|
31.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1574
tat-28 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti. Dik id-Deċiżjoni timplimenta r-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), li stabbiliet reġim ta’ sanzjonijiet għall-Haiti, inkluż l-iffriżar tal-assi, ir-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri mmirati ta’ embargo fuq l-armi. |
|
(2) |
L-Unjoni tqis li s-sitwazzjoni fil-Haiti tkompli tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun, u tibqa’ mħassba dwar il-livelli għoljin ta’ vjolenza bejn gruppi organizzati u attivitajiet kriminali oħra, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, l-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi, l-impunità li għaddejja għall-awturi, u s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra fil-Haiti, li kollha kemm huma għandhom konsegwenzi devastanti għall-popolazzjoni tal-Haiti. |
|
(3) |
Is-sitwazzjoni fil-Haiti tibqa’ kkaratterizzata mill-instabbiltà, li hija marbuta mal-fraġilità tal-Istat. Il-kundizzjonijiet ġenerali tas-sigurtà huma estremament prekarji minħabba l-preżenza mifruxa ta’ gruppi armati involuti f’attivitajiet illegali, li jxekklu wkoll it-twassil tal-għajnuna umanitarja. Din is-sitwazzjoni qed thedded li tikkomprometti, fost oħrajn, l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet leġislattivi u presidenzjali paċifiki, ħielsa, ġusti u trasparenti, li l-Gvern tal-Haiti lest li jsejjaħ sal-2024 jekk il-kundizzjonijiet ġenerali tas-sigurtà jippermettu dan, u tfixkel it-triq demokratika u fraġli tal-pajjiż. |
|
(4) |
L-awtoritajiet tal-Haiti appellaw lill-komunità internazzjonali ripetutament biex tipprovdi appoġġ fl-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-Istat u l-istat tad-dritt, inkluż fil-ġlieda kontra gruppi armati u organizzazzjonijiet kriminali oħra, b’mod partikolari billi talbu lin-Nazzjonijiet Uniti tiskjera forza internazzjonali speċjalizzata biex tassisti lill-Pulizija Nazzjonali tal-Haiti u lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani biex joħolqu grupp ta’ ħidma ddedikat sabiex isegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u jikkoordina man-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità tal-Karibew. |
|
(5) |
Fil-kuntest u fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, umanitarja u ta’ sigurtà li qed tkompli tiddeterjora fil-Haiti, il-Kunsill iqis li huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas iddedikat għal miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti u għal azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Haiti, kif ukoll kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
|
(6) |
Theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti tinħoloq b’mod partikolari minn persuni li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet kriminali u vjolenza li jinvolvu gruppi armati u networks kriminali jew jappoġġawhom, li jappoġġaw it-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni tal-armi, li jaġixxu bi ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi, li jwettqu atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew li iwettqu atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jostakolaw l-azzjoni umanitarja fil-Haiti. |
|
(7) |
Huma ta’ theddida għall-istabbilta’, għad-demokrazija u l-istat tad-dritt tal-Haiti wkoll il-persuni li jinvolvu ruħhom f’imġiba finanzjarja ħażina serja li tikkonċerna fondi pubbliċi u l-esportazzjoni mhux awtorizzata tal-kapital. |
|
(8) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-eżenzjoni umanitarja mill-miżuri ta’ ffriżar ta’ assi skont ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-KSNU tapplika wkoll għall-miżuri komplementari li jikkonċernaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi flimkien ma’ dawk deċiżi mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-KSNU. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, il-kliem “l-Anness” huma sostitwiti bil-kliem “Anness I”; |
|
(2) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 1a 1. Il-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts tal-imsemmija hawn fuq, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni u l-entitajiet, elenkati fl-Anness II minn nazzjonali ta’ Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu tal-bastimenti jew l-ajruplani tal-bandiera tagħhom għandhom jiġu pprojbiti, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jkun ipprojbit li:
3. F’konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġiżlazzjoni tagħhom u b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn il-Haiti fit-territorju tagħhom, inkluż portijiet u ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex jitwemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont dan l-Artikolu; 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri adegwati ta’ mmarkar u żamma ta’ rekords biex jiġu rintraċċati l-armi, inkluż armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali u reġjonali li huma partijiet għalihom, u biex jikkunsidraw kif l-aħjar jassistu, fejn rilevanti u fuq talba tagħhom, lill-pajjiżi ġirien fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ traffikar illeċitu u devjazzjoni bi ksur tal-miżuri imposti fil-paragrafi 1 u 2.” |
|
(3) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’ persuni fiżiċi:
Il-persuni fiżiċi kif imsemmi f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul ta’ nazzjonali tiegħu fit-territorju tiegħu. 3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). 5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat kif xieraq fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4. 6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta’ attendenza għal laqgħat intergovernattivi jew laqgħat promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi ta’ politika ta’ miżuri restrittivi. 7. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 fejn id-dħul jew it-tranżitu jkun neċessarju għall-fini ta’ proċess ġudizzjarju. 8. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 jew 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm Stat Membru wieħed jew aktar ma joġġezzjonawx bil-miktub fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievu n-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta. 9. Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnha.” |
|
(5) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 3a 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, jew li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kif imsemmi f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew għall-benefiċċju tagħhom. 3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
5. Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II milli jagħmlu ħlas dovut skont kuntratt jew ftehim konkluż, jew obbligazzjoni maħluqa, qabel id-data li fiha dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1. 6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, u fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ għat-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet umani bażiċi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(7) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament, għandu jemenda l-lista fl-Anness I f’konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 2. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness II.” |
|
(8) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 2. L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post ta’ twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet; il-post u d-data tar-reġistrazzjoni; in-numru tar-reġistrazzjoni; u l-post tan-negozju. 3. L-Anness II għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fih. 4. L-Anness II għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet; il-post u d-data tar-reġistrazzjoni; in-numru tar-reġistrazzjoni; u l-post tan-negozju.” |
|
(10) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
2. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, u ma’ kundanni penali jew miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-Annessi I u II.” |
|
(11) |
l jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7a L-ebda pretensjoni marbuta ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dak it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-pagament ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
|
|
(12) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif xieraq, f’konformità mad-determinazzjonijiet li saru mill-Kunsill tas-Sigurtà. 2. Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 2a(1) u l-Artikolu 3a(1) u (2) għandhom japplikaw sad-29 ta’ Lulju 2024 u għandhom jinżammu taħt rieżami kostanti. Huma għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu. 3. Meta jirrieżamina miżuri restrittivi meħudin taħt l-Artikolu 2a(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), u l-Artikolu 3a(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), il-Kunsill għandu jqis kif xieraq jekk il-persuni inkwistjoni humiex soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji jew le fir-rigward tal-imġiba li għaliha kienu ġew elenkati.” |
|
(13) |
l-Anness jiġi msemmi “Anness I”; |
|
(14) |
it-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinżdied bħala Anness II. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (PESK) 2022/2309 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135).
ANNESS
“ANNESS II
|
A. |
Lista ta’ persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 2a(1) u fl-Artikolu 3a((1) |
|
B. |
Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 3a(1) |