21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1515

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 (1).

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, talbet estensjoni ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Awwissu 2024, għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-implimentazzjoni li għaddejja tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja addizzjonali għall-perjodu sat-30 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Awwissu 2024.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 tal-21 ta’ Ġunju 2021 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 24).