27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/77


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1307

tas-26 ta’ Ġunju 2023

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2023.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti (FEŻ). Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.

(4)

Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit fil-fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti ma għandhomx jerġgħu jintużaw.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2242 (3) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2023 għal EUR 1 800 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEI bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023 huwa b’dan stabbilit għal EUR 750 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 650 000 000 għall-Kummissjoni u f’EUR 100 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2242 tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2024, l-ammont annwali għall-2023, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2023 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2025 u 2026 (ĠU L 294, 15.11.2022, p. 17).


ANNESS

IT-TIENI PAGAMENT PARZJALI TAL-KONTRIBUZZJONIJIET TAL-FEŻ GĦALL-2023 (F’EUR) LI GĦANDHOM JITĦALLSU LILL-KUMMISSJONI U LILL-BEI

STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ f’%

It-tieni pagament parzjali tal-2023 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

BEI

il-11-il FEŻ

il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

21 120 255

3 249 270

24 369 525

Il-BULGARIJA

0,21853

1 420 445

218 530

1 638 975

IĊ-ĊEKJA

0,79745

5 183 425

797 450

5 980 875

ID-DANIMARKA

1,98045

12 872 925

1 980 450

14 853 375

IL-ĠERMANJA

20,57980

133 768 700

20 579 800

154 348 500

L-ESTONJA

0,08635

561 275

86 350

647 625

L-IRLANDA

0,94006

6 110 390

940 060

7 050 450

IL-GREĊJA

1,50735

9 797 775

1 507 350

11 305 125

SPANJA

7,93248

51 561 120

7 932 480

59 493 600

FRANZA

17,81269

115 782 485

17 812 690

133 595 175

IL-KROAZJA

0,22518

1 463 670

225 180

1 688 850

L-ITALJA

12,53009

81 445 585

12 530 090

93 975 675

ĊIPRU

0,11162

725 530

111 620

837 150

IL-LATVJA

0,11612

754 780

116 120

870 900

IL-LITWANJA

0,18077

1 175 005

180 770

1 355 775

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

1 658 085

255 090

1 913 175

L-UNGERIJA

0,61456

3 994 640

614 560

4 609 200

MALTA

0,03801

247 065

38 010

285 075

IN-NETHERLANDS

4,77678

31 049 070

4 776 780

35 825 850

L-AWSTRIJA

2,39757

15 584 205

2 397 570

17 981 775

IL-POLONJA

2,00734

13 047 710

2 007 340

15 055 050

IL-PORTUGALL

1,19679

7 779 135

1 196 790

8 975 925

IR-RUMANIJA

0,71815

4 667 975

718 150

5 386 125

IS-SLOVENJA

0,22452

1 459 380

224 520

1 683 900

IS-SLOVAKKJA

0,37616

2 445 040

376 160

2 821 200

IL-FINLANDJA

1,50909

9 809 085

1 509 090

11 318 175

L-IŻVEZJA

2,93911

19 104 215

2 939 110

22 043 325

IR-RENJU UNIT (*1)

14,67862

95 411 030  (*1)

14 678 620

110 089 650  (*1)

TOTAL EU-27 u R-RENJU UNIT

100,00

650 000 000

100 000 000

750 000 000


(*1)  Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża fl-2023 is-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit fil-FEŻ għall-2023 (it-tieni u t-tielet pagamenti parzjali, jiġifieri t-total ta’ EUR 154,12 miljun). Dik it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.