8.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/561


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1696

tal-10 ta’ Awwissu 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2023) 5020)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(11) u 48(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-ferroviji qed jintalbu jaqdu rwol ewlieni f’sistema tat-trasport mingħajr emissjonijiet ta’ karbonju, kif ippjanat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fl-istrateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, u fid-dawl tal-iżviluppi f’dan il-qasam, hija meħtieġa reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi ta’ Interoperabbiltà (TSIs) attwali.

(2)

Fl-24 ta’ Jannar 2020, f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) biex tħejji rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw objettivi speċifiċi magħżula stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3) sabiex jiġu integrati fit-TSIs biex tittejjeb l-interoperabbiltà. Dan jiippermetti wkoll li jkun possibbli li jiġu ffaċilitati, imtejba u żviluppati s-servizzi tat-trasport fil-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u jingħata kontribut għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u l-kisba progressiva tas-suq intern.

(3)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, l-Aġenzija ħarġet ir-Rakkomandazzjoni ERA 1175-1218 (4) dwar diversi TSIs relatati mal-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi skont l-Artikoli 4 sa 6 u 8 sa 10 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2017/1474.

(4)

B’segwitu għar-Rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni qed temenda diversi TSIs, inklużi t-TSI CCS (5), it-TSI LOC&PAS (6) u t-TSI WAG (7) li huma rilevanti għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ERATV).

(5)

Għaldaqstant hija meħtieġa reviżjoni tal-parametri tal-ERATV biex jiġu allinjati mar-reviżjoni tat-TSIs rilevanti.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Interoperabbiltà u s-Sikurezza Ferrovjarja, skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Adina-Ioana VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).

(4)  Ir-rakkomandazzjoni ERA 1175-1218 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji dwar il-pakkett ta’ reviżjoni tat-TSI tal-2022 -Merkanzija Ferrovjarja u Ekoloġika Diġitali.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea. (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1)

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea. (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).


ANNESS

Taqsima 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-tabella 2, ir-ringiela nru 4.5.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.5.1

Tagħbija utli permissibbli għal kategoriji ta’ linji differenti

[numru] t għall-kategorija tal-linja ferrovjarja [sekwenza ta’ karattri]

N

N

Y

N

Y”;

(2)

fit-tabella 2, tiżdied it-tabella 4.5.1.1 li ġejja:

“4.5.1.1

Kategorija/i tal-linja tal-EN

[sekwenza ta’ karattri] minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y”;

(3)

fit-tabella 2, ir-ringiela 4.5.2, it-tieni kolonna “Massa tad-disinn” hija sostitwita bi “Massa tad-disinn u operattiva”

(4)

fit-tabella 2, jiżdiedu r-ringieli 4.5.2.4 u 4.5.2.5 li ġejjin:

“4.5.2.4

Massa operattiva fil-kundizzjoni ta’ tħaddim

[numru] kg

Y

Y

N

N

Y

4.5.2.5

Massa operattiva taħt tagħbija utli normali

[numru] kg

Y

Y

N

N

Y”;

(5)

fit-tabella 2, jiżdiedu r-ringieli 4.9.3.1 u 4.9.3.2 li ġejjin:

“4.9.3.1

Lubrikazzjoni tal-flanġ installata

(Y/N)

Y

Y

N

Y

Y

4.9.3.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-apparat ta’ lubrikazzjoni (jekk ikun installat b’lubrikazzjoni tal-flanġ biss)

(Y/N)

Y

Y

N

Y

Y”;

(6)

fit-tabella 2, tiżdied ir-ringiela 4.10.16 li ġejja:

“4.10.16

Vettura mgħammra bi ħżin tal-enerġija elettrika għal finijiet ta’ trazzjoni u bil-funzjoni ta’ ċċarġjar bl-OCL meta wieqfa

[Boolean] Y/N

Y

N

N

Y

Y”;

(7)

fit-tabella 2, ir-ringieli 4.13.1.1 sa 4.13.1.9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.13.1.1

Tagħmir tal-ETCS abbord u s-sett ta’ speċifikazzjonijiet mill-Appendiċi A tas-CCS TSI

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

N

4.13.1.5

Sistemi ta’ legat ta’ Klassi B jew oħrajn ta’ protezzjoni, kontroll u twissija tal-ferroviji installati (sistema u, jekk applikabbli, verżjoni)

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y

4.13.1.7

Implimentazzjoni abbord tal-ETCS

[Sekwenza ta’ karattri]

Y

Y

N

Y

N

4.13.1.8

Kompatibbiltà tas-Sistema tal-ETCS

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y

4.13.1.9

Immaniġġjar ta’ informazzjoni dwar il-kompletezza tal-ferrovija (mhux mis-sewwieq)

[Boolean] Y/N

Y

Y

N

Y

Y”;

(8)

fit-tabella 2, jiżdiedu r-ringieli 4.13.1.10 u 4.13.1.11 li ġejjin:

“4.13.1.10

Informazzjoni dwar it-tul sikur tal-kompożizzjoni tal-ferrovija minn abbord meħtieġa għall-aċċess għal-linja u s-SIL korrispondenti

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

Y

4.13.1.11

Pakkett ta’ verżjonijiet tas-sistema tal-ETCS imħaddma legalment

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

Y”;

(9)

fit-tabella 2, ir-ringieli 4.13.2.1 sa 4.13.2.12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.13.2.1

Radju bil-vuċi GSM-R abbord u l-Linja Bażitiegħu

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

N

4.13.2.3

Sistemi ta’ legat tar-radju ta’ klassi B jew sistemi ta’ legat oħrajn installati (sistema u, jekk applikabbli, verżjoni)

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y

4.13.2.5

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju bil-Vuċi

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y

4.13.2.6

Implimentazzjoni ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operattiva GSM-R

[Sekwenza ta’ karattri]

Y

Y

N

Y

N

4.13.2.7

Komunikazzjoni tad-Data bir-Radju GSM-R abbord u l-Linja Bażitiegħu

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

N

4.13.2.8

Kompatibbiltà tas Sistema tad-Data tar-Radju

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

Y

Y

N

Y

Y

4.13.2.9

Applikazzjoni għall-komunikazzjoni tad-data GSM-R għall-implimentazzjoni tal-ETCS u tal-ATO

[Sekwenza ta’ karattri]

Y

Y

N

Y

N

4.13.2.10

Network Domestiku GSM-R ta’ SIM Card bil-vuċi

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

Y

4.13.2.11

Network Domestiku GSM-R ta’ SIM Card bid-Data

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

Y

4.13.2.12

Appoġġ ta’ SIM Card bil-vuċi GSM-R tal-ID tal-Grupp 555

[Boolean] Y/N

Y

Y

N

Y

Y”;

(10)

fit-tabella 2, jiżdiedu r-ringieli 4.13.3 sa 4.13.3.2 li ġejjin:

“4.13.3

ATO

Intestatura

(l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.13.3.1

Verżjoni tas-sistema tal-ATO abbord

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita

Y

Y

N

Y

N

4.13.3.2

Implimentazzjoni tal-ATO abbord

[Sekwenza ta’ karattri]

Y

Y

N

Y

N”;

(11)

fit-tabella 2, jiżdiedu r-ringieli 4.15 sa 4.15.3 li ġejjin:

“4.15

Funzjonijiet ta’ detezzjoni u prevenzjoni tal-ħruġ tal-ferroviji ’l barra mil-linji

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.15.1

Preżenza u tip ta’ funzjoni(jiet) ta’ detezzjoni u prevenzjoni tal-ħruġ tal-ferroviji ’l barra mil-linji

[Sekwenza ta’ karattri] Minn lista predefinita (aktar minn opzjoni waħda hija possibbli)

N

N

Y

N

N

4.15.2

Preżenza ta’ funzjoni ta’ prevenzjoni u detezzjoni tal-ħruġ tal-ferroviji ’l barra mil-linji

[Boolean] Y/N

Y

N

N

N

N

4.15.3

Preżenza ta’ pproċessar tas-sinjali ta’ prevenzjoni u detezzjoni tal-ħruġ tal-ferroviji ’l barra mil-linji

[Boolean] Y/N

Y

N

N

N

N”.

(12)

Fl-Anness III, il-frażi introduttorja fuq it-tieni tabella u t-tieni tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Fejn:

‘Il-Qasam 1 (iċ-ċifri 1 u 2) huwa assenjat skont il-kategorija u s-subkategorija tat-tip ta’ vettura f’konformità mat-tabella li ġejja:

Kodiċi

Kategorija

Sottokategorija

11

Vetturi tat-trazzjoni

Lokomotivi

12

Grupp motopropulsiv (jew vagun awtopropulsiv)

13

Trainset tal-passiġġieri awtopropulsiv

14

Riżervat

15

Riżervat

16

Awtovagun

17

Shunter

18

Tramm

19

Oħrajn (ara l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797)

31

Vetturi tal-passiġġieri rmunkati

Kowċ

32

Riżervat

33

Vann

34

Riżervat

35

Trasportatur tal-vetturi

36

Kowċ tas-Sewqan

37

Riżervat

38

Vann tas-Sewqan

39

Rake fissa tal-kowċis

40

Riżervat

41

Oħrajn

42-49

Riżervat

51

Vaguni tal-merkanzija (irmunkati)

Vagun tal-merkanzija

52

Riżervat

53

Rake fissa tal-vaguni tal-merkanzija

54

Bogies ferrovjarji separati konnessi ma’ vettura/i tat-triq kompatibbli

55-59

 

Riżervat

71

Vetturi speċjali

Vettura speċjali awtopropulsiva.

Dan il-kodiċi ma għandux jintuża wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

72

Magni ta’ fuq il-binarji (OTMs)

73

Vetturi speċjali rmunkata

Dan il-kodiċi ma għandux jintuża wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

74

Vetturi għall-spezzjoni tal-infrastruttura

75

Vetturi ambjentali

76

Vetturi tal-emerġenza

77

Vetturi tat-triq/ferrovjarji

78

 

Riżervat

79

 

Riżervat”.