20.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 183/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1501

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-NU. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ aktar miżuri restrittivi possibbli.

(4)

L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li ħames individwi involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(5)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

“Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

1573.

Hamid Reza SHARIFI TEHRANI

حمید رضا شریفی تهرانی

magħruf ukoll bħala Hamidreza SHARIFI TEHRANI

Funzjoni: Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries

Data tat-twelid: 6.7.1974

Post tat-Twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Hamid Reza Sharifi Tehrani huwa membru primarju tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries (QAI), entità li qed tbigħ droni Mohajer-6 lir-Russja sabiex jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.7.2023

1574.

Ali Reza TANGSIRI

علیرضا تنگسیری

Funzjoni: Kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

Data tat-twelid: 27.8.1963

Post tat-Twelid: Arvandkenar, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Ali Reza Tangsiri huwa l-kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.7.2023

1575.

Mohsen ASADI

محسن اسدی

Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

Data tat-twelid: 16.9.1971

Post tat-Twelid: Kerman, Iran

Sess: raġel

Mohsen Asadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.7.2023

1576.

Mohammad Reza MOHAMMADI

محمد رضا محمدی

Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

Data tat-twelid: 16.4.1971

Post tat-Twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Mohammad Reza Mohammadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.7.2023

1577.

Mohammad Sadegh Heidari MOUSA

محمد صادق حیدری موسی

Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

Data tat-twelid: 24.9.1977

Post tat-Twelid: Shahrebabak, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Mohammad Sadegh Heidari Mousa huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

20.7.2023”