriġinali kif ukoll għal finijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid; |
|
(18) |
“imballaġġ għall-bejgħ”, magħruf ukoll bħala imballaġġ primarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità tal-bejgħ li tikkonsisti minn prodotti u imballaġġ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-punt tal-bejgħ; |
|
(19) |
“komponent separat”, magħruf ukoll bħala komponent addizzjonali, tfisser komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ. Fil-każ ta’ prodotti assorbenti tal-iġjene, huwa kwalunkwe komponent b’funzjoni protettiva jew iġjenika li jitneħħa qabel l-użu tal-prodott, eż. it-tgeżwir jew il-folja individwali fejn jinsabu xi prodotti assorbenti tal-iġjene fl-imballaġġ għall-bejgħ (prinċipalment għat-tampuni u għall-pads sanitarji), il-film protettiv li jitneħħa u l-karta fil-ħrieqi tat-trabi u f’pads sanitarji, jew l-applikatur għat-tampuni; |
|
(20) |
“sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali”, li jissejħu wkoll “sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali” tfisser sustanzi li ġew identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent) f’konformità mal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni), jew ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(21) |
“polimeri superassorbenti” tfisser polimeri sintetiċi ddisinjati biex jassorbu u jżommu ammont kbir ta’ likwidu meta mqabbla mal-massa tagħhom stess; |
|
(22) |
“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari għajr il-polpa taċ-ċelluloża miksuba intenzjonalment jew permezz ta’:
|
Kriterju 1. Polpa minfuxa
Dan il-kriterju japplika għall-polpa minfuxa li tirrappreżenta ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.
1.1. It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ polpa minfuxa
Il-fornituri kollha (100 %) tal-polpa minfuxa għandu jkollhom ċertifikat tal-katina tal-kustodja validi maħruġ minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti.
Minimu ta’ 70 % tal-materja prima tal-injam użata għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa għandha tkun koperta minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-proporzjon li jifdal tal-materja prima tal-injam, inkluż kwalunkwe materjal tal-injam verġni, għandu jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja u/jew tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-polpa minfuxa kollha (100 %) użata fil-prodott. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materja prima tal-injam użata għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa hija ddefinita bħala materja ċċertifikata skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
Jekk il-polpa minfuxa tintuża f’materjal iffurmat bl-arja, il-fornitur tal-materjal iffurmat bl-arja għandu jalloka l-krediti lill-materjal iffurmat bl-arja li jitwassal lill-prodott, billi jipprovdi fatturi biex jappoġġa l-għadd ta’ krediti allokati.
Għall-bqija tal-proporzjon tal-materja prima tal-injam, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat. Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.
1.2. Ibbliċjar ta’ polpa minfuxa
Il-polpa użata fil-prodott ma għandhiex tkun ibbliċjata permezz tal-gass tal-kloru elementali (Cl2).
Fil-każ ta’ polpa mingħajr klorur elementali (ECF), l-emissjonijiet annwali medji tal-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX), espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja (ADt), mill-produzzjoni ta’ kull polpa użata fi prodotti tal-Ekotikketta tal-UE ma għandhomx jaqbżu l-0,140 kg/ADt.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata minn rapport tat-test imwettaq bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar ISO 9562:2004, inklużi l-emissjonijiet ta’ AOX marbuta mal-polpa ECF ibbliċjata, espressi bħala kg ta’ polpa AOX/ADt. F’każ li jintużaw gradi ta’ kwalita differenti ta’ polpa, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjoni individwali ta’ AOX li tikkorrispondi għal kull polpa. Metodi ekwivalenti jistgħu jiġu aċċettati bħala metodi ta’ ttestjar jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan ir-rekwiżit u dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata.
Il-kejl tal-emissjonijiet tal-AOX għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi tal-fabbriki. F’każijiet li fihom l-effluwent mill-fabbrika jintbagħat lejn impjant ta’ trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt tar-rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-fabbrika, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b’fattur standard ta’ effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ partijiet terzi. Il-fattur ta’ effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta’ parti terza oħra.
L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-AOX għandha tiġi espressa bħala l-medja annwali minn tal-anqas 12-il kejl meħuda tal-anqas kull xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew li nbena mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl.
L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċessi li fihom jintużaw il-komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa (ibbliċjar ECF). L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni tal-polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.
L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru elementali (Cl2).
F’każ li l-applikant ma juża l-ebda polpa tal-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti tkun biżżejjed.
1.3. Emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa fl-ilma (domanda kimika ta’ ossiġenu - COD u fosfru (P)), u fl-arja (komposti tal-kubrit (S) u NOx)
L-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja mill-produzzjoni tal-polpa għandhom jiġu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PP, PS, PNOx). Il-punti huma kkalkulati billi l-valur effettiv tal-emissjoni jiġi diviż bil-valuri ta’ referenza msemmija fit-Tabella 1.
|
— |
L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PP, PS, u PNOx ma għandu jaqbeż l-1,5. |
|
— |
It-total tal-punti (Ptotal = PCOD + PP + PS + PNOx) ma għandux jaqbeż l-4,0. |
Għal kull polpa “i” miksuba, l-emissjonijiet relatati mkejla (espressi f’kg/tADT) għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa miksuba (il-polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u għandhom jingħaddu flimkien. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata huma mogħtija fit-Tabella 1. Fl-aħħar nett, l-emissjonijiet totali għandhom jiġu diviżi bil-valuri ta’ referenza totali kif jidher f’din il-formola għas-COD:
Tabella 1
Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet minn tipi differenti ta’ polpa. CTMP = polpa kimikatermomekkanika; NSSC = polpa semikimika tas-sulfit newtrali
|
|
Valuri ta’ referenza (kg/ADt) |
|||
|
CODref |
Pref |
Sref |
NOxref |
|
|
Fabbriki integrati |
||||
|
Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit) |
16,0 |
0,030 (6) 0,05 (7) |
0,6 |
1,5 |
|
Polpa kimika bbliċjata (sulfit) |
24,0 |
0,03 |
0,6 |
1,5 |
|
Polpa kimika mhux ibbliċjata |
6,5 |
0,02 |
0,6 |
1,5 |
|
Polpa kimika mhux ibbliċjata(kwalità UPK-E biss) |
6,5 |
0,035 |
0,6 |
1,5 |
|
CTMP |
15,0 |
0,01 |
0,2 |
0,3 |
|
NSSC |
11 |
0,02 |
0,4 |
1,5 |
|
Fabbriki mhux integrati (8) |
||||
|
Proċess ta’ konverżjoni |
1 |
0,001 |
0,15 |
0,6 |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati u data tat-testijiet li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata li tinkludi rapporti tat-testijiet bl-użu tal-metodi ta’ ttestjar standard ta’ monitoraġġ kontinwu jew perjodiku li ġejjin: COD: ISO 15705 jew ISO 6060; P Totali: EN ISO 6878; NOx: EN 14792, ISO 11564, jew il-Metodu tal-EPA 7e; S(ossidi tal-kubrit): EN 14791, il-Metodu tal-EPA nru 6C jew 8; S(kubrit ridott): EPA nru. 15A, 16A, 16B jew 16c; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 19579; kontenut ta’ S fil-bijomassa: EN 15289. Għandhom jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar li l-istandards tal-ambitu u tar-rekwiżit tagħhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk tal-istandards nazzjonali u internazzjonali msemmija u li l-ekwivalenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti. Jistgħu jintużaw ukoll testijiet rapidi biex jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet dment li dawn jsiru regolarment (eż kull xahar) billi jitqabblu mal-istandards jew ekwivalenti xierqa li ssemmew qabel.
Fil-każ ta’ kejl tas-COD, monitoraġġ kontinwu bbażat fuq l-analiżi tal-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) għandu jiġi aċċettat dment li tkun ġiet stabbilita korrelazzjoni bejn ir-riżultati tat-TOC u s-COD għas-sit inkwistjoni.
Il-frekwenza minima tal-kejl għall-kejl ta’ COD u għall-emissjonijiet totali ta’ P għandha tkun ta’ kull ġimgħa. L-emissjonijiet ta’ S u NOx għandhom jitkejlu tal-anqas darbtejn fis-sena kalendarja (separati b’erba’ sa sitt xhur).
Id-data għandha tkun irrapportata bħala medji annwali ħlief f’każijiet li fihom:
|
— |
il-kampanja ta’ produzzjoni tkun għal perjodu ta’ żmien limitat biss, |
|
— |
l-impjant ta’ produzzjoni jkun ġdid jew ikun inbena mill-ġdid, f’liema każ il-kejl għandu jkun ibbażat fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. |
Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva u għandu jkun sar għadd suffiċjenti ta’ kejliet għal kull parametru tal-emissjonijiet. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tinkludi l-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għas-COD, P Totali, S u NOx.
Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, fil-punt tar-rilaxx tal-effluwent tal-impjant ta’ trattament tal-ilma mormi tal-fabbriki. F’każijiet li fihom l-effluwent mill-fabbrika jintbagħat lejn impjant ta’ trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ parti terza oħra, il-kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, meħuda mill-punt tar-rilaxx tad-drenaġġ effluwenti tal-fabbrika, għandhom jiġu analizzati u r-riżultati mmultiplikati b’fattur standard ta’ effiċjenza fit-tneħħija għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi muniċipali jew ta’ partijiet terzi. Il-fattur ta’ effiċjenza fit-tneħħija għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi jew ta’ parti terza oħra.
L-emissjonijiet fl-arja għandhom jinkludu l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jirriżultaw matul il-produzzjoni tal-polpa, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, barra minn dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. F’każijiet ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet tal-komposti S u tal-NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-post għandhom jitnaqqsu mill-ammont totali. Il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat bħala:
2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]
F’dan il-kalkolu, l-“elettriku” huwa l-elettriku prodott fl-impjant ta’ koġenerazzjoni, u s-“sħana” hija s-sħana netta fornuta mill-impjant ta’ koġenerazzjoni għall-produzzjoni tal-polpa.
Il-kejl tal-komposti S u tal-NOx għandu jinkludi l-bojlers tal-irkupru, il-fran tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
Il-valuri rrapportati tal-emissjonijiet għall-komposti S għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll dawk ridotti ta’ S (SO2 u l-kubrit ridott totali (TRS) – imkejla bħala S). L-emissjonijiet ta’ S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, il-faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jitqiesu.
1.4. L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-polpa minfuxa ma għandhomx jaqbżu l-valuri ppreżentati fit-Tabella 2, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post). L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jinkludu s-sorsi kollha ta’ enerġija użati matul il-produzzjoni tal-polpa.
Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi tal-enerġija għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta’ referenza mogħtija fit-Tabella 3. Jekk ikun meħtieġ, il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għal sorsi oħra tal-enerġija jistgħu jinstabu fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (9), filwaqt li l-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku mill-grilja jenħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (10).
Tabella 2
Valuri ta’ limitu għal tipi differenti ta’ polpa. CTMP: polpa termomekkanika kimika
|
Fabbriki integrati |
|
|
Polpa kimika u semikimika |
400 kg CO2/ADt |
|
CTMP |
900 kg CO2/ADt |
|
Fabbriki mhux integrati |
|
|
Proċess ta’ konverżjoni (11) |
95 kg CO2/ADt |
Tabella 3
Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija
|
Fjuwil |
Emissjonijiet tas-CO2 |
Unità |
Referenza |
|
Faħam |
94,6 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt grezz |
73,3 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt fjuwil 1 |
74,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt fjuwil 2-5 |
77,4 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
LPG |
63,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Gass Naturali |
56,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Elettriku mill-Grilja |
376 |
g ta’ fossili ta’ CO2/kWh |
Ir-Regolament (UE) 2019/331 |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata.
Għal kull polpa użata, il-manifattur tal-polpa għandu jipprovdi lill-applikant b’valur tal-emissjonijiet tas-CO2 uniku f’kg ta’ CO2/ADt.
Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils użati matul il-produzzjoni tal-polpa, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post).
Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użati għall-proċessi ta’ produzzjoni għandu jgħodd bħala emissjoni żero tas-CO2. Għall-kombustjoni tal-bijomassa, dan ifisser li l-bijomassa jeħtieġ li tissodisfa l-kriterji rilevanti dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif speċifikat fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija fil-fatt tintuża fil-fabbrika jew inxtrat esternament (kopja tal-kuntratt u fattura li tindika s-sehem rinnovabbli tal-elettriku mixtri).
Il-perjodu għall-kalkoli u/jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.
Għall-elettriku mill-grilja, għandu jintuża l-valur ipprovdut hawn fuq (il-medja Ewropea) sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur speċifiku għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (kuntratt għal elettriku speċifikat jew elettriku ċċertifikat). F’dan il-każ, l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur ikkwotat. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta’ konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (eż. kopja ta’ kuntratt).
1.5. Il-konsum tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa minfuxa
Il-konsum tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa għandu jinkludi kemm il-konsum tal-elettriku kif ukoll il-konsum tal-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana u għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (Pelettriku u Pfjuwil). Għandhom japplikaw il-limiti u l-valuri ta’ referenza li ġejjin:
|
— |
Pelettriku < 1,5; |
|
— |
Pfjuwil < 1,5; |
|
— |
It-total tal-punti (Ptotal = Pelettriku + Pfjuwil) ma għandux jaqbeż it-2,5. |
Kalkolu tal-punti tal-konsum tal-elettriku:
Meta:
Epolpa,i = elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ;
Eref,polpa,i bħal fit-Tabella 4.
Epolpa,i għandha tiġi espressa f’kWh/ADt u kkalkolata għal kull polpa i użata fil-prodott finali.
Kalkolu tal-punti ta’ konsum tal-fjuwil:
Fejn:
Fpolpa,i = fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament;
Fref,polpa,i bħal fit-Tabella 4.
Fpolpa,i għandha tiġi espressa f’kWh/ADt u kkalkolata għal kull polpa i użata fil-prodott finali.
L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ polpi, il-valur ta’ referenza għall-konsum tal-elettriku u l-fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana għandu jiġi ppeżat skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja) u magħduda flimkien. Għandhom jiżdiedu wkoll l-enerġija kkunsmata meta jitħalltu l-polpi kif ukoll l-enerġija użata fil-proċess tal-konverżjoni.
Tabella 4
Valuri ta’ referenza għall-elettriku u għall-fjuwil
|
Grad tal-polpa |
Eref,polpa kWh/ADt |
Fref,polpa kWh/ADt |
|
Fabbriki integrati |
||
|
Polpa kimika u semikimika |
800 |
5 400 |
|
CTMP |
1 800 |
900 |
|
Fabbriki mhux integrati (13) |
||
|
Proċess ta’ konverżjoni |
250 |
1 800 |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi l-konsum totali tal-elettriku u tal-fjuwil, flimkien mal-kalkoli u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju.
L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha tal-enerġija, diviżi fi sħana/fjuwils u f’elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa. Jekk tintuża taħlita ta’ polpi minfuxa, l-enerġija trid tiġi kkalkolata b’mod proporzjonali għal kull polpa minfuxa. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima ma hijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum tal-enerġija. Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.
Il-konsum totali tal-elettriku Epolpa jinkludi l-elettriku nett importat li ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna tal-elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-ilma mormi ma għandux jiġi inkluż.
Il-konsum totali tal-fjuwil Fpolpa jinkludi l-fjuwils kollha mixtrija, l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fuq il-post (eż. skart tal-injam, serratura, likuri, eċċ.), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku. Madankollu, l-applikant jeħtieġ li jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana mit-tali sorsi fil-kalkolu tal-enerġija tas-sħana totali.
Meta l-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0,8 u jingħadd mal-konsum totali ta’ fjuwil.
Kriterju 2. Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem
Dan il-kriterju japplika għall-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem li jirrappreżentaw ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.
2.1. It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem
Il-fornituri kollha (100 %) tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandu jkollhom ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti.
Minimu ta’ 70 % tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandha tkun koperta minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-proporzjon li jifdal tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni għandu jkun injam ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dawn ikunu ġejjin minn sorsi legali u jkunu jissodisfaw kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn jidħol il-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja u/jew tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
Il-polpa għad-dissoluzzjoni magħmula mil-linters tal-qoton għandha tissodisfa l-kriterju 3.1 għall-qoton (it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista u t-traċċabbiltà).
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-polpa għad-dissoluzzjoni kollha (100 %) użata fil-prodott. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li tal-anqas 70 % tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-polpa għad-dissoluzzjoni hija ddefinita bħala materja ċċertifikata skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
Jekk il-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem jintużaw f’materjali iffurmati bl-arja jew fi drapp mhux minsuġ ieħor, il-fornitur tal-materjal iffurmat bl-arja jew ta’ drapp mhux minsuġ ieħor inkella l-produttur tal-materjal iffurmat bl-arja jew ta’ drapp mhux minsuġ ieħor għandu jalloka l-krediti lill-materjal iffurmat bl-arja jew lid-drapp mhux minsuġ ieħor li jitwassal lill-prodott, billi jipprovdi fatturi biex jappoġġa l-għadd ta’ krediti allokati.
Għall-bqija tal-proporzjon tal-materja prima, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun materjal ikkontrollat kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat.
Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.
2.2. L-ibbliċjar ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem
Dan is-subkriterju ma japplikax għall-polpa bbliċjata mingħajr kloru totalment (TCF).
Il-polpa użata għall-manifattura ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem ma għandhiex tiġi bbliċjata bl-użu ta’ gass tal-kloru elementali (Cl2).
L-ammont totali ta’ AOX u ta’ kloru marbut organikament (OCl) li jirriżulta ma għandux jaqbeż wieħed minn dawn:
|
— |
0,140 kg/ADt, mkejjel fl-ilma mormi mill-produzzjoni tal-polpa (AOX); u |
|
— |
150 ppm, imkejla fil-fibri taċ-ċelluloża lesti magħmula mill-bniedem (OCL). |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru u rapport tat-test (jekk possibbli) li juri l-konformità kemm mar-rekwiżiti tal-AOX kif ukoll dawk tal-OCl, li jkun sar bil-metodu ta’ ttestjar xieraq:
|
— |
Għall-AOX: ISO 9562 jew l-EPA 1650C ekwivalenti; |
|
— |
Għall-OCI: ISO 11480. |
Il-frekwenza tal-kejl għall-AOX għandha tkun stabbilita f’konformità mal-kriterju 1.2 għall-polpa minfuxa.
F’każ li l-applikant ma jkunx jista’ jipprovdi l-valur effettiv tal-livell tal-AOX imkejjel fl-ilma mormi mill-manifattura tal-polpa, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ffirmata mill-manifattur tal-polpa, f’konformità mar-rekwiżit espost.
F’każ li l-applikant ma juża l-ebda polpa tal-ECF, dikjarazzjoni korrispondenti tkun biżżejjed.
2.3. Il-produzzjoni ta’ fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem
|
(a) |
Aktar minn 50 % tal-polpa għad-dissoluzzjoni użata fil-manifattura tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem għandha tinkiseb minn impjanti tal-polpa għad-dissoluzzjoni li jirkupraw il-valur mil-likur tal-proċess użat tagħhom, permezz ta’:
|
|
(b) |
Dawn il-valuri ta’ limitu li ġejjin tal-emissjonijiet ta’ diversi komposti fl-arja u fl-ilma għandhom jiġu rrispettati fil-proċess tal-produzzjoni tal-fibri modali u tal-visk: Tabella 5 Il-valuri tal-emissjonijiet tal-kubrit tal-fibri modali u tal-visk
|
|
Nota: |
Il-valuri ta’ limitu huma espressi bħala medja annwali. Il-valuri kollha huma espressi bħala g ta’ sustanza niġġiesa/kg ta’ prodott. |
Valutazzjoni u verifika:
|
(a) |
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ta’ sostenn u evidenza li l-proporzjon meħtieġ ta’ fornituri ta’ polpa għad-dissoluzzjoni għandu t-tagħmir xieraq li jiġġenera l-enerġija jew is-sistemi ta’ rkupru u manifattura tal-koprodotti installati fis-siti ta’ produzzjoni relatati. Għandha tiġi pprovduta wkoll il-lista ta’ tali fornituri ta’ polpa għad-dissoluzzjoni. |
|
(b) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ ttestjar:
|
Kriterju 3. Qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa
3.1. It-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista u t-traċċabbiltà tal-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa
Dan il-kriterju japplika għall-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa li jirrappreżentaw ≥ 1 % w/w tal-prodott finali.
|
(a) |
Il-qoton kollu u l-fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa kollha għandhom jitkabbru skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (14) u r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-Programm Organiku Nazzjonali (NOP (16)) tal-Istati Uniti jew l-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tal-qoton organiku jista’ jinkludi qoton li jkun tkabbar b’mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali. |
|
(b) |
Il-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mkabbra skont il-kriterju 3.1(a) u użati għall-manifattura ta’ prodott assorbenti tal-iġjene għandhom ikunu traċċabbli. |
L-ispag tat-tampuni huma eżentati milli jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika:
|
(a) |
Il-kontenut organiku tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa għandu jiġi ċċertifikat minn korp ta’ kontroll indipendenti li jkun ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament (UE) 2018/848, NOP tal-Istati Uniti jew l-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika għandha tkun ipprovduta fuq bażi annwali u għal kull pajjiż ta’ oriġini. |
|
(b) |
L-applikant għandu juri konformità mar-rekwiżit tal-kontenut materjali għall-volum annwali tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mixtrija għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja ta’ prodott, fuq bażi annwali. Għandhom jiġu pprovduti rekords tat-tranżazzjonijiet jew fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta’ qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa mixtrija fuq bażi annwali mingħand il-bdiewa jew il-gruppi tal-produtturi, u l-piż totali tal-balal iċċertifikati. |
3.2. Ibbliċjar tal-qoton u fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa
Il-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa għandhom jiġu bbliċjati biss bl-użu ta’ teknoloġiji tat-TCF.
Dan is-subkriterju ma għandux japplika għal linters tal-qoton użati biex jipproduċu polpa għad-dissoluzzjoni.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-qoton u/jew ta’ fibri ċellulożiċi naturali oħra miż-żerriegħa li jintużaw teknoloġiji tat-TCF.
Kriterju 4. Produzzjoni ta’ polimeri sintetiċi u ta’ materjali tal-plastik
Dan il-kriterju japplika għal kull polimeru sintetiku u materjal tal-plastik li jirrappreżenta ≥ 5 % w/w tal-prodott finali u/jew tal-imballaġġ.
Il-faċilitajiet tal-manifattura li jipproduċu polimeri sintetiċi u materjali tal-plastik użati fil-prodott finali għandu jkollhom sistemi għall-implimentazzjoni ta’:
|
(a) |
iffrankar tal-ilma. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ilma għandha tiġi ddokumentata jew spjegata u għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma; prova ta’ ilma li jiċċirkola f’sistemi magħluqa; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwi relatati mat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-ilma mormi u r-rati ta’ ottimizzazzjoni (jekk rilevanti, jiġifieri jekk jintuża l-ilma fl-impjant); |
|
(b) |
il-ġestjoni integrata tal-iskart, fil-forma ta’ pjan biex jiġu prijoritizzati l-għażliet ta’ trattament għajr ir-rimi għall-iskart kollu ġġenerat fil-faċilitajiet tal-manifattura u biex tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ, tal-irkupru u tar-rimi finali tal-iskart. Il-pjan għall-ġestjoni tal-iskart għandu jiġi ddokumentat jew spjegat u għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: is-separazzjoni ta’ frazzjonijiet differenti tal-iskart; il-maniġġ, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss ta’ skart mhux perikoluż; irkupru ta’ materjali għal użi oħra; il-maniġġ, il-ġbir, is-separazzjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji lokali u nazzjonali rilevanti; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu evitati (inkluż l-irkupru tal-enerġija); |
|
(c) |
l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tindirizza l-apparati kollha li jikkunsmaw l-enerġija, inklużi l-makkinarju, id-dawl, il-kundizzjonar tal-arja u t-tkessiħ. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tinkludi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin: l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġbir tad-data dwar l-enerġija sabiex jiġu identifikati ċ-ċifri ewlenin dwar l-enerġija; analiżi tal-konsum tal-enerġija li tinkludi lista ta’ sistemi, proċessi u faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija; l-identifikazzjoni ta’ miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija; objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju mill-fornituri ta’ polimeri sintetiċi u materjali tal-plastik użati fil-prodott finali u/jew fl-imballaġġ. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata minn rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri adottati mill-fornituri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għal kull wieħed mis-siti kkonċernati f’konformità mal-istandards, bħall-ISO 14001 u/jew l-ISO 50001 għall-pjanijiet dwar l-ilma, l-iskart u l-enerġija.
Meta l-ġestjoni tal-iskart tiġi esternalizzata, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju wkoll.
L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE u/jew iċċertifikati skont l-ISO 14001, l-ISO 50001, l-EN 16247 jew standard/skema ekwivalenti għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw dawn ir-rekwiżiti jekk:
|
(a) |
l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni hija dokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tal-kumpanija; jew |
|
(b) |
l-inklużjoni tal-pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni hija indirizzata biżżejjed mill-ISO 14001, mill-ISO 50001, mill-EN 16247 jew minn standard/skema ekwivalenti. |
Kriterju 5. Materjali tal-plastik b’bażi bijoloġika
Dan il-kriterju japplika biss għall-prodott finali, għall-komponenti separati, u/jew għall-imballaġġ li fihom > 1 % w/w ta’ materjal tal-plastik b’bażi bijoloġika.
L-applikant jista’ jikseb, fuq bażi volontarja, ċertu perċentwal tat-total tal-polimeri sintetiċi u tal-materjali tal-plastik b’rabta mal-piż totali tal-polimeri fil-prodott finali (inklużi polimeri superassorbenti (PSA)), il-komponenti separati u/jew fl-imballaġġ, minn materja prima b’bażi bijoloġika. Il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari għandhom jiggwidaw l-għażla tal-materja prima (bħala eżempju, il-produtturi għandhom jagħtu prijorità lill-użu tal-iskart organiku u l-prodotti sekondarji bħala materja prima) (17).
F’dan il-każ, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
Il-profil ambjentali superjuri tal-materja prima b’bażi bijoloġika użata għall-produzzjoni ta’ plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott finali, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ għandu jintwera f’konformità mal-aħħar metodoloġiji applikabbli biex jiġu vvalutati l-impatti ta’ plastiks b’bażi bijoloġika meta mqabbla ma’ plastik ibbażat fuq il-fossili (18). |
|
(b) |
Il-materja prima b’bażi bijoloġika użata għall-produzzjoni ta’ plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott finali, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ għandha tkun koperta minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi indipendenti rikonoxxuta uffiċjalment mill-Kummissjoni Ewropea (19). |
Il-prodott finali, il-komponenti separati, u/jew l-imballaġġ jistgħu jiġu ttikkettati volontarjament bħala li fihom plastik b’bażi bijoloġika. F’dan il-każ, l-asserzjoni għandha tkun li “x % tal-plastik li jinsab fil-prodott [komponenti separati, u/jew imballaġġ] huwa b’bażi bijoloġika” (fejn x > 1, u x huwa s-sehem eżatt u li jista’ jitkejjel tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika fil-prodott [komponenti separati, u/jew imballaġġ]). Ma għandhomx jintużaw asserzjonijiet ġeneriċi bħal “bijoplastik”, “b’bażi bijoloġika”, “ibbażati fuq il-pjanti”, “ibbażati fuq in-natura” u asserzjonijiet simili.
Valutazzjoni u verifika:
|
(a) |
Biex juri l-profil ambjentali superjuri tal-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika użata fil-prodott, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ, l-applikant għandu jipprovdi ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti li tirreferi għall-metodoloġija attwalment disponibbli (20). |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-fornituri tal-materja prima tal-plastiks b’bażi bijoloġika kollha użata fil-prodott, fil-komponenti separati, u/jew fl-imballaġġ. Iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu validi għat-tul kollu tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw iċ-ċertifikati tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. |
Meta applikabbli, l-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar l-indikazzjoni tal-plastik b’bażi bijoloġika tidher b’mod ċar. L-istandards ibbażati fuq metodi ta’ radjukarbonju bħall-EN 16640 jew l-EN 16785 jew l-ASTM D 6866-12 għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut tal-karbonju b’bażi bijoloġika tal-polimeri sintetiċi u tal-materjali tal-plastik preżenti fil-prodott, fil-komponent separat, u/jew fl-imballaġġ. Meta ma jkunux jistgħu jintużaw metodi tar-radjukarbonju, il-metodu tal-bilanċ tal-massa huwa permess jekk jiġi żgurat u appoġġat livell għoli ta’ trasparenza u responsabbiltà mill-istandards miftiehma.
L-użu ta’ ċertifikati mixtrija abbażi tas-sistema Book & Claim huwa eskluż sabiex tkun possibbli t-traċċabbiltà tal-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika. Il-provi tax-xiri għall-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika għandhom ikunu bbażati fuq proċessi skont is-sistemi ta’ segregazzjoni jew bilanċ tal-massa.
Jekk l-iskema ma tirrikjedix speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.
Kriterju 6. Effiċjenza materjali fil-manifattura tal-prodott finali
Ir-rekwiżiti f’dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ finali tal-prodott.
Il-kwantità ta’ skart iġġenerat matul il-manifattura u l-imballaġġ tal-prodotti li jintbagħat fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija, ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
it-8 % skont il-piż tal-prodotti finali għat-tampuni, |
|
(b) |
l-4 % skont il-piż tal-prodotti finali għal kull prodott ieħor. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq.
L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma sarx materjali u/jew li ma ssarrafx f’enerġija.
L-applikant għandu jippreżenta dan kollu li ġej:
|
(a) |
il-piż tal-prodott u tal-imballaġġ, |
|
(b) |
il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati waqt il-manifattura, |
|
(c) |
l-ipproċessar tat-trattament rispettiv tal-frazzjoni tal-iskart irkuprat u dak mormi fil-landfill jew mibgħut għall-inċinerazzjoni. |
Il-kwantità ta’ skart mibgħut fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ skart prodott u l-ammont ta’ skart irkuprat (użat mill-ġdid, riċiklat, eċċ.).
Kriterju 7. Sustanzi esklużi u ristretti
7.1. Restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.
Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 8, il-prodott finali, u kwalunkwe komponent fih, ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li huma assenjati kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, mill-kategoriji u mill-kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ddikjarati fit-Tabella 6, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Tabella 6
Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu esklużi
|
Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni |
|
|
Kategoriji 1 A u 1B |
Kategorija 2 |
|
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
|
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
|
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
- |
|
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
|
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
|
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H362 Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
|
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
|
Tossiċità akuta |
|
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategorija 3 |
|
H300 Fatali jekk jinbela’ |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
|
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
|
H330 Fatali jekk jinxtamm |
H331 Tossiku jekk jinxtamm |
|
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn |
|
Tossiċità speċifika għal organi ta’ mira |
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
|
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
|
H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
|
Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda |
|
|
Kategorija 1 A |
Kategorija 1B |
|
H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
|
H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm |
H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm |
|
Interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent |
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
|
EUH380: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin |
EUH381: Suspettati li jikkawżaw tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin |
|
EUH430: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent |
EUH431: Suspettati li jikkawżaw tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent |
|
Persistenti, Bijoakkumulattiv u Tossiku |
|
|
PBT |
vPvB |
|
EUH440: Jakkumula fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin |
EUH441: Jakkumula ħafna fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin |
|
Persistenti, Mobbli u Tossika |
|
|
PMT |
vPvM |
|
EUH450: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża tar-riżorsi tal-ilma |
EUH451: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża ħafna tar-riżorsa tal-ilma |
Barra minn hekk, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) li huma assenjati lil kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fit-Tabella 7, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 – sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 8.
Tabella 7
Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu ristretti
|
Perikoluż għall-ambjent akkwatiku |
|
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategoriji 3 u 4 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
|
|
Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
|
|
H420 Jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent għax jeqred l-ożonu fl-atmosfera ta’ fuq |
|
Tabella 8
Derogi għal restrizzjonijiet fuq sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
|
Tip ta’ sustanza |
Klassi ta’ periklu, kategorija u kodiċi tad-dikjarazzjoni ta’ periklu b’deroga |
Kundizzjonijiet tad-deroga |
|
2-metil-2H-isotijażol-3-on (MIT) |
H400, H314, H301, H311, H318, H410, H330 u H317 |
Fil-linka li tinħall fl-ilma biss u f’konċentrazzjoni ta’ anqas minn 15 ppm fil-linka (qabel l-applikazzjoni) u ta’ inqas minn 0,1 ppm fil-prodott finali. Il-linka għandha tikkonforma mas-subkriterju 7.3.4 |
|
Dipropilen glikol dibenżoat |
H412 |
F’adeżivi li jinħallu bis-saħħa biss li jintużaw biex jindikaw il-grad ta’ tixrib |
|
Sustanzi u taħlitiet bi klassifikazzjoni armonizzata bħala H304 |
H304 |
Sustanzi b’viskożità ta’ anqas minn 20,5 cSt f’temperatura ta’ 40 °C. |
|
Diossidu tat-titanju (nanoforma) |
H351 |
Meta jintuża bħala pigment biss. Ma jistax jintuża f’forma ta’ trab jew sprej. |
Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.
L-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament matul il-proċess ta’ produzzjoni, sabiex ma jibqa’ japplika l-ebda periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet ikklassifikata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Dan il-kriterju ma għandux japplika għal:
|
— |
sustanzi mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament; |
|
— |
sustanzi koperti bl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta’ sustanzi inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament mir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni, tal-utenti downstream u tal-evalwazzjoni. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju 7.1, flimkien mad-dikjarazzjonijiet rilevanti mill-produtturi tal-komponenti, lista tas-sustanzi kimiċi kollha użati, l-iskeda tad-data tas-sikurezza tagħhom jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi u kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti li turi l-konformità mar-rekwiżit.
Għal sustanzi ristretti u impuritajiet inevitabbli bi klassifikazzjoni ristretta, għandha tintuża l-konċentrazzjoni tas-sustanza jew tal-impurità ristretta u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 % biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tal-impurità ristretta li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ristretta.
Għas-sustanzi eżentati mis-subkriterju 7.1 (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), dikjarazzjoni għal dan il-għan mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed biex tintwera l-konformità.
Peress li diversi prodotti jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi tal-proċess jistgħu jkunu koperti minn liċenzja waħda tal-Ekotikketta tal-UE, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss għal kull impurità għall-prodott jew il-komponent tal-agħar xenarju kopert mil-liċenzja (eż. l-aktar oġġett tal-komponent stampat b’mod qawwi meta jsir skrinjar għal-linka bi klassifikazzjonijiet ristretti).
L-evidenza ta’ hawn fuq tista’ tingħata wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-prodott tal-applikant.
7.2. Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.
Il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista tal-kandidati għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma jkun fihom l-ebda SVHC. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha fornuti li jintużaw biex jiġi mmanifatturat il-prodott finali u il-komponenti fih.
Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista ta’ kandidati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinkiseb hawn:
https://www.echa.europa.eu/mt/candidate-list-table.
Għandha ssir referenza għal-lista fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.
Għall-impuritajiet inevitabbli identifikati bħala SVHCs, għandhom jintużaw il-konċentrazzjoni tal-impurità u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 %, biex tiġi stmata l-kwantità tal-impurità tal-SVHC li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ta’ SVHC.
7.3. Restrizzjonijiet speċifiċi oħra
7.3.1. Sustanzi esklużi speċifikati
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda (waħedhom jew f’taħlitiet) mal-prodott kimiku użat fil-prodott finali u lanqas fi kwalunkwe komponent fih:
|
(a) |
5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (CMIT); |
|
(b) |
Akrilammid f’polimeri superassorbenti; |
|
(c) |
Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol [1]. Huma permessi antiossidanti fenoliċi b’piż molekulari (MW) > 600 g/mol li jkunu sterikament imfixkla; |
|
(d) |
Aġenti antibatteriċi (eż. Nanofidda u triklosan); |
|
(e) |
Formaldeid u rilaxxaturi tal-formaldeid [2]; |
|
(f) |
Nitromiski u Miski poliċikliċi; |
|
(g) |
Il-komposti tal-organotin użati bħala katalizzaturi fil-produzzjoni tas-silikonu; |
|
(h) |
Parabeni; |
|
(i) |
Ftalati [3]; |
|
(j) |
Sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali; |
|
(k) |
Sustanzi meqjusa bħala interferenti endokrinali potenzjali fil-kategorija 1 jew 2 fuq il-lista ta’ prijorità tal-UE ta’ sustanzi li għandhom jiġu investigati aktar għal effetti ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti. Is-sustanzi elenkati f’dan is-subkriterju huma permessi biss bħala impuritajiet, u madankollu f’konċentrazzjonijiet anqas minn 0,0100 % w/w fil-prodott kimiku, sakemm ma jkunux ristretti aktar skont il-kriterju 7.3.8. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
[Noti:
|
[1] |
Isem is-sustanza = “Alkilfenol”, skont:https: //echa.europa.eu/es/advanced-search-for-chemicals |
|
[2] |
L-użu tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid fl-adeżivi huwa regolat skont is-subkriterju 7.3.5 |
|
[3] |
Jista’ jkun permess DINP jekk jintuża f’formulazzjonijiet adeżivi b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,010 % piż skont il-piż tal-formulazzjoni tal-adeżivi] |
7.3.2. Fwejjaħ
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali, għal kwalunkwe komponent fih, għall-komponenti separati u għall-imballaġġ.
Ma għandhomx jiġu miżjuda fwejjaħ mal-prodott finali, ma’ kwalunkwe komponent tiegħu, mal-komponenti separati u lanqas mal-imballaġġ.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju.
7.3.3. Lozzjonijiet
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih.
Ma għandhomx jintużaw lozzjonijiet fil-prodott, u lanqas fi kwalunkwe komponent tiegħu.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq.
7.3.4. Linka u żebgħa
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u kwalunkwe komponent fih. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-komponenti separati, l-imballaġġ għall-bejgħ u l-iskedi ta’ informazzjoni.
|
(a) |
Ma għandhomx jiżbgħu jew jistampaw fuq il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih. |
|
(b) |
Il-komponenti li ġejjin huma eżentati u jistgħu jinżebgħu jew jistampaw fuqhom:
|
F’dawn il-każijiet, il-kontenut ta’ antimonju, arseniku, barju, kadmju, kromu, ċomb, merkurju, selenju, amini aromatiċi primarji u poliklorobifenil li jinstabu bħala impurità fil-koloranti li jagħtu l-kulur u fil-linka għandhom ikunu taħt il-limiti mogħtija fir-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu ta’ koloranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel (21).
Barra minn hekk, il-koloranti li jagħtu l-kulur għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:
|
(a) |
jekk jintużaw f’materjali tal-plastik: Ir-rakkomandazzjoni tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities (22) jew l-Anness 2 (23) u l-Anness 10 (24) tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21, |
|
(b) |
jekk jintużaw f’materjali taċ-ċelluloża: Ir-rakkomandazzjoni XXXVI tal-BfR. Karta u kartun għall-kuntatt mal-ikel (25). |
Il-koloranti li jagħtu l-kulur u l-linka użati għandhom jikkonformaw ukoll mas-subkriterji 7.1 u 7.2.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.
F’każ li jintużaw żebgħat u/jew linka, il-preżenza tagħhom għandha tkun iġġustifikata billi tiġi indikata l-funzjoni speċifika pprovduta, u għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni biex jiġi żgurat li l-impuritajiet fl-aġent li jagħti l-kulur jew fil-linka jikkonformaw mar-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa, u li ż-żebgħa użata hija awtorizzata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities, l-Anness 2 u l-Anness 10 tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21, jew ir-rakkomandazzjoni tal-BfR XXXVI. Paper and board for food contact.
7.3.5. Aktar restrizzjonijiet li japplikaw għall-adeżivi
Il-kontenut ta’ formaldeid liberu fl-adeżiv imwebbes (il-kolla) ma għandux jaqbeż l-10 ppm. Il-limitu għall-formaldeid iġġenerat matul il-produzzjoni tal-adeżiv għandu jkun ta’ 250 ppm, imkejjel fid-dispersjoni tal-polimeru maħluq ġdida. L-adeżivi mdewba bis-sħana għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri jekk rilevanti, u skedi tad-data tas-sikurezza (SDS) ta’ kwalunkwe sustanza/taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-adeżiv.
L-applikant għandu jipprovdi wkoll riżultati tat-testijiet għall-kontenut ta’ formaldeid, skont il-metodu ta’ ttestjar ISO 14184-1:2011 jew ekwivalenti.
7.3.6. Polimeri superassorbenti (SAP)
Il-polimeri superassorbenti użati fil-prodott għandu jkun:
|
(a) |
fihom massimu ta’ 1 000 ppm ta’ monomeri residwi [4] li huma kklassifikati bil-kodiċijiet H irrapportati fis-subkriterju 7.1. Għall-poliakrilat tas-sodju, dan il-limitu japplika għas-somma ta’ aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u ta’ aġenti ta’ retikolazzjoni. |
|
(b) |
bħala massimu, ikun fihom 10 % (piż/piż) ta’ estratti li jinħallu fl-ilma [5] u dawn għandhom jikkonformaw mas-subkriterji 7.1, 7.2 u 7.3.1. Għall-poliakrilat tas-sodju, dawn jirrappreżentaw monomeri u oligomeri ta’ aċidu akriliku b’inqas piż molekulari mill-polimeru superassorbenti skont l-istandard ISO 17190. |
|
(c) |
L-akrilammid ma għandux jiġi inkluż f’polimeri superassorbenti. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità ma’ dan is-subkriterju, appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri jekk rilevanti, u skedi tad-data tas-sikurezza (SDS) ta’ kwalunkwe sustanza/taħlita u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-prodott finali.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-fornitur li tiddokumenta l-kompożizzjoni tal-polimeru/polimeri superassorbenti użat(i) fil-prodott u l-kwantità ta’ estratti li jinħallu fl-ilma fil-polimeru/polimeri superassorbenti(i). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza jew minn riżultati tat-testijiet li jispeċifikaw il-monomeri residwi li jinsabu fl-SAP u l-kwantitajiet tagħhom. Il-metodi ta’ ttestjar irrakkomandati huma l-ISO 17190 u d-WSP 210. Il-kwantitajiet ittestjati għall-monomeri residwi u għall-estratti li jinħallu għandhom ikunu l-medji minn kejl ripetut fuq ċertu perjodu ta’ żmien. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati u l-frekwenza tal-kejl għall-analiżijiet, inkluża l-informazzjoni tal-laboratorji użati għall-analiżi.
[Noti:
|
[4] |
Il-monomeri residwi huma maħsuba bħala t-total ta’ aċidu akriliku li ma jkunx irreaġixxa u ta’ aġenti ta’ retikolazzjoni |
|
[5] |
L-estratti li jinħallu fl-ilma fl-SAP huma maħsuba bħala monomeri u oligomeri tal-aċidu akriliku b’piż molekulari aktar baxx minn dak tal-SAP, u l-imluħa] |
7.3.7 Silikonu
Dan is-subkriterju japplika għar-release liner.
|
(a) |
Ma għandhomx jintużaw kisjiet tas-silikonu bbażati fuq is-solventi. |
|
(b) |
Oktametil ċiklotetrasilossan D4 (CAS 556-67-2), dekametil ċiklopentasilossan D5 (CAS 541-02-6) u dodekametilċikloeżaasilossan D6 (CAS 540-97-6) ma għandhomx ikunu preżenti fit-taħlita tas-silikonu [6] f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 800 ppm (0,08 % w/w). Il-limitu ta’ 800 ppm għandu jiġi applikat għal kull sustanza separatament. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan is-subkriterju, iffirmata mill-manifattur tar-release liner, appoġġata mill-iskedi tad-data tas-sikurezza.
[Nota:
|
[6] |
F’dan il-każ, it-taħlita tas-silikonu hija maħsuba bħala t-taħlita likwida magħmula minn żewġ materji primi tas-silikonu jew aktar li tintuża bħala kisi fuq il-karta protettiva jew fuq il-folja protettiva użata għall-film protettiv li jitneħħa f’xi prodotti tal-iġjene tan-nisa (eż. panty liners u assorbenti sanitarji) jew fuq it-tejp tal-ħrieqi.] |
7.3.8. Sustanzi kimiċi oħra ta’ tħassib
Dan is-subkriterju japplika għall-impuritajiet fil-prodott finali.
Is-sustanzi kimiċi li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f’konċentrazzjoni ogħla minn dik indikata fit-Tabella 9.
Tabella 9
Lista ta’ sustanzi kimiċi ristretti
|
Sustanzi |
Restrizzjonijiet |
|
Formaldeid |
< 16 ppm |
|
Dibenżo-p-diossini (PCDDs): 2,3,7,8-TCDD; 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD |
it-total tat-TEQ tal-konġeneri individwati tal-PCDDs, tal-PCDFs u tad-DLPCBs < 2 ng/kg |
|
Dibenżofurani (PCDFs): 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8- PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; OCDF |
|
|
DLPCBs: PCB 77; PCB 81; PCB 126; PCB 169; PCB 105; PCB 114; PCB 118; PCB 123; PCB 156; PCB 157; PCB 167; PCB 189 |
|
|
PAHs |
|
|
Benżo[a]antraċen; Benżo[a]piren; Benżo[e]piren; Krisen; Benżo[b]fluworanten; Benżo[k]fluworanten; Dibenżo[a,h]antraċen; Benżo[j]fluworanten; Benżo[g,h,i] perilen; Indeno[1,2,3,cd]piren; Fenantren; Piren; Antraċen; Fluworanten; Naftalen |
Kull PAH < 0,2 mg/kg It-total tal-PAHs < 1 mg/kg |
|
Fenoli |
|
|
Bisfenol A |
< 0,02 % |
|
Nonilfenol-di-etossilat |
< 10 mg/kg |
|
Nonilfenol |
< 10 mg/kg |
|
Ftalati |
|
|
DINP, DEHP, DNOP, DIDP, BBP, DBP, DiBP, DIHP, BMEP, DPP/DIPP, DnPP, DnHP, DMP, DHNUP, DCHP, DHxP, DIHxP, DIOP, DPrP, DNP, aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri di-C6-10 alkiliċi, aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-diesteri mħallta tad-deċil u tal-eżil u tal-oktil |
< 0,01 % kull wieħed |
|
Pestiċidi |
|
|
Glifosat |
< 0,5 mg/kg |
|
AMPA |
< 0,5 mg/kg |
|
Kintożen |
< 0,5 mg/kg |
|
Eżaklorobenżen |
< 0,5 mg/kg |
|
Organotini |
|
|
Tributiltin |
< 2 ppb |
|
Organotini oħra: Monobutiltin, Dibutiltin, Trifeniltin, Diottiltin, Monoottiltin |
Kull organotin < 10 ppb |
|
Metalli tqal |
|
|
Antimonju |
< 30 mg/kg |
|
Kadmju |
< 0,1 mg/kg |
|
Kromu |
< 1 mg/kg |
|
Ċomb |
< 0,2 mg/kg |
|
Merkurju |
< 0,02 mg/kg |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tal-analiżijiet imwettqa fuq il-prodott finali. It-testijiet għandhom jitwettqu fuq prodott rappreżentattiv. Fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati bl-istess mod (eż. prodotti tal-iġjene ta’ daqsijiet differenti), huwa biżżejjed li jitwettqu testijiet fuq wieħed mid-daqsijiet tal-prodott. Inkella, l-analiżijiet jistgħu jitwettqu separatament fuq kull materjal li jifforma l-prodott (rappreżentattiv) finali. Għandhom jiġu deskritti l-metodi użati u d-data tal-kejl għall-analiżijiet, inkluża l-informazzjoni tal-laboratorji użati għall-analiżi. Il-metodi ta’ ttestjar irrakkomandati huma NWSP 360.1R0 jew ekwivalenti għall-preparazzjoni tal-kampjun, NWSP 360.2R0 jew ekwivalenti għall-estrazzjoni tal-analita, u NWSP 360.3R0 jew ekwivalenti għall-analiżi strumentali. Il-frekwenza tal-kejl għandha tkun mill-inqas darba fis-sena.
Kriterju 8. Imballaġġ
Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bejgħ u għall-imballaġġ kollettiv.
L-imballaġġ kollettiv għandu jiġi evitat jew magħmul biss minn kartun u/jew karta.
(a) Kartun u/jew karta użati għall-imballaġġ
L-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 40 % ta’ materjal riċiklat.
L-imballaġġ kollettiv magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih 80 % ta’ materjal riċiklat.
Is-sehem li jifdal (100 % nieqes il-perċentwal ta’ kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew il-karta kollha użati għall-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
(b) Plastik użat għall-imballaġġ
|
— |
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 20 % ta’ materjal riċiklat. |
|
— |
Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 35 % materjal riċiklat. |
(c) Riċiklabbiltà
Il-kontenut tal-imballaġġ għall-bejgħ (jew tal-kartun u/jew tal-karta jew tal-plastik) u l-imballaġġ kollettiv (tal-kartun u/jew tal-karta) li huwa disponibbli għar-riċiklaġġ għandu jkun minimu ta’ 95 % skont il-piż, filwaqt li 5 % tar-residwi għandhom ikunu kompatibbli mar-riċiklaġġ.
(d) Rekwiżiti addizzjonali
|
— |
L-użu ta’ imballaġġ imħallat (għall-bejgħ u kollettiv), plastik imħallat jew il-kisi tal-kartun u/jew karta bi plastik jew metalli ma humiex permessi. |
|
— |
Il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ għandhom jiġu indikati fuq l-imballaġġ għall-bejgħ. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jissottometti (1) dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat fil-bejgħ u fl-imballaġġ kollettiv meta rilevanti; (2) dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ u (3) ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ kollettiv u għall-bejgħ tkun tidher b’mod ċar.
Il-korpi kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat tal-plastik għall-imballaġġ għall-bejgħ għal darb’oħra wara l-1 ta’ Jannar 2027.
L-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li s-sehem li jifdal (100 % nieqes il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-bejgħ u l-imballaġġ kollettiv huma ddefiniti bħala materjal iċċertifikat skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà tnax-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.
Il-kontenut riċiklat għandu jiġi vverifikat billi jkun hemm konformità mal-EN 45557 jew mal-ISO 14021 filwaqt li r-riċiklabbiltà għandha tiġi vverifikata billi jkun hemm konformità mal-EN 13430 jew mal-ISO 18604.
Il-kontenut riċiklat tal-plastik fl-imballaġġ għandu jikkonforma mal-istandards tal-katina tal-kustodja bħall-ISO 22095 jew l-EN 15343. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet dettaljati li juru l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata. Għandhom jiġu pprovduti fatturi li juru x-xiri tal-materjal riċiklat.
Barra minn hekk, ir-riċiklabbiltà (id-disponibbiltà u l-kompatibbiltà għar-riċiklaġġ) tal-imballaġġ għandha tiġi ttestjata permezz ta’ protokolli standard tal-ittestjar. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta għandha tiġi vvalutata permezz ta’ ttestjar tar-repulpabbiltà u f’dan il-każ, l-applikant għandu juri r-repulpabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta appoġġata mir-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test(ijiet) skont il-metodu tal-PTS PTS-RH 021, is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. L-iskemi ta’ segregazzjoni jew l-iskemi ta’ taħlit ikkontrollat bħal RecyClass għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi għall-imballaġġ tal-plastik. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza.
Kriterju 9. Gwida dwar l-użu u r-rimi tal-prodott u tal-imballaġġ
L-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott finali għandhom ikunu disponibbli fuq l-imballaġġ jew permezz ta’ fuljett stampat u/jew diġitali.
L-imballaġġ għall-bejgħ għandu jkun fih gwida dwar ir-rimi tal-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u għar-rimi tal-prodott użat. L-informazzjoni li ġejja għandha tinkiteb jew tiġi indikata permezz ta’ simboli viżwali fuq l-imballaġġ għall-bejgħ:
|
— |
li l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u l-prodott użat ma għandhomx jintremew fit-toilets, u |
|
— |
kif għandhom jintremew b’mod korrett l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u l-prodott użat. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott.
L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar ir-rimi tidher b’mod ċar.
Kriterju 10. Adegwatezza għall-użu u kwalità tal-prodott
L-effettività/il-kwalità tal-prodott finali għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għal dik tal-prodotti li diġà jinsabu fis-suq.
L-adegwatezza għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-parametri mniżżla fit-Tabella 10. Meta jkunu ġew identifikati, il-limiti tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.
Tabella 10
Il-karatteristiċi u l-parametri li jiddeskrivu l-adegwatezza għall-użu tal-prodott li se jiġi ttestjat
|
Karatteristika |
Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni) |
||||
|
Ħrieqi tat-trabi |
Assorbenti iġjeniċi tan-nisa |
Tampuni |
Assorbenti tat-treddigħ |
||
|
Testijiet waqt l-użu |
U1. Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija (26) |
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
|||
|
U2. It-tnixxif tal-ġilda |
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
Mhux applikabbli |
Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa |
||
|
U3. Tajbin u komdi |
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
||||
|
U4. Prestazzjoni kumplessiva |
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
||||
|
Testijiet tekniċi |
T1. Assorbiment u protezzjoni mit-tnixxija (26) |
Ir-rata ta’ assorbiment u l-assorbiment qabel it-tnixxija |
Il-metodu sinġina |
Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa |
|
|
T2. Tnixxif tal-ġilda (26) |
TEWL, il-metodu msejjaħ “rewet” jew ittestjar korneometriku |
Mhux applikabbli |
Bħal fil-każ tal-ħrieqi tat-trabi u l-assorbenti iġjeniċi tan-nisa |
||
Valutazzjoni u verifika:
Għandu jiġi pprovdut rapport tat-test għat-testijiet waqt l-użu u għat-testijiet tekniċi. Ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi, bħala minimu, il-metodi ta’ ttestjar, ir-riżultati tat-testijiet u d-data użata. It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.
Għandhom isiru testijiet għat-tip u għad-daqs speċifiċi kollha tal-prodotti li għalihom issir l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, għandu jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta’ qisien għal kull disinn tal-prodott.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward it-teħid tal-kampjuni, it-trasport u l-ħażna tal-prodotti ħalli jkunu żgurati riżultati riproduċibbli. Huwa rrakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew jerġgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ, sakemm ma jkunx jista’ jiġi eskluż il-bdil.
Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha ssir disponibbli għall-korpi kompetenti b’tali mod li tkun rispettata l-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jitfissru ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, l-unitajiet u s-simboli li jista’ jifhem l-utent tad-data. Għandhom jitniżżlu dawn id-dettalji: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jingħażlu l-prodotti ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk ikunu japplikaw, ir-raġunijiet għalfejn ċerti karatteristiċi ma tħaddmux; il-metodi ta’ ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom, jekk ikollhom. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-testijiet.
Linji gwida oħra għat-testijiet waqt l-użu:
|
— |
Il-kampjunar, id-disinn tat-test, ir-reklutaġġ tal-panel u l-analiżi tar-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu konformi mal-prattiki tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti). |
|
— |
Kull prodott għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kwestjonarju. It-test għandu jdum tal-anqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f’kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott. |
|
— |
L-għadd irrakkomandat ta’ saġġaturi għandu jkun tal-anqas 30 (għall-prodotti ddisinjati speċifikament jew mhux għal ġeneru wieħed). Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat. |
|
— |
Meta l-prodott ma jkunx iddisinjat speċifikament għal ġeneru wieħed, il-proporzjon tal-irġiel u n-nisa għandu jkun ta’ 1:1. |
|
— |
Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta’ individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta’ konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond, l-etajiet, il-pajjiżi u l-ġeneri. |
|
— |
L-individwi morda u l-persuni b’kundizzjoni kronika fil-ġilda ma għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet ma għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni. |
|
— |
Għat-testijiet kollha waqt l-użu (assorbiment u protezzjoni minn tnixxija, tnixxif tal-ġilda, tajbin u komdi u prestazzjoni kumplessiva), 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, b’rata ogħla minn 60 assenjata mill-konsumatur (fuq skala kwantitattiva minn 1 sa 100). Inkella, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikawh bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost ħames opzjonijiet kwalitattivi: ħażin ħafna, ħażin, medju, tajjeb, tajjeb ħafna). |
|
— |
Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti. |
|
— |
Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq l-impressjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti. |
Rekwiżiti oħra għat-testijiet tekniċi:
|
— |
Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jissejsu kemm jista’ jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi. |
|
— |
Għandhom jiġu ttestjati tal-anqas ħames kampjuni. Ir-riżultati medji għandhom jiġu rrapportati flimkien ma’ indikazzjoni tad-devjazzjoni standard. |
|
— |
It-testijiet tekniċi rrakkomandati għall-assorbenti tat-treddigħ huma l-istess bħal dawk għall-ħrieqi tat-trabi u għall-assorbenti iġjeniċi tan-nisa. |
Il-piż, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u pprovduti f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fit-test ġenerali tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-applikazzjoni.
Kriterju 11. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol
Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti li japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ tal-prodott assorbenti tal-iġjene finali.
Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (27), il-Patt Globali tan-NU (Pilastru 2) (28), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (29) u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (30), l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza appoġġata minn awditu/awditi fuq il-post li l-prinċipji applikabbli inklużi fit-testi internazzjonali msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt identifikati ġew rispettati fl-impjant(i) tal-immuntar finali għall-prodott.
Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:
|
(i) |
Tħaddim tat-Tfal:
|
|
(ii) |
Ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju:
|
|
(iii) |
Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:
|
|
(iv) |
Diskriminazzjoni:
|
Dispożizzjonijiet supplimentari:
|
(v) |
Sigħat tax-Xogħol:
|
|
(vi) |
Remunerazzjoni:
|
|
(vii) |
Saħħa u Sikurezza:
|
|
(viii) |
Protezzjoni u inklużjoni soċjali:
|
|
(ix) |
Tkeċċija ġusta:
|
F’postijiet fejn id-dritt għal-libertà tal-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv huwa ristrett bil-liġi, il-kumpanija ma għandhiex tirrestrinġi lill-ħaddiema milli jiżviluppaw mekkaniżmi alternattivi biex jesprimu l-ilmenti tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg, u għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-impjegati li magħhom tista’ tidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
Il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ta’ organizzazzjoni indipendenti tal-industrija esterni f’oqsma lokali madwar is-siti, inkluż trade unions, organizzazzjonijiet tal-komunità, NGOs u esperti tax-xogħol. Għandhom isiru konsultazzjonijiet sinifikattivi ma’ tal-anqas żewġ partijiet ikkonċernati minn żewġ sottogruppi differenti. F’postijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tistax tiżgura l-adegwatezza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva mal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq, il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi magħmula minn spezzjonijiet fuq il-post mhux imħabbra minn evalwaturi indipendenti mill-industrija.
Matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jippubblika r-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditi (inkluż dettalji dwar (a) kemm hemm u kemm huma serji l-vjolazzjonijiet ta’ kull dritt tax-xogħol u tal-istandard tal-OHS; (b) strateġija għar-rimedju – fejn ir-rimedju jinkludi l-prevenzjoni għal kull kunċett tal-UNGP; (c) il-valutazzjoni tal-kawżi ewlenin tal-vjolazzjonijiet persistenti li jirriżultaw minn konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati – min ġie kkonsultat, liema kwistjonijiet tqajmu, kif dan influwenza l-pjan ta’ azzjoni korrettiva), online sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-prestazzjoni tagħhom lill-konsumaturi interessati.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti billi jipprovdi kopji tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-kodiċi ta’ kondotta tagħhom li għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq u kopji ta’ rapporti ta’ awditi ta’ appoġġ għal kull impjant finali tal-assemblaġġ tal-prodott għall-mudell(i) li jrid(u) jiġi(u) ekotikkettat(i) flimkien ma’ link fuq l-Internet għal fejn tista’ tinstab il-pubblikazzjoni tar-riżultati u s-sejbiet online.
L-awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi għandhom jitwettqu minn awdituri kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-siti tal-manifattura industrijali mal-istandards soċjali jew mal-kodiċijiet ta’ kondotta jew, f’pajjiżi fejn il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol, 1947 (Nru 81) ġiet ratifikata u s-superviżjoni tal-ILO tindika li s-sistema nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol hija effettiva (32) u l-ambitu tas-sistemi ta’ spezzjoni jkopri l-oqsma elenkati hawn fuq (33), minn spettur(i) tax-xogħol maħtur(a) minn awtorità pubblika.
Għandhom jiġu aċċettati ċertifikazzjonijiet validi minn skemi ta’ partijiet terzi jew proċessi ta’ spezzjoni li jawditjaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ħinijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u sigurtà u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma għandhomx ikollhom aktar minn 12-il xahar, fid-data tal-applikazzjoni.
Kriterju 12. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista’ jintwera fuq l-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott. Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“Iddisinjat biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent”, |
|
— |
“Jissodisfa rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi”, |
|
— |
“Prestazzjoni verifikata”, |
L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża l-logo tal-Ekotikketta tal-UE kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit u ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott li juri b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, meta rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Fil-kalkolu jitqiesu l-emissjonijiet netti ta’ P. Il-P li jkun jinsab b’mod naturali fil-materja prima tal-injam u fl-ilma jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet totali ta’ P. Għandu jiġi aċċettat tnaqqis sa 0,010 kg/ADt.
(7) Il-valur ogħla jirreferi għall-fabbriki li jużaw l-ewkaliptu u l-ispeċijiet tal-arżnu tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti minn reġjuni b’livelli ogħla ta’ fosfru u japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026. Mill-1 ta’ Jannar 2027, il-limitu ta’ 0,03 kg P/ADt għandu japplika wkoll għall-fabbriki li jużaw l-ewkaliptu u l-ispeċijiet tal-arżnu tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti minn reġjuni b’livelli ogħla ta’ fosfru.
(8) Għall-fabbriki mhux integrati, il-polpa/i tal-materja prima jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandhom jiżdiedu l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ konverżjoni.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, C/2018/8588 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).
(11) Il-polpa/i tal-materja prima għall-fabbriki mhux integrati jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandhom jiżdiedu l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ konverżjoni.
(12) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(13) għall-fabbriki mhux integrati, il-polpa/i tal-materja prima jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri elenkati għall-fabbriki integrati, li magħhom għandha tiżdied l-enerġija użata matul il-proċess ta’ konverżjoni.
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, PE/62/2017/REV/1 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(16) Programm Organiku Nazzjonali, Regola mis-Servizz tal-Kummerċjalizzazzjoni Agrikola fil-21 ta’ Diċembru 2000, 65 FR 80547.
(17) F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Qafas ta’ Politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022DC0682&qid=1680246180511.
(18) L-aħħar metodoloġiji huma l-qafas żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, imsejjaħ il-“Metodu LCA għall-plastik” disponibbli fuq https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC125046 jew ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn” disponibbli fuq https://research-and-innovation.ec.europa.eu/system/files/2022-12/Commission%20recommendation%20-%20establishing%20a%20European%20assessment%20framework%20for%20safe%20and%20sustainable%20by%20design.PDF.
(19) F’konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà relatati mat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista ta’ materja prima b’bażi bijoloġika skont ir-rieżami tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED III). L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti uffiċjalment mill-Kummissjoni Ewropea huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/energy/topics/renewable-energy/biofuels/voluntary-schemes_en.
(20) Il-metodoloġija attwalment disponibbli kif spjegat qabel.
(21) Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat tal-Ministri, ir-Riżoluzzjoni AP(89)1 dwar l-użu tal-koloranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel. Disponibbli hawn: https://rm.coe.int/16804f8648.
(22) https://www.bfr.bund.de/cm/349/IX-Colorants-for-Plastics-and-other-Polymers-Used-in-Commodities.pdf.
(23) https://www.blv.admin.ch/dam/blv/fr/dokumente/lebensmittel-und-ernaehrung/rechts-und-vollzugsgrundlagen/lebensmittelrecht2017/anhang2-verordnung-materialien-kontakt-lm-gg.pdf.download.pdf/Annexe_2.pdf.
(24) https://www.blv.admin.ch/dam/blv/en/dokumente/lebensmittel-und-ernaehrung/rechts-und-vollzugsgrundlagen/lebensmittelrecht2017/anhang10-verordnung-materialien-kontakt-lm-gg.pdf.download.pdf/Annex-10-ordinance-fdha-materials-and-articles-intended-to-come-into-contact-with-food-stuffs.pdf.
(25) https://www.dssmith.com/contentassets/1bbf9877253f458aa0eed26b76f2d705/360-english.pdf.
(26) Il-panty liners maħsuba biex jipproteġu l-ilbies ta’ taħt tan-nisa (panty liners ħfief) huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti.
(27) ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta’ sostenn.
(28) Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (Pilastru 2), https://www.unglobalcompact.org/what-is-gc/participants/141550.
(29) Prinċipji Gwida għan-Negozju u Drittijiet tal-Bniedem, https://www.unglobalcompact.org/library/2.
(30) Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, https://www.oecd.org/daf/inv/mne/48004323.pdf.
(31) Social Accountability International, “Social Accountability 8000 International Standard”, http://www.sa-intl.org.
(32) Jekk jogħġbok, irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.
(33) Jekk jogħġbok, irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.
ANNESS II
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati lejn l-aqwa tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw fis-suq, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffokaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika
Sabiex prodott speċifiku jingħata Ekotikketta tal-UE, il-prodott għandu jikkonforma ma’ kull rekwiżit. L-applikant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li tiddikjara li l-kriterji kollha huma ssodisfati.
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, kif xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.
Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Tibdiliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni fir-rigward tal-prodotti li tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa kull rekwiżit legali rispettiv tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta flimkien mal-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-prodott, flimkien mal-piż tal-unitajiet tal-prodott individwali u l-piż totali tal-prodott; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-imballaġġ għall-bejgħ, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-imballaġġ raggruppat, flimkien mal-piż totali tiegħu, jekk applikabbli; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-komponenti separati, flimkien mal-piż individwali tagħhom; |
|
(e) |
il-komponenti, il-materjali u s-sustanzi kollha użati fil-prodott bil-piżijiet rispettivi tagħhom u, meta applikabbli, in-numri tas-CAS rispettivi tagħhom. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“addittivi” tfisser sustanzi miżjuda ma’ komponenti, materjali jew il-prodott finali sabiex jittejbu jew jiġu ppreservati xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu; |
|
(2) |
“imballaġġ kompożitu” tfisser unità ta’ imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda; |
|
(3) |
“imballaġġ raggruppat”, magħruf ukoll bħala imballaġġ sekondarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi raggruppament ta’ ċertu għadd ta’ unitajiet ta’ bejgħ fil-punt tal-bejgħ irrispettivament minn jekk dan tal-aħħar jinbiegħx bħala tali lill-utent finali jew iservi biss bħala mezz biex jerġgħu jimtlew l-ixkafef fil-punt tal-bejgħ jew joħloq unità għaż-żamma tal-istokk jew għad-distribuzzjoni, u li jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tiegħu; |
|
(4) |
“impuritajiet” tfisser residwi, sustanzi niġġiesa, kontaminanti, eċċ. mill-produzzjoni, inkluż il-produzzjoni ta’ materja prima li tibqa’ fil-materja prima/fl-ingredjent u/jew fil-prodott kimiku (użati fil-prodott finali u fi kwalunkwe komponent fih) f’konċentrazzjonijiet ta’ anqas minn 100 ppm (0,0100 % w/w, 100 mg/kg); |
|
(5) |
“sustanza mdaħħla” tfisser is-sustanzi kollha inklużi fil-prodott kimiku (użati fil-prodott finali u fi kwalunkwe komponent fih), inkluż l-addittivi (eż. preservattivi u stabbilizzaturi) fil-materja prima. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati minn sustanzi mdaħħla f’kundizzjonijiet ta’ manifattura stabbilizzati (eż. formaldeid u arilammina) jitqiesu wkoll bħala sustanzi mdaħħla; |
|
(6) |
“imballaġġ” tfisser oġġetti ta’ kwalunkwe materjal li huma maħsuba biex jintużaw għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-immaniġġar, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti u li jistgħu jiġu differenzjati f’formati ta’ imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tagħhom, inklużi:
|
|
(7) |
“materjali tal-plastik”’, li jissejħu wkoll “plastiks”, tfisser polimeri skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistgħu jkunu żdidulu addittivi jew sustanzi oħra, u li għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw bħala komponenti strutturali ewlenin tal-prodotti finali u/jew tal-imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament; |
|
(8) |
“polimeru” tfisser sustanza li tikkonsisti f’molekuli kkaratterizzati mis-sekwenza ta’ tip wieħed jew aktar ta’ unitajiet monomeriċi. Tali molekuli jrid ikollhom firxa ta’ piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari tkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fl-għadd ta’ unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej: (a) maġġoranza ta’ piż sempliċi ta’ molekuli li jkun fih tal-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b’mod kovalenti ma’ tal-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra; (b) anqas minn maġġoranza sempliċi ta’ piż ta’ molekuli tal-istess piż molekulari. Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni, “unità monomerika” tfisser il-forma li ġiet soġġetta għal reazzjoni ta’ sustanza monomerika f’polimeru, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006; |
|
(9) |
“riċiklabbiltà” tfisser l-ammont (massa jew perċentwal) ta’ oġġett disponibbli għar-riċiklaġġ; |
|
(10) |
“kontenut riċiklat” tfisser l-ammont ta’ oġġett (skont l-erja, it-tul, il-volum jew il-massa) miksub minn materjal riċiklat wara l-konsum u/jew qabel il-konsum. F’dan il-każ, l-oġġett jista’ jirreferi għall-prodott jew għall-imballaġġ; |
|
(11) |
“riċiklaġġ” tfisser, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għal finijiet oriġinali kif ukoll għal finijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid; |
|
(12) |
“imballaġġ għall-bejgħ”, magħruf ukoll bħala imballaġġ primarju, tfisser imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità tal-bejgħ li tikkonsisti minn prodotti u imballaġġ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-punt tal-bejgħ; |
|
(13) |
“komponent separat”, magħruf ukoll bħala komponent addizzjonali, tfisser komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ. Fil-każ ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw, huwa kwalunkwe komponent (b’funzjoni protettiva jew iġjenika) li jitneħħa qabel l-użu tal-prodott, eż. il-borża li normalment jinbiegħu biha t-tazzi mestruwali; |
|
(14) |
“sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali”, magħrufa wkoll bħala interferenti endokrinali, tfisser sustanzi li ġew identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent) f’konformità mal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni), jew ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008; |
|
(15) |
“polimeri sintetiċi” tfisser sustanzi makromolekulari għajr il-polpa taċ-ċelluloża miksuba intenzjonalment permezz ta’:
|
Kriterju 1. Emissjonijiet matul il-produzzjoni tal-materja prima
1.1. Emissjonijiet tat-trab u tal-kloruri fl-arja
(a) Emissjonijiet tat-trab
(i) Dan ir-rekwiżit japplika għas-siliċju biss.
Il-ħżin u l-immaniġġar tal-materja prima tas-siliċju elementali għandhom jużaw tal-anqas waħda mit-tekniki li ġejjin:
|
— |
Il-ħżin tas-siliċju elementali f’sajlos (wara t-tħin); |
|
— |
Il-ħżin tas-siliċju elementali f’żoni mgħottija protetti mix-xita u mir-riħ (wara t-tħin); |
|
— |
L-użu ta’ tagħmir iddisinjat b’kapep u b’kanali sabiex jinqabdu l-emissjonijiet tat-trab diffuż matul it-tagħbija tas-siliċju elementali fil-ħżin (wara t-tħin); |
|
— |
Iż-żamma tal-atmosfera tal-magna tat-tħin bi pressjoni kemxejn aktar baxxa mill-pressjoni atmosferika. |
(ii) Dan ir-rekwiżit japplika kemm għas-siliċju kif ukoll għal elastomeri oħra.
Il-medja annwali ta’ emissjonijiet inkanalati tat-trab għandha tkun anqas minn 5 mg/Nm3. L-emissjonijiet tat-trab għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa.
(b) Emissjonijiet tal-kloruri
(i) Dan ir-rekwiżit japplika għas-siliċju biss.
L-effluwenti gassużi mill-klorur tal-metil, mill-istadji tal-proċess tas-sinteżi diretta u mid-distillazzjoni għandhom jgħaddu minn ossidazzjoni termali segwita minn purifikazzjoni niedja. Il-ħruq tal-komposti klorurati għandu jiġi awtorizzat fil-proċess tal-ossidazzjoni termali.
(ii) Dan ir-rekwiżit japplika għall-elastomeri għajr is-siliċju.
L-emissjonijiet ta’ dibenżodiossini poliklorurati (PCDDs) u ta’ dibenżofurani poliklorurati (PCDF) għandhom ikunu anqas minn 0,01 ng ta’ TEQ/Nm3 (medja matul il-perjodu ta’ kampjunar). Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F għandu jsir kull sitt xhur.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-materja prima mal-kriterju 1.1. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni għandha turi konformità:
|
— |
mal-kriterju 1.1(a)(i), il-fornitur tas-siliċju għandu jindika liema teknika tintuża fuq il-post, billi jipprovdi stampi jew deskrizzjonijiet tekniċi, bħala data supplimentari; |
|
— |
mal-kriterju 1.1(a)(ii), il-fornitur tal-materja prima għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl tat-trab meħud fuq il-post, flimkien mal-medja annwali tal-emissjoni tat-trab. Il-metodi aċċettati huma EN 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3, EN 15267-4, EN 13284-1 u EN 13284-2. Għall-produzzjoni tas-siliċju, il-kejl għandu jkopri, bħala minimu, it-tħin, il-ħżin u l-immaniġġar tas-siliċju elementali; |
|
— |
mal-kriterju 1.1(b)(i), il-fornitur tas-siliċju għandu jipprovdi dettalji dwar l-ipproċessar tal-effluwenti gassużi mill-passi tal-klorur tal-metil, tas-sinteżi diretta u tad-distillazzjoni; |
|
— |
mal-kriterju 1.1(b)(ii), il-fornitur tal-materja prima għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F tal-gassijiet ittrattati. Il-metodi aċċettati huma EN 1948-1, EN 1948-2 u EN 1948-3. |
1.2 Emissjonijiet tar-ram u taż-żingu fl-ilma
Dan il-kriterju japplika għas-siliċju biss.
L-ilma mormi mill-istadju tal-produzzjoni tal-polidimetilsilossan (PDMS) għandu jiġi ttrattat minn qabel bi preċipitazzjoni jew bi flokkulazzjoni f’kundizzjonijiet alkalini, segwit minn sedimentazzjoni u filtrazzjoni. Dan għandu jinkludi:
|
(a) |
id-deidratazzjoni tal-ħama qabel ir-rimi; u |
|
(b) |
l-irkupru tar-residwi solidi tal-metall fl-impjanti tal-irkupru tal-metall. |
Il-konċentrazzjoni ta’ ram fl-effluwent ittrattat għandha tkun anqas minn 0,5 mg/l, filwaqt li l-konċentrazzjoni ta’ żingu għandha tkun anqas minn 2 mg/l.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tas-siliċju mal-kriterju 1.2, flimkien ma’ prova li l-impjant għandu sistema stabbilita tal-ilma mormi li tikkonsisti f’pass ta’ preċipitazzjoni/flokkulazzjoni segwit minn pass ta’ sedimentazzjoni. Barra minn hekk, il-fornitur tas-siliċju għandu jipprovdi r-riżultati tal-kejl għar-ram u għaż-żingu fl-effluwent ittrattat.
1.3. Emissjonijiet tas-CO2
Dan il-kriterju japplika għas-siliċju biss.
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tas-siliċju ma għandhomx jaqbżu is-6,58 kg għal kull kg ta’ siliċju, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll barra mis-sit). L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jinkludu s-sorsi kollha ta’ enerġija mhux rinnovabbli użati matul il-produzzjoni tas-siliċju. Għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi tal-enerġija għandhom jintużaw il-valuri tal-emissjonijiet ta’ referenza mogħtija fit-Tabella 1. Jekk ikun meħtieġ, il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għal sorsi oħra tal-enerġija jistgħu jinstabu fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/2066, filwaqt li l-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku mill-grilja jenħtieġ li jkunu konformi mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.
Tabella 1
Il-valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 minn sorsi differenti tal-enerġija
|
Fjuwil |
Emissjonijiet tas-CO2 |
Unità |
Referenza |
|
Faħam |
94,6 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt grezz |
73,3 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt fjuwil 1 |
74,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Żejt fjuwil 2-5 |
77,4 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
LPG |
63,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Gass Naturali |
56,1 |
g ta’ fossili ta’ CO2/MJ |
Ir-Regolament (UE) 2018/2066 |
|
Elettriku mill-Grilja |
376 |
g ta’ fossili ta’ CO2/kWh |
Ir-Regolament (UE) 2019/331 |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi data u kalkoli dettaljati għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tas-siliċju.
Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tinkludi s-sorsi kollha tal-enerġija użati matul il-produzzjoni tal-materja prima, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll mhux fuq il-post).
Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mixtrija u użati għall-proċessi ta’ produzzjoni għandu jgħodd bħala emissjoni żero tas-CO2. Għall-kombustjoni tal-bijomassa, dan ifisser li l-bijomassa jeħtieġ li tissodisfa l-kriterji rilevanti dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif speċifikat fid-Direttiva (UE) 2018/2001. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija tassew tintuża fl-impjant jew inxtrat esternament (kopja tal-kuntratt u fattura li tindika s-sehem rinnovabbli tal-elettriku mixtri).
Il-perjodu għall-kalkoli u/jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Il-kalkoli għandhom jiġu ripetuti fuq bażi annwali. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq tal-anqas 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.
Għall-elettriku mill-grilja, għandu jintuża l-valur ipprovdut hawn fuq (il-medja Ewropea) sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur speċifiku għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (kuntratt għal elettriku speċifikat jew elettriku ċċertifikat). F’dan il-każ, l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur ikkwotat. Id-dokumentazzjoni użata bħala prova ta’ konformità għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi li jindikaw il-valur medju (eż. kopja ta’ kuntratt).
Kriterju 2. Ġestjoni ambjentali tal-produzzjoni
L-impjanti kollha li jipproduċu materja prima (siliċju jew elastomeri oħra) jew il-prodotti finali għandu jkollhom sistemi għall-implimentazzjoni ta’:
|
(a) |
iffrankar tal-ilma. Is-sistema tal-ġestjoni tal-ilma għandha tkun iddokumentata jew spjegata u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: il-monitoraġġ tal-flussi tal-ilma; prova tal-ilma li jiċċirkola f’sistemi magħluqa; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-ilma mormi u r-rati ta’ ottimizzazzjoni (jekk rilevanti, jiġifieri jekk jintuża l-ilma fl-impjant); |
|
(b) |
il-ġestjoni integrata tal-iskart, fil-forma ta’ pjan biex jiġu prijoritizzati l-għażliet ta’ trattament għajr ir-rimi għall-iskart kollu ġġenerat fil-faċilitajiet tal-manifattura u biex tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ, tal-irkupru u tar-rimi finali tal-iskart. Is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart għandha tkun iddokumentata jew spjegata u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: is-separazzjoni ta’ frazzjonijiet differenti tal-iskart; it-trattament, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart mhux perikoluż; l-irkupru ta’ materjali għal użi oħra; it-trattament, il-ġbir, is-separazzjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż, kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji lokali u nazzjonali rilevanti; u objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mal-prevenzjoni tal-iskart, mal-użu mill-ġdid, mar-riċiklaġġ u mal-irkupru ta’ frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu pprevenuti (inkluż l-irkupru tal-enerġija); |
|
(c) |
l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tindirizza l-apparati kollha li jikkunsmaw l-enerġija, inklużi l-makkinarju, id-dawl, il-kundizzjonar tal-arja u t-tkessiħ. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tinkludi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-anqas l-aspetti li ġejjin: l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġbir tad-data dwar l-enerġija sabiex jiġu identifikati ċ-ċifri ewlenin dwar l-enerġija; analiżi tal-konsum tal-enerġija li tinkludi lista ta’ sistemi, proċessi u faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija; l-identifikazzjoni ta’ miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija; objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju (1) mill-produttur tal-materja prima (siliċju jew elastomeri oħra) u (2) mill-manifattur ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata minn rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri adottati mill-fornituri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għal kull wieħed mis-siti kkonċernati f’konformità mal-istandards, bħall-ISO 14001 u/jew l-ISO 50001 għall-pjanijiet dwar l-ilma, l-iskart u l-enerġija.
Meta l-ġestjoni tal-iskart tiġi esternalizzata, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju wkoll.
L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE u/jew iċċertifikati skont l-ISO 14001, l-ISO 50001, l-EN 16247 jew standard/skema ekwivalenti għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw dawn ir-rekwiżiti jekk:
|
(a) |
l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni tkun dokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tal-kumpanija; jew |
|
(b) |
l-inklużjoni ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija għas-sit(i) tal-produzzjoni tkun indirizzata biżżejjed mill-ISO 14001, mill-ISO 50001, mill-EN 16247 jew minn standard/skema ekwivalenti. |
Kriterju 3. L-effiċjenza tal-materjali fil-manifattura tal-prodott finali
Ir-rekwiżiti f’dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-manifattura tal-prodott finali.
Il-kwantità ta’ skart iġġenerat matul il-manifattura u l-imballaġġ tal-prodotti finali li jintbagħat fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija, ma għandhiex taqbeż l-4 % skont il-piż tal-prodotti finali.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jikkonferma l-konformità mar-rekwiżit ta’ hawn fuq.
L-applikant għandu jipprovdi evidenza tal-kwantità tal-iskart li ma reġax intuża fil-proċess tal-manifattura jew li ma ġiex ikkonvertit f’materjali u/jew f’enerġija.
L-applikant għandu jippreżenta dan kollu li ġej:
|
(a) |
il-piż tal-prodott u tal-imballaġġ, |
|
(b) |
il-flussi kollha tal-iskart iġġenerati fil-manifattura, u |
|
(c) |
l-ipproċessar tat-trattament rispettiv tal-frazzjoni tal-iskart irkuprat u dak mormi fil-landfill jew mibgħut għall-inċinerazzjoni. |
Il-kwantità ta’ skart mibgħut fil-landfills jew għall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ skart prodott u l-ammont ta’ skart irkuprat (użat mill-ġdid, riċiklat, eċċ.).
Kriterju 4. Sustanzi esklużi u ristretti
4.1. Restrizzjonijiet fuq sustanzi klassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.
Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 4, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li huma assenjati kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, mill-kategoriji u mill-kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ddikjarati fit-Tabella 2, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Tabella 2
Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu esklużi
|
Karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni |
|
|
Kategoriji 1 A u 1B |
Kategorija 2 |
|
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
|
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
|
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
- |
|
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
|
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
|
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf |
H362 Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
|
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
|
Tossiċità akuta |
|
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategorija 3 |
|
H300 Fatali jekk jinbela’ |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
|
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
H311 Tossiku meta jmiss mal-ġilda |
|
H330 Fatali jekk jinxtamm |
H331 Tossiku jekk jinxtamm |
|
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn |
|
Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira |
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
|
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
|
H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
|
Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda |
|
|
Kategorija 1 A |
Kategorija 1B |
|
H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H317 Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
|
H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm |
H334 Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm |
|
Interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent |
|
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
|
EUH380: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin |
EUH381: Suspettat li jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fil-bnedmin |
|
EUH430: Jista’ jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent |
EUH431: Suspettat li jikkawża tfixkil fis-sistema endokrinali fl-ambjent |
|
Persistenti, Bijoakkumulattiv u Tossiku |
|
|
PBT |
vPvB |
|
EUH440: Jakkumula fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin |
EUH441: Jakkumula ħafna fl-ambjent u f’organiżmi ħajjin inkluż fil-bnedmin |
|
Persistenti, Mobbli u Tossika |
|
|
PMT |
vPvM |
|
EUH450: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża tar-riżorsi tal-ilma |
EUH451: Jista’ jikkawża kontaminazzjoni dejjiema u diffuża ħafna tar-riżorsa tal-ilma |
Barra minn hekk, il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) li huma assenjati lil kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fit-Tabella 3, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 – sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 4.
Tabella 3
Klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu ristretti
|
Perikoluż għall-ambjent akkwatiku |
|
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategoriji 3 u 4 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara dejjiema lill-organiżmi akwatiċi |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema |
|
|
Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
|
|
H420 Jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent għax jeqred l-ożonu fl-atmosfera ta’ fuq |
|
Tabella 4
Derogi għal restrizzjonijiet fuq sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
|
Tip ta’ sustanza |
Klassi ta’ periklu, kategorija u kodiċi tad-dikjarazzjoni ta’ periklu b’deroga |
Kundizzjonijiet tad-deroga |
|
Sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata bħala H304 |
H304 |
Sustanzi b’viskożità ta’ anqas minn 20,5 cSt f’temperatura ta’ 40 °C. |
|
Diossidu tat-titanju (nanoforma) |
H351 |
Meta jintuża bħala pigment biss. Ma jistax jintuża f’forma ta’ trab jew sprej |
Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.
L-użu ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament matul il-proċess ta’ produzzjoni, sabiex ma jibqa’ japplika l-ebda periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet ikklassifikata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Dan il-kriterju ma għandux japplika għal:
|
— |
sustanzi mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament; |
|
— |
sustanzi koperti bl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta’ sustanzi inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament mill-obbligi tar-reġistrazzjoni, tal-utenti downstream u tar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju 4.1, flimkien mad-dikjarazzjonijiet rilevanti mill-produtturi tal-komponenti, lista tas-sustanzi kimiċi kollha użati, l-iskeda tad-data tas-sikurezza tagħhom jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi u kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti li turi l-konformità mar-rekwiżit.
Għal sustanzi ristretti u impuritajiet inevitabbli bi klassifikazzjoni ristretta, għandha tintuża l-konċentrazzjoni tas-sustanza jew tal-impurità ristretta u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 % biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tal-impurità ristretta li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ristretta.
Għas-sustanzi eżentati mis-subkriterju 4.1 (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), dikjarazzjoni għal dan il-għan mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed biex tintwera l-konformità.
Peress li diversi prodotti jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi tal-proċess jistgħu jkunu koperti minn liċenzja waħda tal-Ekotikketta tal-UE, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss għal kull impurità għall-prodott jew il-komponent tal-agħar xenarju kopert mil-liċenzja (eż. l-aktar oġġett tal-komponent stampat b’mod qawwi meta jsir skrinjar għal-linka bi klassifikazzjonijiet ristretti).
L-evidenza ta’ hawn fuq tista’ tingħata wkoll direttament lil korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-prodott tal-applikant.
4.2. Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)
Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.
Il-prodott finali u kwalunkwe komponent fih ma għandux ikun fihom sustanzi mdaħħla (waħedhom jew f’taħlitiet) li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista tal-kandidati għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-prodott finali u l-komponenti fih ma fihom l-ebda SVHC. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi tad-data tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha fornuti li jintużaw biex jiġi mmanifatturat il-prodott finali u l-komponenti fih.
Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista ta’ kandidati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinkiseb minn hawn:
https://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.
Għandha ssir referenza għal-lista fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.
Għall-impuritajiet inevitabbli identifikati bħala SVHCs, għandhom jintużaw il-konċentrazzjoni tal-impurità u fattur ta’ kapaċità preżunt ta’ 100 %, biex tiġi stmata l-kwantità tal-impurità tal-SVHC li jifdal fil-prodott finali. L-impuritajiet jistgħu jkunu preżenti fil-prodott kimiku sa 0,0100 % w/w. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
Għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % (eż. evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ impurità ta’ SVHC.
4.3. Restrizzjonijiet speċifiċi oħra
4.3.1. Sustanzi esklużi speċifikati
Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda (waħedhom jew f’taħlitiet) mal-prodott kimiku użat fil-prodott finali u lanqas fi kwalunkwe komponent fih:
|
(a) |
5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (CMIT); |
|
(b) |
Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol [1]; |
|
(c) |
Aġenti antibatteriċi (eż. nanofidda u triclosan); |
|
(d) |
Formaldeid u rilaxxaturi tal-formaldeid; |
|
(e) |
Metiliżotijażolinon (MIT) |
|
(f) |
Nitromiski u Miski poliċikliċi; |
|
(g) |
Il-komposti tal-organotin użati bħala katalizzatur fil-produzzjoni tas-siliċju; |
|
(h) |
Parabeni; |
|
(i) |
Ftalati; |
|
(j) |
Sustanzi identifikati li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali; |
|
(k) |
Sustanzi meqjusa bħala interferenti endokrinali potenzjali fil-kategorija 1 jew 2 fuq il-lista ta’ prijorità tal-UE ta’ sustanzi li għandhom jiġu investigati ulterjorment għal effetti ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti. Is-sustanzi elenkati f’dan is-subkriterju huma permessi biss bħala impuritajiet, u madankollu f’konċentrazzjonijiet anqas minn 0,0100 % w/w fil-prodott kimiku. Is-sustanzi magħrufa li jiġu rilaxxati jew li jiddegradaw mis-sustanzi mdaħħla jitqiesu bħala sustanzi mdaħħla u mhux impuritajiet.
[Nota:
|
[1] |
Isem is-sustanza = “Alkilfenol”, taħt: https://echa.europa.eu/es/advanced-search-for-chemicals] |
4.3.2. Fwejjaħ
Dan il-kriterju japplika għall-prodott finali, għal kwalunkwe komponent fih, għall-komponenti separati u għall-imballaġġ.
Mal-prodott finali ma għandhomx jiżdiedu fwejjaħ, la ma’ kwalunkwe komponent fih, la mal-komponenti separati, u lanqas mal-imballaġġ.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju.
4.3.3 Linka u koloranti
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-komponenti separati, għall-imballaġġ għall-bejgħ u għall-iskedi ta’ informazzjoni.
Il-koloranti li jagħtu l-kulur u l-linka użati fit-tazza mestruwali li tista’ terġa’ tintuża ma għandhomx jaqbżu t-2 % tal-piż totali tat-tazza.
Il-kontenut ta’ antimonju, arseniku, barju, kadmju, kromu, ċomb, merkurju, selenju, amini aromatiċi primarji u poliklorobifenil li jinstabu bħala impurità fil-koloranti li jagħtu l-kulur u fil-linka għandhom ikunu taħt il-limiti mogħtija fir-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu ta’ kuluranti fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel (1).
Barra minn hekk, il-koloranti li jagħtu l-kulur għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities (2) jew l-Anness 2 (3) u l-Anness 10 (4) tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21.
Il-koloranti u l-linka użati għandhom jikkonformaw ukoll mas-subkriterji 4.1 u 4.2.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata minn dikjarazzjonijiet minn fornituri, jekk rilevanti, kif ukoll dokumentazzjoni biex jiġi żgurat li l-impuritajiet fil-kolorant li jagħti l-kulur jew fil-linka jikkonformaw mar-Riżoluzzjoni AP (89) 1 tal-Kunsill tal-Ewropa, u li l-koloranti u l-linka użati huma awtorizzati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-BfR IX. Colorants for Plastics and other Polymers Used in Commodities, l-Anness 2 u l-Anness 10 tal-Ordinanza Żvizzera 817.023.21, jew ir-rakkomandazzjoni tal-BfR XXXVI. Paper and board for food contact.
4.3.4. Ċiklosilossani
Dan is-subkriterju japplika għall-prodott finali u għal kwalunkwe komponent fih.
Iċ-ċiklotetrasilossan tal-ottametil D4 (CAS 556-67-2), iċ-ċiklopentasilossan tad-dekametil D5 (CAS 541-02-6) u ċ-ċikloeżasilossan tad-dodekametil D6 (CAS 540-97-6) ma għandhomx ikunu preżenti fil-materja prima tas-siliċju f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 100 ppm (0,0100 % w/w). Il-limitu ta’ 100 ppm għandu jiġi applikat għal kull sustanza separatament.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta’ konformità mas-subkriterju ta’ hawn fuq, appoġġata b’dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun rilevanti.
Kriterju 5. Imballaġġ
Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bejgħ u għall-imballaġġ raggruppat.
L-imballaġġ raggruppat għandu jiġi evitat jew ikun magħmul biss minn kartun u/jew karta.
(a) Kartun u/jew karta użati għall-imballaġġ
L-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 40 % materjal riċiklat.
L-imballaġġ raggruppat magħmul mill-kartun u/jew mill-karta għandu jkun fih minimu ta’ 80 % materjal riċiklat.
Is-sehem li jifdal (mill-100 % tnaqqas il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi bħall-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija għandhom jiġu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
(b) Plastik użat għall-imballaġġ
|
— |
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 20 % materjal riċiklat. |
|
— |
Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul mill-plastik għandu jkun fih minimu ta’ 35 % materjal riċiklat. |
(c) Riċiklabbiltà
Il-kontenut tal-imballaġġ għall-bejgħ (jew tal-kartun u/jew tal-karta jew tal-plastik) u l-imballaġġ raggruppat (tal-kartun u/jew tal-karta) li huwa disponibbli għar-riċiklaġġ għandu jkun minimu ta’ 95 % skont il-piż, filwaqt li 5 % tar-residwi għandhom ikunu kompatibbli mar-riċiklaġġ.
(d) Rekwiżiti addizzjonali
|
— |
L-użu ta’ imballaġġ kompożitu (għall-bejgħ u raggruppat), plastik imħallat jew il-kisi tal-kartun u/jew karta bi plastik jew metalli mhuwiex permess. |
|
— |
Il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ għandhom jiġu iddikjarati fuq l-imballaġġ għall-bejgħ. |
(e) Komponent separat: borża
It-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw għandhom jinbiegħu b’borża li tista’ terġa’ tintuża magħmula minn 100 % fibri sostenibbli ċċertifikati.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant, meta rilevanti, għandu jissottometti (1) dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tispeċifika l-perċentwali ta’ kontenut riċiklat fl-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ; (2) dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ u (3) ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ fejn l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ raggruppat u għall-bejgħ tidher b’mod ċar.
Il-korpi kompetenti għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-perċentwali tal-kontenut riċiklat tal-plastik għall-imballaġġ għall-bejgħ għal darb’oħra wara l-1 ta’ Jannar 2027.
L-applikant għandu jipprovdi dokumenti tal-kontabbiltà awditjati li juru li s-sehem li jifdal (mill-100 % tnaqqas il-perċentwal tal-kontenut riċiklat) tal-kartun u/jew tal-karta użati għall-bejgħ u l-imballaġġ raggruppat huma ddefiniti bħala materjal iċċertifikat skont skemi validi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti. Id-dokumenti tal-kontabbiltà awditjati għandhom ikunu validi għad-durata kollha tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korpi kompetenti għandhom jerġgħu jivverifikaw id-dokumenti tal-kontabbiltà 12-il xahar wara l-għoti tal-liċenzja.
Il-kontenut riċiklat għandu jiġi vverifikat billi jkun hemm konformità mal-EN 45557 jew mal-ISO 14021 filwaqt li r-riċiklabbiltà għandha tiġi vverifikata billi jkun hemm konformità mal-EN 13430 jew mal-ISO 18604.
Il-kontenut riċiklat tal-plastik fl-imballaġġ għandu jikkonforma mal-istandards tal-katina tal-kustodja bħall-ISO 22095 jew l-EN 15343. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza, u għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet dettaljati li juru l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatata. Għandhom jiġu pprovduti fatturi li juru x-xiri tal-materjal riċiklat.
Barra minn hekk, ir-riċiklabbiltà (id-disponibbiltà u l-kompatibbiltà għar-riċiklaġġ) tal-imballaġġ għandha tiġi ttestjata permezz ta’ protokolli standard tal-ittestjar. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u/jew tal-karta għandha tiġi vvalutata permezz ta’ ttestjar tar-repolpabbiltà u f’dan il-każ, l-applikant għandu juri r-repulpabbiltà tal-imballaġġ tal-kartun u tal-karta appoġġata mir-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test(ijiet) skont il-metodu tal-PTS PTS-RH 021, is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. L-iskemi ta’ segregazzjoni jew l-iskemi ta’ taħlit ikkontrollati bħal RecyClass għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta’ partijiet terzi għall-imballaġġ tal-plastik. Jistgħu jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar ekwivalenti jekk jitqiesu ekwivalenti minn parti terza.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità appoġġata minn ċertifikat tal-katina tal-kustodja validu u ċċertifikat indipendentement għall-borża li tista’ terġa’ tintuża. L-FSC, il-PEFC, l-OEKO-TEX, il-GOTS jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza.
Kriterju 6. Gwida dwar ir-rimi tal-prodott u tal-imballaġġ
L-imballaġġ għall-bejgħ għandu jkun fih gwida dwar ir-rimi tal-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u għar-rimi tal-prodott użat. L-informazzjoni li ġejja għandha tinkiteb jew tiġi indikata permezz ta’ simboli viżwali fuq l-imballaġġ għall-bejgħ:
|
(a) |
li l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u t-tazza ma għandhomx jintremew fit-toilets, u |
|
(b) |
kif għandhom jintremew b’mod korrett l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ raggruppat (jekk ikun hemm), il-komponenti separati u t-tazza fi tmiem ħajjitha. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ, li fih l-informazzjoni dwar ir-rimi tidher b’mod ċar.
Kriterju 7. Informazzjoni dwar l-użu tal-prodott
Il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn struzzjoni għall-użu tiegħu. Il-manifattur għandu jiżgura li l-utent jirċievi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
Kif għandu jagħżel id-daqs it-tajjeb tat-tazza. Tali informazzjoni għandha titqiegħed fejn tkun tista’ tiġi aċċessata mill-utent qabel ix-xiri (eż. fuq l-imballaġġ primarju). |
|
(b) |
Kif għandu jilbes it-tazza b’mod korrett biex jevita tnixxija u/jew skumdità. |
|
(c) |
It-tul ta’ ħin kemm għandha tintlibes it-tazza qabel ma titbattal. Informazzjoni dwar l-itwal ħin li tista’ tintlibes għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod viżibbli, eż. permezz ta’ logo jew b’karattri grassi, u għandha titqiegħed kemm fuq l-imballaġġ kif ukoll fuq l-istruzzjonijiet għall-użu. |
|
(d) |
Kif għandha titnaddaf it-tazza qabel u wara l-użu matul l-istess perjodu mestruwali, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn, il-ħtieġa ta’ togħlija (iva/le, u jekk iva għal kemm ħin), l-ilma (sħun/kiesaħ), is-sapun (iva/le, u jekk iva kemm) u t-tul tat-tindif. Din l-informazzjoni għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet. |
|
(e) |
Kif għandha titnaddaf u tinħażen it-tazza bejn il-perjodi mestruwali, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn, l-importanza tat-togħlija (u informazzjoni dwar it-tul ta’ ħin), l-ilma (sħun/kiesaħ), is-sapun (iva/le, u jekk iva kemm) u t-tul tat-tindif. Din l-informazzjoni għandha tkun appoġġata minn studji ta’ testijiet. |
|
(f) |
Għal kemm tul ta’ żmien tista’ tintuża t-tazza (it-tul tal-ħajja tat-tazza). Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li l-iskulurazzjoni eventwali tat-tazza ma għandha l-ebda influwenza fuq it-tul ta’ ħajja u l-funzjoni tagħha. |
|
(g) |
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-riskju tal-iżvilupp tas-sindromu tax-xokk tossiku. |
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-iskeda/fuljett ta’ informazzjoni u, jekk rilevanti, l-imballaġġ mibjugħ mat-tazza li juri l-informazzjoni għall-utent. L-applikant għandu jipprovdi wkoll testijiet/studji rilevanti, eż. valutazzjonijiet tar-riskju bijoloġiku jew studji tat-tossikoloġija, li jappoġġaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq.
Kriterju 8. Idoneità għall-użu u kwalità tal-prodott
L-effettività/il-kwalità tal-prodott finali għandha tkun sodisfaċenti u tal-anqas ekwivalenti għal dik ta’ prodotti li diġà jinsabu fis-suq.
L-idoneità għall-użu għandha tiġi ttestjata fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-parametri rrapportati fit-Tabella 5. Meta jkunu ġew identifikati, il-livelli limitu tal-prestazzjoni għandhom jitqabblu.
L-idoneità għall-użu għandha tiġi ttestjata b’rabta mat-testijiet tekniċi msemmija għall-bijokompatibbiltà tal-materjali użati għall-manifattura ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw. It-test tal-bijokompatibbiltà għandu jipprovdi l-evalwazzjoni bijoloġika taċ-ċitotossiċità, tal-piroġeniċità, tas-sensitizzazzjoni, tal-irritazzjoni tal-ġilda u tal-impjantazzjoni (90 jum).
Tabella 5
Karatteristiċi u parametri li jiddeskrivu l-idoneità għall-użu tal-prodott li għandu jiġi ttestjat
|
Karatteristika |
Il-prattika tal-ittestjar meħtieġa (il-limitu tal-prestazzjoni) |
|
|
Testijiet waqt l-użu |
U1. Protezzjoni minn tnixxija |
Test tal-konsumatur (80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti) |
|
U2. Tajbin u komdi |
||
|
U3. Prestazzjoni ġenerali |
||
|
Testijiet tekniċi |
T1. Bijokompatibbiltà |
L-ebda effett bijoloġiku rilevanti fl-istudji mwettqa għaċ-ċitotossiċità, għall-piroġeniċità, għas-sensitizzazzjoni, għall-irritazzjoni tal-ġilda u għall-impjantazzjoni (90 jum) kif indikat mill-ISO 10993. Inkella, tista’ tiġi rrapportata l-konformità mal-istandard tal-Klassi VI tal-USP (tossiċità sistemika akuta, tossiċità intrakutanja u test tal-impjantazzjoni). |
Valutazzjoni u verifika:
Għandu jiġi pprovdut rapport tat-test li jiddeskrivi l-metodi ta’ ttestjar, ir-riżultati tat-testijiet u d-data użata. It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji ċċertifikati biex jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità.
Għandhom jitwettqu testijiet waqt l-użu għall-prodotti speċifiċi li għalihom issir l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE. Madankollu, jekk jintwera li l-prodotti għandhom l-istess prestazzjoni, ikun biżżejjed li jiġi ttestjat daqs wieħed biss jew taħlita rappreżentattiva ta’ qisien għal kull disinn tal-prodott.
Għandhom jitwettqu testijiet tekniċi għall-materjal(i) użat(i) għall-manifattura ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw li għalihom issir l-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Jekk ikun jista’ jintwera li diversi mudelli ta’ tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw jiġu mmanifatturati bl-istess materjal, jista’ jkun biżżejjed li dak il-materjal jiġi ttestjat darba biss. It-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw mhumiex mitluba li jgħaddu minn testijiet tekniċi; il-materjali użati fil-produzzjoni tat-tazzi biss (dan jinkludi siliċju, elastomeri tas-siliċju retikolati, elastomeri oħra, koloranti użati u kwalunkwe materjal ieħor).
Għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward il-kampjunar, it-trasport u l-ħżin tal-materjali u tal-prodotti biex jiġu ggarantiti riżultati riproduċibbli. Huwa rrakkomandat li l-prodotti ma jinsatrux jew ma jerġgħux jiġu ppakkjati f’imballaġġ newtrali minħabba r-riskju li tinbidel il-prestazzjoni tal-prodotti u/jew tal-imballaġġ, sakemm ma jkunx jista’ jiġi eskluż il-bdil.
Informazzjoni dwar l-ittestjar għandha tkun disponibbli għall-korpi kompetenti b’tali mod li tkun rispettata l-kwistjoni tal-kunfidenzjalità. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu spjegati ċar u tond u jitniżżlu bil-lingwa, bl-unitajiet u bis-simboli li jista’ jifhem l-utent tad-data. L-elementi li ġejjin għandhom jiġu speċifikati: il-post u d-data tat-testijiet; il-kriterji użati biex jintgħażlu l-majterjali ttestjati u r-rappreżentattività tagħhom; il-karatteristiċi magħżula tal-ittestjar u, jekk applikabbli, ir-raġunijiet għaliex xi wħud ma ġewx inklużi; il-metodi ta’ ttestjar użati u l-limitazzjonijiet tagħhom jekk ikun hemm. Għandhom jingħataw linji gwida ċari dwar l-użu tar-riżultati tat-testijiet.
Linji gwida oħra għat-testijiet waqt l-użu:
|
— |
Il-kampjunar, id-disinn tat-test, ir-reklutaġġ tal-panel u l-analiżi tar-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu konformi mal-prattiki tal-istatistika standard (AFNOR Q 34-019, ASTM E1958-07e1 jew ekwivalenti). |
|
— |
Kull prodott għandu jiġi vvalutat skont kwestjonarju. It-test għandu jdum tal-anqas 72 siegħa, ġimgħa sħiħa meta possibbli, u għandu jsir f’kundizzjonijiet normali tal-użu tal-prodott. |
|
— |
L-għadd rakkomandat ta’ testers għandu jkun tal-anqas 30. Kull individwu li jieħu sehem fl-istħarriġ għandu jkun utent attwali tat-tip/daqs speċifiku tal-prodott ittestjat. |
|
— |
Fl-istħarriġ għandhom jieħdu sehem taħlita ta’ individwi li jirrappreżentaw proporzjonalment gruppi differenti ta’ konsumaturi disponibbli fis-suq. Għandhom jitniżżlu ċar u tond l-età u l-pajjiżi. |
|
— |
L-individwi morda u persuni b’kundizzjoni kronika ma għandhomx jieħdu sehem fit-test. Meta xi individwi jimirdu waqt il-prova tal-utenti, dan għandu jitniżżel fil-kwestjonarju u t-tweġibiet ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni. |
|
— |
Għat-testijiet kollha waqt l-użu (protezzjoni minn tnixxija, tajbin u komdi u prestazzjoni ġenerali), 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikaw il-prestazzjoni bħala sodisfaċenti, b’rata ogħla minn 60 assenjata mill-konsumatur (fuq skala kwantitattiva minn 1 sa 100). Inkella, 80 % tal-konsumaturi li jittestjaw il-prodott għandhom jikklassifikawh bħala tajjeb jew tajjeb ħafna (fost ħames opzjonijiet kwalitattivi: ħażin ħafna, ħażin, medju, tajjeb, tajjeb ħafna). |
|
— |
Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati statistikament wara li titlesta l-prova tal-utenti. |
|
— |
Għandhom jiġu kkomunikati wkoll fatturi esterni bħal marki kummerċjali, ishma mis-suq u reklamar li jaf ikollhom impatt fuq il-perċezzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott. |
Rekwiżiti addizzjonali għat-testijiet tekniċi.
|
— |
Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jissejsu kemm jista’ jkun fuq metodi rilevanti għall-prodott, riproduċibbli u rigorużi. |
|
— |
It-testijiet tekniċi għandhom jitwettqu f’konformità mas-serje ISO 10993 jew l-istandard tal-Klassi VI tal-USP. |
|
— |
Għandhom jiġu aċċettati metodi ta’ ttestjar li l-istandards tal-ambitu u tar-rekwiżit tagħhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk tal-istandards nazzjonali u internazzjonali msemmija u li l-ekwivalenza tagħhom tkun ġiet ikkonfermata minn parti terza indipendenti. |
Il-piż, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu deskritti u pprovduti f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fit-test ġenerali tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-applikazzjoni.
Kriterju 9. Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol
Dan il-kriterju jistabbilixxi r-rekwiżiti li japplikaw għas-sit tal-manifattura finali tat-tazza mestruwali li tista’ terġa’ tintuża.
Wara li jiġu kkunsidrati d-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (5), il-Patt Globali tan-NU (Pilastru 2) (6), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (7) u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (8), l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza appoġġata minn awditu/awditi fuq il-post li l-prinċipji applikabbli inklużi fit-testi internazzjonali msemmija hawn fuq u d-dispożizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt li ġew identifikati ġew rispettati fl-impjant(i) tal-immuntar finali għall-prodott.
Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:
|
(a) |
It-Tħaddim tat-Tfal:
|
|
(b) |
Ix-Xogħol Obbligatorju u Furzat:
|
|
(c) |
Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt tan-Negozjar Kollettiv:
|
|
(d) |
Id-Diskriminazzjoni:
|
Dispożizzjonijiet supplimentari:
|
(e) |
Is-Sigħat tax-Xogħol:
|
|
(f) |
Ir-Remunerazzjoni:
|
|
(g) |
Is-Saħħa u s-Sikurezza:
|
|
(h) |
Il-Protezzjoni u l-Inklużjoni Soċjali:
|
|
(i) |
Is-Sensja Ġusta:
|
F’postijiet fejn id-dritt tal-libertà tal-assoċjazzjoni u tan-negozjar kollettiv huma ristretti bil-liġi, il-kumpanija ma għandhiex tirrestrinġi lill-ħaddiema milli jiżviluppaw mekkaniżmi alternattivi biex jesprimu l-ilmenti tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg, u għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-impjegati li magħhom tista’ tidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
Il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati esterni ta’ organizzazzjoni indipendenti tal-industrija f’oqsma lokali madwar is-siti, inkluż trade unions, organizzazzjonijiet tal-komunità, NGOs u esperti tax-xogħol. Għandhom isiru konsultazzjonijiet sinifikattivi ma’ tal-anqas żewġ partijiet ikkonċernati minn żewġ sottogruppi differenti. F’postijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tistax tiżgura l-adegwatezza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva mal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq, il-proċess ta’ awditjar għandu jinkludi awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi magħmula minn spezzjonijiet fuq il-post mhux imħabbra minn evalwaturi indipendenti mill-industrija.
Matul il-perjodu ta’ validità tal-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jippubblika r-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditi (inkluż dettalji dwar (a) kemm hemm u kemm huma serji l-vjolazzjonijiet ta’ kull dritt tax-xogħol u tal-istandard tal-OHS; (b) strateġija għar-rimedju – meta r-rimedju jinkludi l-prevenzjoni għal kull kunċett tal-UNGP; (c) il-valutazzjoni tal-kawżi ewlenin tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-vjolazzjonijiet persistenti – min ġie kkonsultat, xi kwistjonijiet tqajmu, kif dan influwenza l-pjan ta’ azzjoni korrettiva), online sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-prestazzjoni tagħhom lill-konsumaturi interessati.
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti billi jipprovdi kopji tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-kodiċi ta’ kondotta tiegħu li għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq u kopji ta’ rapporti ta’ awditi ta’ appoġġ għal kull impjant finali tal-assemblaġġ tal-prodott għall-mudell(i) li jrid(u) jiġi(u) ekotikkettat(i) flimkien ma’ web link għal fejn tista’ tinstab il-pubblikazzjoni tar-riżultati u s-sejbiet online.
L-awditi fuq il-post ta’ partijiet terzi għandhom jitwettqu minn awdituri kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-siti tal-manifattura industrijali mal-istandards soċjali jew mal-kodiċijiet ta’ kondotta jew, f’pajjiżi fejn il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol, 1947 (Nru 81) ġiet ratifikata u s-superviżjoni tal-ILO tindika li s-sistema nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol hija effettiva (10) u l-ambitu tas-sistemi ta’ spezzjoni jkopri l-oqsma elenkati hawn fuq (11), minn spettur(i) tax-xogħol maħtur(a) minn awtorità pubblika.
Għandhom jiġu aċċettati ċertifikazzjonijiet validi minn skemi ta’ partijiet terzi jew proċessi ta’ spezzjoni li jawditjaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ħinijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni, is-saħħa u s-sikurezza, u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma għandux ikollhom aktar minn 12-il xahar, fid-data tal-applikazzjoni.
Kriterju 10. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo tal-Ekotikketta tal-UE jista’ jintwera fuq l-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott. Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“Iddisinjat biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent”, |
|
— |
“Jissodisfa rekwiżiti stretti dwar sustanzi perikolużi”, |
|
— |
“Prestazzjoni verifikata”. |
L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża l-logo tal-Ekotikketta tal-UE kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:
https://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika:
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit u ritratt b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ għall-bejgħ tal-prodott li juri b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, meta rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.
(1) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 16 f’qiegħ il-paġna.
(2) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 17 f’qiegħ il-paġna
(3) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 18 f’qiegħ il-paġna.
(4) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 19 f’qiegħ il-paġna.
(5) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.
(6) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 22 f’qiegħ il-paġna.
(7) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 23 f’qiegħ il-paġna.
(8) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 24 f’qiegħ il-paġna.
(9) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 25 f’qiegħ il-paġna.
(10) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.
(11) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 21 f’qiegħ il-paġna.