12.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/100


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1759

tal-11 ta’ Settembru 2023

dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta’ referenza tiegħu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 (3) u l-Anness III tiegħu jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ kejl u ta’ kalkolu rilevanti għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi. L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/2022 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 (4).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), wara l-adozzjoni ta’ att delegat skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenzi għall-istandards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kejl u ta’ kalkolu rilevanti tal-att delegat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta tali standards armonizzati jiġu applikati waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-mudell għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti ta’ kejl u ta’ kalkolu rilevanti tal-att delegat. L-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 (6) u l-Anness IV tiegħu jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ kejl u ta’ kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi. L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 (7).

(3)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 4329 (8), il-Kummissjoni ppreżentat talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jirrevedu l-istandards armonizzati eżistenti dwar il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (9), ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 (10).

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 4329, is-Cenelec irreveda l-istandard armonizzat EN 60436:2020 kif emendat bl-istandard EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut bl-istandard EN 60436:2020/AC:2020-06 biex iqis il-progress tekniku u xjentifiku, jagħmel bidliet editorjali, u jallinja l-ittondjar tan-numri rrappurtati f’allinjament mal-emendi li saru bir-Regolament (UE) 2021/341 u bir-Regolament Delegat (UE) 2021/340. Dan wassal għall-adozzjoni tal-emenda EN 60436:2020/A12:2022 għal dak l-istandard armonizzat.

(5)

Flimkien mas-Cenelec, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-emenda EN 60436:2020/A12:2022 għall-istandard armonizzat EN 60436:2020 kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-06 jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 4329.

(6)

L-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u b’EN 60436:2020/A12:2022 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-06, jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2022 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/2017.

(7)

Għalhekk, jixraq li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u EN 60436:2020/A12:2022 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-06, tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u EN 60436:2020/A12:2022 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-06 jissostitwixxi l-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u r-Regolament (UE) 2019/2022 bħalissa huma ppubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/913 (11) b’xi restrizzjonijiet. Fid-dawl tal-emenda EN 60436:2020/A12:2022 dawk ir-restrizzjonijiet ma għadhomx meħtieġa.

(10)

Peress li għandhom isiru għadd ta’ emendi sostanzjali fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/913, jenħtieġ li din tiġi sostitwita fl-interess taċ-ċarezza.

(11)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u elenkata fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar l-ekodisinn tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/913 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 108).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 62).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)4329 tal-1 ta’ Lulju 2020 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija u tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/913 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 (ĠU L 199, 7.6.2021, p. 13).


ANNESS I

Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017

EN 60436:2020

Magni elettriċi tal-ħasil tal-platti domestiċi – Metodi għall-kejl tal-operat

EN 60436:2020/A11:2020

EN 60436:2020/AC:2020-06

EN 60436:2020/A12:2022


ANNESS II

Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022

EN 60436:2020

Magni elettriċi tal-ħasil tal-platti domestiċi – Metodi għall-kejl tal-operat

EN 60436:2020/A11:2020

EN 60436:2020/AC:2020-06

EN 60436:2020/A12:2022