|
27.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1302
tas-26 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1018 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Frar 2023, fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika kkoordinata tal-EU BAM Rafah u tal-EUPOL COPPS, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li ż-żewġ Missjonijiet għandhom jiġu estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2025, fil-forma ta’ żewġ estensjonijiet, kull waħda għal sena. |
|
(4) |
B'kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, f'dan l-istadju, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS tiġi estiża b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2024. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 12(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2024 għandu jkun EUR 11 360 000.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2023.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tas-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76).