|
12.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/105 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1760
tal-11 ta’ Settembru 2023
dwar ir-rikonoxximent tar-rapport li jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fl-Awstralja skont l-Artikolu 31(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tistabbilixxi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa għandhom iwasslu għall-iffrankar sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jistabbilixxi kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Mejju 2023, l-Awstralja bagħtet ir-rapport finali bid-data biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 (2) tal-Unjoni, lill-Kummissjoni, u talbet li l-akkuratezza ta’ tali data tiġi rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rapport li ressqet l-Awstralja għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Mejju 2023 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Jekk il-kontenut tar-rapport, kif tressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fit-18 ta’ Mejju 2023, jinbidel b’xi mod li jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk jintwera biċ-ċar li d-data li hemm fir-rapport ma għadhiex akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) prodotti fl-Awstralja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(2) In-NUTS hija sistema ta’ klassifikazzjoni għall-unitajiet territorjali tal-UE għall-istatistika.
ANNESS
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fl-Istati tal-Awstralja (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ żrieragħ tal-lift maħsuda abbażi tal-materja niexfa)
|
|
N2O fil-ħamrija |
Residwi fl-għelejjel |
Inkorporat |
Użu tal-fjuwil |
Aċidifikazzjoni kkawżata mill-fertilizzanti |
Żerriegħa |
Total |
|||
|
|
Dirett |
Indirett |
|
Fertilizzant |
Pestiċida |
Ġir |
|
|
|
|
|
New South Wales |
0,060 |
0,015 |
0,056 |
0,229 |
0,038 |
0,002 |
0,065 |
0,041 |
0,002 |
0,508 |
|
Skop uniku |
0,057 |
0,011 |
0,066 |
0,248 |
0,047 |
0,002 |
0,075 |
0,044 |
0,002 |
0,554 |
|
Skop doppju |
0,039 |
0,007 |
0,026 |
0,162 |
0,018 |
0,001 |
0,029 |
0,028 |
0,002 |
0,313 |
|
Irrigat |
0,261 |
0,136 |
0,066 |
0,327 |
0,007 |
0,003 |
0,096 |
0,058 |
0,001 |
0,954 |
|
Victoria |
0,023 |
0,009 |
0,062 |
0,221 |
0,036 |
0,002 |
0,050 |
0,040 |
0,002 |
0,444 |
|
Skop uniku |
0,024 |
0,009 |
0,065 |
0,226 |
0,038 |
0,002 |
0,052 |
0,041 |
0,002 |
0,458 |
|
Skop doppju |
0,017 |
0,006 |
0,030 |
0,161 |
0,017 |
0,001 |
0,024 |
0,029 |
0,002 |
0,288 |
|
Queensland |
0,061 |
0,008 |
0,063 |
0,239 |
0,054 |
0,002 |
0,167 |
0,043 |
0,003 |
0,641 |
|
Awstralja tan-Nofsinhar |
0,016 |
0,004 |
0,059 |
0,214 |
0,068 |
0,002 |
0,062 |
0,039 |
0,002 |
0,466 |
|
Skop uniku |
0,012 |
0,002 |
0,061 |
0,216 |
0,071 |
0,002 |
0,064 |
0,039 |
0,002 |
0,469 |
|
Skop doppju |
0,009 |
0,001 |
0,028 |
0,155 |
0,032 |
0,001 |
0,029 |
0,028 |
0,002 |
0,285 |
|
Irrigat |
0,232 |
0,125 |
0,061 |
0,288 |
0,007 |
0,003 |
0,096 |
0,052 |
0,001 |
0,865 |
|
Awstralja tal-Punent |
0,014 |
0,003 |
0,058 |
0,225 |
0,030 |
0,002 |
0,069 |
0,037 |
0,002 |
0,441 |
|
Skop uniku |
0,014 |
0,003 |
0,059 |
0,225 |
0,031 |
0,002 |
0,069 |
0,037 |
0,002 |
0,441 |
|
Skop doppju |
0,010 |
0,002 |
0,023 |
0,159 |
0,012 |
0,001 |
0,027 |
0,026 |
0,002 |
0,263 |
|
Tasmanja* |
0,240 |
0,127 |
0,057 |
0,298 |
0,013 |
0,003 |
0,079 |
0,054 |
0,001 |
0,873 |