|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1319
tat-28 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 biex jiġu riveduti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2023 sal-2030
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 f’konformità mal-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/842 u l-aġġustamenti previsti fl-Artikolu 10 tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda, fost l-oħrajn, l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/842, u stabbilixxa l-metodu għall-kalkolu tal-limiti annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li kull Stat Membru huwa meħtieġ jirrispetta fis-snin mill-2023 sal-2030. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu riveduti l-AEAs stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126. |
|
(4) |
Ir-reviżjoni tal-AEAs jenħtieġ li tkun limitata għal dawk li ġew allokati għas-snin mill-2023 sal-2030, peress li r-Regolament (UE) 2023/857 ma emendax il-limiti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra applikabbli għas-snin 2021 u 2022. Madankollu, fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 jenħtieġ li jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
|
(5) |
L-AEAs għal kull Stat Membru għas-snin 2023, 2024 u 2025 għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-AEA għal Stat Membru partikolari u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għall-Istat Membru partikolari kif stabbilit fit-tabella, il-kolonna 2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(6) |
L-AEAs għal kull Stat Membru għas-snin 2026 sa 2030 għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2021, fl-2022 u fl-2023 ta’ dak l-Istat Membru. Tali medja se tiġi ddeterminata wara rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju ppreżentata mill-Istati Membri għas-snin 2021, 2022 u 2023. Dak ir-rieżami komprensiv se jitwettaq fl-2025 mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Sakemm jitwettaq dan ir-rieżami komprensiv, l-AEAs għas-snin 2026 sa 2030 se jibqgħu mhux determinati. |
|
(7) |
Il-valuri li jirriżultaw tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2023, 2024 u 2025 għandhom jiġu aġġustati, skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/842. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjonijiet stazzjonarji esklużi mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont dak l-Artikolu, u li b’hekk huma esklużi mil-livell massimu ta’ emissjonijiet tal-Unjoni skont dik id-Direttiva mill-2021 ’il quddiem, għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. Għalhekk, il-kwantitajiet imnaqqsa mil-livell massimu ta’ emissjonijiet jiżdiedu mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri rilevanti għas-snin 2023, 2024 u 2025. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 58).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (ĠU L 111, 26.4.2023, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
ANNESS
““ANNESS II
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament
|
Stat Membru |
Valur aġġustat tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 |
|||||||||
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
2030 |
|
|
Il-Belġju |
71 141 629 |
69 130 741 |
65 895 769 |
62 660 796 |
59 425 824 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Bulgarija |
27 116 956 |
25 159 860 |
24 526 596 |
23 893 332 |
23 260 068 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Iċ-Ċekja |
65 984 531 |
60 913 974 |
59 309 017 |
57 704 060 |
56 099 103 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Id-Danimarka |
32 127 535 |
31 293 868 |
29 905 140 |
28 516 412 |
27 127 684 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Ġermanja |
427 306 142 |
413 224 443 |
391 872 325 |
370 518 122 |
349 163 918 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Estonja |
6 223 937 |
6 001 620 |
5 840 050 |
5 678 481 |
5 516 911 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Irlanda |
43 479 402 |
42 357 392 |
40 520 068 |
38 682 744 |
36 845 421 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Greċja |
46 227 407 |
46 969 645 |
47 184 382 |
47 399 120 |
47 613 857 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Spanja |
200 997 922 |
198 671 005 |
192 805 142 |
186 904 935 |
181 004 728 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Franza |
335 726 735 |
326 506 522 |
312 021 691 |
297 535 364 |
283 049 038 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Kroazja |
17 661 355 |
16 544 497 |
16 357 415 |
16 170 092 |
15 982 770 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Italja |
273 503 734 |
268 765 611 |
259 438 502 |
250 077 347 |
240 716 193 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Ċipru |
4 072 960 |
3 980 718 |
3 845 808 |
3 710 898 |
3 575 989 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Latvja |
10 649 507 |
8 854 834 |
8 640 002 |
8 425 170 |
8 210 339 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Litwanja |
16 112 304 |
13 717 534 |
13 292 727 |
12 867 920 |
12 443 113 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Lussemburgu |
8 406 740 |
8 147 070 |
7 760 948 |
7 374 826 |
6 988 704 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Ungerija |
49 906 277 |
43 342 400 |
42 785 010 |
42 227 619 |
41 670 229 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Malta |
2 065 044 |
1 239 449 |
1 187 854 |
1 136 258 |
1 084 663 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
In-Netherlands |
98 513 233 |
96 677 516 |
92 920 117 |
89 162 718 |
85 405 318 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Awstrija |
48 768 448 |
47 402 495 |
45 181 662 |
42 960 829 |
40 739 996 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Polonja |
215 005 372 |
204 376 828 |
198 630 308 |
192 883 787 |
187 137 267 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Portugall |
42 526 461 |
40 821 093 |
40 059 679 |
39 296 448 |
38 533 217 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Ir-Rumanija |
87 878 093 |
76 914 871 |
75 837 989 |
74 761 106 |
73 684 224 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Is-Slovenja |
11 403 194 |
11 107 762 |
10 813 744 |
10 515 484 |
10 217 224 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Is-Slovakkja |
23 410 477 |
21 151 422 |
20 743 118 |
20 334 813 |
19 926 509 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Il-Finlandja |
28 840 335 |
27 970 110 |
26 626 337 |
25 282 565 |
23 938 792 |
- |
- |
- |
- |
- |
|
L-Iżvezja |
31 331 358 |
30 731 996 |
29 592 278 |
28 452 560 |
27 312 842 |
- |
- |
- |
- |
- |