|
26.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1540
tal-25 ta’ Lulju 2023
li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali
(notifikata bid-dokument C(2023) 4845)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 (2) stabbiliet kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika għall-gruppi ta’ prodotti “prodotti kożmetiċi” u “prodotti għall-kura tal-annimali”. |
|
(2) |
Il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u l-membri tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE indikaw li ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 jistgħu jiġu interpretati b’modi differenti, u dan jista’ jwassal għal inkonsistenzi fl-implimentazzjoni prattika ta’ dik id-Deċiżjoni. Sabiex tiġi evitata tali applikazzjoni inkonsistenti, u sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li tiġi prevista formulazzjoni aktar ċara f’dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(3) |
Id-definizzjoni ta’ “kontenut attiv” fit-taqsima tal-qafas tal-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 fiha żball li jenħtieġ jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li huma l-aġenti organiċi tat-tagħrik/tal-brix li ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kontenut attiv tal-prodott kożmetiku jew tal-prodotti għall-kura tal-annimali. Sustanzi inorganiċi, inkluż aġenti inorganiċi tat-tagħrik/tal-brix, huma fil-fatt esklużi skont id-definizzjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(a)(iii) fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870- jiġifieri l-eżenzjoni tal-komposti taż-żingu, ikklassifikati bħala H410 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fl-ingwent/fil-krema taż-żingu, jenħtieġ li s-subkriterju 4(a)(i) jiġi kkoreġut biex jispeċifika li s-sustanzi li huma eżentati fis-subkriterju 4(a)(iii) ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fis-subkriterju 4(a)(i). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(b) fl-Anness I u tas-subkriterju 3(b) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li dawk is-subkriterji jiġu kkoreġuti biex jispeċifikaw li s-sustanzi elenkati fis-subkriterji jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali jekk iseħħu fil-forma ta’ impuritajiet. Dan huwa meħtieġ biex ir-rekwiżiti jkunu konsistenti mal-informazzjoni rrapportata fit-Tabella 1 fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 u fit-Tabella 1 fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dawk is-subkriterji. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 4(c) fl-Anness I u tas-subkriterju 3(c) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li n-nota 12 f’qiegħ il-paġna fl-Anness I u n-nota 10 f’qiegħ il-paġna fl-Anness II jiġu kkoreġuti biex tiġi indikata l-link korretta li l-applikanti tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jużaw. |
|
(7) |
Sabiex tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tas-sentenza introduttorja tal-kriterju 5 fl-Anness I u tal-kriterju 4 fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li dik is-sentenza introduttorja tiġi kkoreġuta biex jiġi ċċarat li l-prodotti likwidi biss jeħtieġ jikkonformaw mar-rekwiżit dwar il-volum minimu ta’ imballaġġ permess, kif diġà tissuġġerixxi l-unità f’dik is-sentenza. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tas-subkriterju 5(d) fl-Anness I u tas-subkriterju 4(d) fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, f’konformità mat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell (4) u mad-diskussjonijiet li saru mal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess ta’ reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE (5), jenħtieġ li t-Tabella 8 fl-Anness I u t-Tabella 7 fl-Anness II tiġi emendata biex tispeċifika li t-tikketti tal-polipropilen (PP) u l-kmiem tal-poljolefini użati f’imballaġġ PP u t-tikketti tal-polietilen (PE) u l-kmiem PE użati f’imballaġġ tal-polietilen b’densità għolja huma permessi fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-verifika korretta tal-kriterju 3 fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870, jenħtieġ li t-taqsima ta’ valutazzjoni u verifika ta’ dak il-kriterju tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-applikanti għall-Ekotikketta tal-UE jissottomettu l-Iskeda ta’ Data dwar is-Sikurezza (SDS) tal-prodott finali, flimkien mal-SDSs ta’ kwalunkwe sustanza u taħlita fil-prodott finali, biex jagħtu prova tal-konformità ma’ dak il-kriterju. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 tiġi emendata u kkoreġuta skont dan. Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
|
(11) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li tiġi speċifikata data ċara tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 hija emendata u kkoreġuta kif ġej:
|
|
L-Anness I huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
|
L-Anness II huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2023.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 tat-22 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali (ĠU L 379, 26.10.2021, p. 8).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) https://recyclass.eu/guidelines/natural-pe-hd-containers-and-tubes/
https://recyclass.eu/guidelines/natural-pp-containers-and-tubes/
(5) ara Faraca, G., Vidal Abarca Garrido, C., Kaps, R.B., Fernandez Carretero, A. and Wolf, O., Revision of EU Ecolabel Criteria for Cosmetic Products and Animal Care Products (previously Rinse-off Cosmetic Products), EUR 30724 EN, Publications Office of the European Union, Luxembourg, 2021, ISBN 978-92-76-38088-7 (online), doi:10.2760/014175 (online), JRC125388.
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fit-taqsima tal-qafas, id-definizzjoni 1) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-kriterju 4, “Sustanzi esklużi u ristretti”, huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(3) |
il-kriterju 5, “Imballaġġ”, huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1870 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fit-taqsima tal-qafas, id-definizzjoni 1) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-kriterju 3, Sustanzi esklużi u ristretti, huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(3) |
il-kriterju 4, Imballaġġ, huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|