|
7.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1604
tal-31 ta’ Lulju 2023
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2023) 5330)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti fejn il-pollam jew l-għasafar jinżammu fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex fi stabbilimenti oħra fejn il-pollam jew l-għasafar jinżammu fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli għall-annimali jew għall-bnedmin. F’dak ir-Regolament, l-HPAI tidħol fid-definizzjoni ta’ marda elenkata, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard tal-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat reċentement bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1520 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Polonja u fl-Iżvezja li kienu jeħtieġu jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1520, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment fejn kien jinżamm il-pollam fil-Provinċja ta’ Flevoland. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tan-Netherlands wettqet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dik it-tifqigħa. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu min-Netherlands b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI. |
|
(9) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, attwalment ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għan-Netherlands. |
|
(10) |
Biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni man-Netherlands, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għan-Netherlands fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641. |
|
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq min-Netherlands, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 b’din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1520 tas-17 ta’ Lulju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 46).
ANNESS
“ANNESS
Parti A
Iż-żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2:
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
DK-HPAI(P)-2023-00004 |
The parts of Nyborg and Kerteminde municipality that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 55.38149; E 10.6786 |
3.8.2023 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
||
|
DE-HPAI(P)-2023-00027 |
Kreis Schleswig-Flensburg 3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Gemeinden oder Teile der Gemeinden Hürup, Husby, Maasbüll, Grundhof, Munkbrarup, Ringsberg, Wees. |
31.7.2023 |
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Department: Landes (40) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00082 FR-HPAI(P)-2023-00083 FR-HPAI(P)-2023-00118 FR-HPAI(P)-2023-00089 FR-HPAI(P)-2023-00125 FR-HPAI(P)-2023-00148 |
Aire-sur-l’Adour Cazères-sur-l’Adour Labastide-d’Armagnac Lagrange Lussagnet Mauries Mauvezin-d’Armagnac Saint-Agnet Sorbets Le Vignau |
4.8.2023 |
|
FR-HPAI(P)-2023-00151 |
CARCARE SAINTE CROIX CARCEN PONSON SAINT YAGUEN |
3.8.2023 |
|
Department: La Réunion (974) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00153 |
SAINT LOUIS L’ETANG SALE SAINT PIERRE VILLE |
1.8.2023 |
Stat Membru: L-Italja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
IT-HPAI(P)-2023-00011 |
The area of the parts of Lombardia Region contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134 |
9.8.2023 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Municipality Dronten, province Flevoland |
||
|
NL-HPAI(P)-2023-00004 |
Those parts of the municipality Dronten contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.61 lat 52.48 |
15.8.2023 |
Parti B
Iż-żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3:
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
DE-HPAI (P)-2023-00027 |
The parts of Sønderborg and Aabenraa municipalities that are part of the German zone within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates: N 54.78559; E 9.567011 |
9.8.2023 |
|
DK-HPAI(P)-2023-00004 |
The parts of Nyborg, Kerteminde, Odense and Faaborg-Midtfyn municipalities beyond the area described in the protection zone and within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates N 55.38149; E 10.6786 |
12.8.2023 |
|
The parts of Nyborg and Kerteminde municipality that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 55.38149; E 10.6786 |
4.8.2023 – 12.8.2023 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
SCHLESWIG-HOLSTEIN |
||
|
DE-HPAI (P)-2023-00027 |
Kreis Schleswig-Flensburg und Stadt Flensburg 10 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Städte/Gemeinden oder Teile der Städte/Gemeinden: Stadt Flensburg, Stadt Glücksburg, Handewitt, Ausacker, Freienwill, Großsolt, Hürup, Husby, Massbüll, Tastrup, Dollerup, Grundhof, Langballig, Munkbrarup, Ringsberg, Westerholz, Wees, Sörup, Mittelangeln, Oeversee, Steinbergkirche. |
9.8.2023 |
|
Kreis Schleswig-Flensburg 3 km Radius um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS-Koordinaten: 9.567511/54.785588. Betroffen sind die Gemeinden oder Teile der Gemeinden Hürup, Husby, Maasbüll, Grundhof, Munkbrarup, Ringsberg, Wees. |
1.8.2023 - 9.8.2023 |
|
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Département: Gers (32) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00065 FR-HPAI(P)-2023-00068 FR-HPAI(P)-2023-00069 FR-HPAI(P)-2023-00070 FR-HPAI(P)-2023-00066 FR-HPAI(P)-2023-00071 FR-HPAI(P)-2023-00072 FR-HPAI(P)-2023-00073 FR-HPAI(P)-2023-00074 FR-HPAI(P)-2023-00075 FR-HPAI(P)-2023-00076 FR-HPAI(P)-2023-00077 FR-HPAI(P)-2023-00078 FR-HPAI(P)-2023-00079 FR-HPAI(P)-2023-00080 FR-HPAI(P)-2023-00081 FR-HPAI(P)-2023-00085 FR-HPAI(P)-2023-00088 FR-HPAI(P)-2023-00090 FR-HPAI(P)-2023-00092 FR-HPAI(P)-2023-00093 FR-HPAI(P)-2023-00094 FR-HPAI(P)-2023-00095 FR-HPAI(P)-2023-00096 FR-HPAI(P)-2023-00100 FR-HPAI(P)-2023-00101 FR-HPAI(P)-2023-00102 FR-HPAI(P)-2023-00103 FR-HPAI(P)-2023-00104 FR-HPAI(P)-2023-00105 FR-HPAI(P)-2023-00106 FR-HPAI(P)-2023-00107 FR-HPAI(P)-2023-00108 FR-HPAI(P)-2023-00109 FR-HPAI(P)-2023-00110 FR-HPAI(P)-2023-00111 FR-HPAI(P)-2023-00112 FR-HPAI(P)-2023-00113 FR-HPAI(P)-2023-00114 FR-HPAI(P)-2023-00115 FR-HPAI(P)-2023-00116 FR-HPAI(P)-2023-00122 FR-HPAI(P)-2023-00123 FR-HPAI(P)-2023-00124 FR-HPAI(P)-2023-00127 FR-HPAI(P)-2023-00128 FR-HPAI(P)-2023-00130 FR-HPAI(P)-2023-00132 FR-HPAI(P)-2023-00133 FR-HPAI(P)-2023-00134 FR-HPAI(P)-2023-00139 FR-HPAI(P)-2023-00141 FR-HPAI(P)-2023-00140 FR-HPAI(P)-2023-00144 FR-HPAI(P)-2023-00145 FR-HPAI(P)-2023-00146 FR-HPAI(P)-2023-00149 FR-HPAI(NON-P)-2023-00376 |
“AUJAN-MOURNEDE ZP à l’ouest de route entre “Le Rentier” et “Le Sage” ZS à l’est de cette même route” “SAINT-BLANCARD ZS à l’Ouest des routes D 139 et D576 ZRS à l’Est” ARMENTIEUX ARMOUS-ET-CAU ARROUEDE AUSSOS BARCUGNAN BARRAN BARS BASSOUES BAZIAN BAZUGUES BELLEGARDE BELLOC-SAINT-CLAMENS BERDOUES BETCAVE-AGUIN BEZOLLES BEZUES-BAJON BIRAN BRETAGNE-D’ARMAGNAC CABAS-LOUMASSES CAILLAVET CALLIAN CANNET CASTELNAU D’AUZAN LABARRÈRE CASTEX-D’ARMAGNAC CAZAUX-D’ANGLES CAZENEUVE CHELAN CLERMONT-POUYGUILLES COURRENSAN CUELAS DUFFORT DURBAN ESTIPOUY GALIAX GAZAX-ET-BACCARISSE GONDRIN GOUX IDRAC-RESPAILLES JU-BELLOC JUSTIAN L’ISLE-DE-NOE LABEJAN LADEVEZE-VILLE LAGRAULET-DU-GERS LALANNE-ARQUE LAMAGUERE LANNEMAIGNAN LANNEPAX LAVERAET LE BROUILH-MONBERT LOUBERSAN LOUSLITGES MANAS-BASTANOUS MANENT-MONTANE MARAMBAT MARCIAC MASCARAS MAUMUSSON-LAGUIAN MEILHAN MIRANDE MIRANNES MONCASSIN MONCLAR-SUR-LOSSE MONCORNEIL-GRAZAN MONFERRAN-PLAVES MONGUILHEM MONLAUR-BERNET MONLEZUN MONT-D’ASTARAC MONT-DE-MARRAST MONTIES MOUCHES MOUREDE NOULENS ORNEZAN PANASSAC PLAISANCE PONSAMPERE PONSAN-SOUBIRAN POUYLEBON PRECHAC-SUR-ADOUR PROJAN RAMOUZENS RICOURT ROQUEBRUNE ROQUES ROZES SADEILLAN SAINT-CHRISTAUD SAINT-JEAN-POUTGE SAINT-JUSTIN SAINT-MARTIN SAINT-MEDARD SAINT-PAUL-DE-BAISE SAINTE-DODE SAMARAN SARRAGUZAN SCIEURAC-ET-FLOURES SEISSAN SERE TACHOIRES TIESTE-URAGNOUX TUDELLE |
4.8.2023 |
|
AIGNAN ARBLADE-LE-BAS ARBLADE-LE-HAUT AURENSAN AVERON-BERGELLE AYZIEU BARCELONNE-DU-GERS BASCOUS BEAUMARCHES BELMONT BERNEDE BETOUS BOURROUILLAN BOUZON-GELLENAVE CAHUZAC-SUR-ADOUR CAMPAGNE-D’ARMAGNAC CASTELNAU-D’ANGLES CASTELNAVET CASTILLON-DEBATS CAUMONT CAUPENNE-D’ARMAGNAC CAZAUBON CORNEILLAN COULOUME-MONDEBAT COURTIES CRAVENCERES DEMU EAUZE ESCLASSAN-LABASTIDE ESPAS ESTANG FUSTEROUAU GEE-RIVIERE IZOTGES JUILLAC LABARTHE LABARTHETE LADEVEZE-RIVIERE LAGARDE-HACHAN LANNE-SOUBIRAN LANNUX LAREE LASSERADE LAUJUZAN LE HOUGA LELIN-LAPUJOLLE LIAS-D’ARMAGNAC LOUBEDAT LOURTIES-MONBRUN LOUSSOUS-DEBAT LUPIAC LUPPE-VIOLLES MAGNAN MANCIET MARGOUET-MEYMES MARGUESTAU MASSEUBE MAULEON-D’ARMAGNAC MAULICHERES MAUPAS MONCLAR MONLEZUN-D’ARMAGNAC MONTAUT MONTESQUIOU MORMES NOGARO PANJAS PERCHEDE PEYRUSSE-GRANDE PEYRUSSE-VIEILLE POUY-LOUBRIN POUYDRAGUIN PRENERON REANS RIGUEPEU RISCLE SABAZAN SAINT-ARAILLES SAINT-ARROMAN SAINT-AUNIX-LENGROS SAINT-ELIX-THEUX SAINT-GERME SAINT-GRIEDE SAINT-MARTIN-D’ARMAGNAC SAINT-MICHEL SAINT-MONT SAINT-OST SAINT-PIERRE-D’AUBEZIES SAINTE-AURENCE-CAZAUX SAINTE-CHRISTIE-D’ARMAGNAC SALLES-D’ARMAGNAC SARRAGACHIES SAUVIAC SEAILLES SEGOS SION SORBETS TARSAC TASQUE TERMES-D’ARMAGNAC TOUJOUSE TOURDUN URGOSSE VERGOIGNAN VERLUS VIC-FEZENSAC VIELLA VIOZAN “AUJAN-MOURNEDE ZP à l’ouest de route entre “Le Rentier” et “Le Sage” ZS à l’est de cette même route” |
6.7.2023 – 4.8.2023 |
|
|
Département: Landes (40) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00082 FR-HPAI(P)-2023-00083 FR-HPAI(P)-2023-00118 FR-HPAI(P)-2023-00089 FR-HPAI(P)-2023-00125 FR-HPAI(P)-2023-00148 |
Arthez-d’Armagnac Betbezer-d’Armagnac Créon-d’Armagnac Escalans Estigarde Le Frêche Gabarret Herré Lauret Montégut Parleboscq Perquie Saint-Julien-d’Armagnac Saint-Justin Saint-Perdon |
13.8.2023 |
|
Aire-sur-l’Adour Cazères-sur-l’Adour Labastide-d’Armagnac Lagrange Lussagnet Mauries Mauvezin-d’Armagnac Saint-Agnet Sorbets Le Vignau |
5.8.2023 – 13.8.2023 |
|
|
FR-HPAI(P)-2023-00151 |
Audignon Audon Aurice Baigts Banos Bastennes Bégaar Bergouey Beylongue Brassempouy Campagne Cauna Caupenne Cazalis Donzacq Gaujacq Gouts Lahosse Laurède Lesgor Le Leuy Lourquen Meilhan Momuy Mugron Nerbis Ousse-Suzan Rion-des-Landes Sainte-Colombe Saint-Cricq-Chalosse Villenave Ygos-Saint-Saturnin |
12.8.2023 |
|
FR-HPAI(P)-2023-00151 |
CARCARE SAINTE CROIX CARCEN PONSON SAINT YAGUEN |
4.8.2023 – 12.8.2023 |
|
Department: Pas-de-Calais (62) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00150 |
ATTIN BEAUMERIE-SAINT-MARTIN BERCK BEUTIN |
3.8.2023 |
|
BOISJEAN BREXENT-ENOCQ LA CALOTTERIE CAMPIGNEULLES-LES-PETITES CONCHIL-LE-TEMPLE CUCQ ECUIRES ETAPLES GROFFLIERS LEPINE LA MADELAINE-SOUS-MONTREUIL MERLIMONT MONTREUIL NEMPONT-SAINT-FIRMIN NEUVILLE-SOUS-MONTREUIL RANG-DU-FLIERS SAINT-JOSSE TIGNY-NOYELLE LE TOUQUET-PARIS-PLAGE TUBERSENT VERTON WABEN WAILLY-BEAUCAMP |
26.7.2023 – 3.8.2023 |
|
|
Department: La Réunion (974) |
||
|
FR-HPAI(P)-2023-00153 |
LES AVIRONS ENTRE DEUX TAMPON VILLE SAINT PIERRE RDC SAINT LEU PITON |
10.8.2023 |
|
SAINT LOUIS L’ETANG SALE SAINT PIERRE VILLE |
2.8.2023 – 10.8.2023 |
|
Stat Membru: L-Italja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
IT-HPAI(P)-2023-00011 |
The area of the parts of Lombardia Region extending beyond the area described in the protection zone and contained within a circle of radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134 |
19.8.2023 |
|
The area of the parts of Lombardia Region contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec coordinates Lat. 45.154119, Long. 9.371134 |
10.8.2023 – 19.8.2023 |
Stat Membru: In-Netherlands
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Municipality Dronten province Flevoland |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NL-HPAI (P)-2023-00004 |
|
24.8.2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Those parts of the municipality Dronten contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.61 lat 52.48 |
16.8.2023 – 24.8.2023 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Il-Polonja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
PL-HPAI(P)-2023-00069 |
W województwie małopolskim: - część gmin: Igłomia – Wawrzeńczyce, Kocmyrzów – Luborzyca, Słomniki, Michałowice, Zielonki, Koniusza, Wieliczka, Niepołomice, m. Kraków w promieniu 10 km od współrzędnych GPS: 50.12038/20.11711 |
3.8.2023 |
|
W województwie małopolskim: - część gmin: Kocmyrzów – Luborzyca, m. Kraków w promieniu 3 km od współrzędnych GPS: 50.12038/20.11711 |
26.7.2023 – 3.8.2023 |
Stat Membru: L-Iżvezja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona tinkludi: |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
SE-HPAI(P)-2023-00002 |
The area of the parts of the municipality of Gotland extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 57.4830 and E 18.2211 |
30.7.2023 |
|
Those parts of the municipality of Gotland contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 57.4830 and E 18.2211 |
22.7.2023 – 30.7.2023 |
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |