|
26.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1229
tas-7 ta’ Ġunju 2022
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.58101 (2020/C ex 2020/N) u SA.62043 (2021/C ex 2021/N) li l-Portugall qed jippjana li jimplimenta għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-Grupp SATA
(notifikata bid-dokument C(2022) 3816)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.58101(2020/C) (1) u SA.62043 (2021/C) (2),
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti mressqa minn parti interessata waħda u partijiet terzi oħra,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tal-ittra datata t-13 ta’ Awwissu 2020, emendata u kkompletata fl-14 ta’ Awwissu 2020, il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti għajnuna għas-salvataġġ lil SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A. (“SATA” jew “il-benefiċjarju”) fil-forma ta’ garanzija pubblika fuq self bankarju ta’ EUR 169 miljun skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-Portugall li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE biex tivvaluta aktar il-kompatibbiltà tal-għajnuna għas-salvataġġ imsemmija hawn fuq fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (“Linji gwida R&R”) (3). Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda din il-proċedura peress li kellha dubji dwar jekk il-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” ġiex issodisfat f’dak il-każ, jiġifieri dwar jekk it-tliet żidiet fil-kapital azzjonarju ta’ SATA li jammontaw għal EUR 72,6 miljun sottoskritti mir-Reġjun Awtonomu tal-Azores (“ARA” jew ir-“Reġjun”) mill-2017, imsemmija fil-premessa 13 ta’ dik id-deċiżjoni (iż-“żidiet kapitali tal-passat”), jammontawx għal għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar preċedenti. Fl-istess deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) u l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, il-Kummissjoni approvat appoġġ ta’ likwidità ta’ EUR 133 miljun biex tippermetti lil SATA tissodisfa l-obbligi ġenwini tagħha ta’ servizz pubbliku (“OSP”) u tipprovdi servizzi essenzjali ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEIs”) fl-ajruporti żgħar tagħha u żżomm il-konnettività tar-Reġjun ultraperiferiku tal-Azores. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (4) fl-4 ta’ Settembru 2020. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 19-il parti. Fit-13 ta’ Ottubru 2020, hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Portugall, li ssottometta t-tweġiba bil-miktub tiegħu dwarhom permezz tal-ittra datata s-16 ta’ Novembru 2020. |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Portugall issottometta pjan ta’ ristrutturar għal SATA. Fl-14 ta’ April 2021, il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti għajnuna għar-ristrutturar li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar, fil-forma ta’ żieda kapitali ta’ EUR 186,7 miljun u EUR 144,2 miljun f’garanzija pubblika fuq is-self. |
|
(6) |
Permezz tal-ittri datati d-29 ta’ Marzu 2021 u s-16 ta’ April 2021, l-ARA talab li l-garanziji fuq is-self li l-Kummissjoni awtorizzat fit-18 ta’ Awwissu 2020 ikomplu sat-18 ta’ Novembru 2021 u li jiġu awtorizzati aktar garanziji sa ammont addizzjonali ta’ EUR 122,5 miljun għal perjodu ta’ 7 xhur, sakemm issir il-valutazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(7) |
Permezz tal-ittra datata t-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni infurmat lill-Portugall bid-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata, filwaqt li approvat abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) u l-Artikolu 106(2) tat-TFUE EUR 122,5 miljun ta’ appoġġ aktar ta’ likwidità biex tiżgura t-tkomplija tal-operat tal-OSP u tal-SGEIs sal-aħħar tal-21 ta’ Novembru 2021 jew sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni finali, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Dik id-deċiżjoni ġiet ippubblikata wkoll f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“id-deċiżjoni ta’ estensjoni”) (5) fil-11 ta’ Ġunju 2021. |
|
(8) |
Il-Portugall issottometta l-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni permezz tal-ittra datata l-10 ta’ Ġunju 2021 u emenda u aġġorna aktar il-pjan ta’ ristrutturar fil-15 ta’ Lulju u fit-2 ta’ Diċembru 2021. |
|
(9) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2021 u fit-30 ta’ Novembru 2021, il-Portugall informa lill-Kummissjoni li l-benefiċjarju kien ħallas lura ż-żidiet kapitali tal-passat lill-ARA bl-imgħax, f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (6). |
|
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni mingħand erbatax-il parti. Fl-14 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni għaddiethom lill-Portugall, li ssottometta osservazzjonijiet li waslu permezz tal-ittra datata t-12 ta’ Awwissu 2021. |
|
(11) |
Fil-5 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni awtorizzat, abbażi tal-Artikoli 107(3)(c) u 106(2) tat-TFUE, modifika u estensjoni temporali tal-appoġġ ta’ likwidità approvat lil SATA sakemm tingħalaq il-proċedura (7). |
|
(12) |
Fis-6 ta’ April 2022, il-Portugall irtira n-notifika tal-għajnuna għas-salvataġġ lil SATA, u kkonferma li l-għajnuna għas-salvataġġ ma kinitx ingħatat. Fl-istess sottomissjoni tas-6 ta’ April 2022, il-Portugall ipprovda wkoll informazzjoni aġġornata addizzjonali. |
|
(13) |
Il-Portugall qabel b’mod eċċezzjonali li jirrinunzja għad-drittijiet li joħorġu mill-Artikolu 342 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/1958 (8) u li d-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 tat-TFUE bl-Ingliż. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. Il-benefiċjarju: sussidjarji u attivitajiet operattivi
|
(14) |
SATA hija kumpanija tal-ajru operattiva, Sociedade Anónima (kumpanija b’responsabbiltà limitata) (9), u għandha ishma f’kumpaniji oħra bbażati fl-ARA. SATA ġiet inkorporata fl-1941 u hija kompletament proprjetà tal-Gvern Reġjonali. SATA hija l-unika azzjonista ta’ SATA Internacional - Azores Airlines, S.A. (“Azores Airlines”), Gestão de Aeródromos, S.A. (“SATA Gestão de Aeródromos” jew “SGA”) u l-operatur turistiku Azores Vacations America, Inc. (“Azores Vacations America”), li huwa inattiv u bħalissa għaddej minn proċedimenti ta’ likwidazzjoni. Barra minn hekk, SATA kienet l-unika azzjonista ta’ operatur turistiku ieħor, jiġifieri Azores Vacations Canada, Inc. (“Azores Vacations Canada”), li diġà ġie llikwidat (il-premessa 62). |
|
(15) |
Kwalunkwe referenza għal SATA jew għall-impriża benefiċjarja appoġġata mill-għajnuna għar-ristrutturar f’din id-deċiżjoni tinkludi lil SATA Air Açores u s-sussidjarji kollha tagħha, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor sabiex issir distinzjoni bejn l-operat tagħha ta’ trasportatur tal-ajru (imwettaq bħala “SATA Air Açores”) u l-attivitajiet tas-sussidjarji tagħha. |
|
(16) |
SATA timpjega madwar 1 400 persuna, li minnhom 1 150 lokalment fir-Reġjun, li jikkorrispondu għal madwar 10 % tal-impjiegi kollha fit-turiżmu u 1 % tal-impjiegi totali fl-Azores u 250 f’Liżbona (10). Kif deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ (11) u fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (12), SATA tipprovdi: (i) direttament u permezz tas-sussidjarja kompletament proprjetà tagħha, Azores Airlines, servizzi ta’ trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq rotot taħt OPS u fuq bażi kummerċjali; u (ii) SATA tipprovdi SGEI permezz ta’ SGA fir-rigward ta’ ajruporti u ajrudromi żgħar fir-Reġjun. It-Taqsimiet 2.1.1 sa 2.1.3. jiddeskrivu ż-żewġ settijiet ta’ attivitajiet separatament. |
2.1.1. OSP imwettqa minn SATA u Azores Airlines
|
(17) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-forniment tas-servizz tal-ajru skedat fuq ir-rotot li jservu lill-Azores, xi servizzi skedati tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri fir-Reġjun kienu soġġetti għal OSP skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). L-obbligi jkopru, inter alia, il-frekwenza minima tat-titjiriet, l-iskedi taż-żmien, il-kategorija tal-inġenji tal-ajru użati u l-kapaċità massima tal-konfigurazzjoni interna, in-nollijiet, il-kontinwità tas-servizz u l-puntwalità u l-kummerċjalizzazzjoni tat-titjiriet (14). L-OSP jgħinu biex jikkumpensaw għall-iżolament tal-Arċipelagu tal-Azores minħabba d-distanza mill-kontinent u l-kundizzjonijiet tat-temp speċjalment fix-xitwa. |
|
(18) |
SATA Air Açores topera biss titjiriet bejn il-gżejjer b’OSP b’esklużività u kumpens, filwaqt li Azores Airlines topera titjiriet mill-Azores lejn il-Portugall kontinentali, Madeira u lejn destinazzjonijiet internazzjonali, b’OSP fuq ir-rotot lejn il-Portugall kontinentali u Madeira mingħajr esklużività u mingħajr kumpens. Fiż-żewġ każijiet, dawk l-obbligi huma minquxa f’kuntratti ta’ servizz pubbliku (“PSCs”) jew f’atti ta’ inkarigu li jimponu rekwiżiti minimi f’termini ta’ kontinwità, regolarità, tariffi u kapaċità, li jridu jkunu inter alia xierqa, f’ċirkostanzi normali, għall-forniment ta’ servizzi tal-ajru skedati fuq ir-rotot inkwistjoni. Fl-2019, SATA Air Açores operat aktar minn 15 000 titjira, b’sitt ajruplani Dash Bombardier li ġarrew madwar 766 000 passiġġier. |
|
(19) |
B’mod partikolari, SATA Air Açores ilha sservi d-disa’ gżejjer tar-Reġjun permezz tat-trasport bl-ajru bejn il-gżejjer, għal total ta’ 14-il rotta fl-Azores, li jikkorrispondu għal 100 % tat-trasport bl-ajru fir-Reġjun (15), taħt OSP mill-1996. SATA Air Açores hija l-unika linja tal-ajru li qatt issottomettiet offerti għal dawk ir-rotot ta’ OSP (16). L-OSP ġew fdati l-aħħar esklużivament lil SATA Air Açores permezz ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku, inkluż kumpens skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, b’kuntratt ġdid iffirmat fit-28 ta’ Settembru 2021 (17) għal terminu ġdid ta’ 5 snin li beda mill-1 ta’ Novembru 2021 (18). |
|
(20) |
Azores Airlines ġiet stabbilita fl-1990 bl-isem “OceanAir” u ġiet inkorporata minn SATA f’Diċembru 1994. Hija għandha ċentru amministrattiv f’Ponta Delgada u bażi operattiva waħda f’Liżbona. Azores Airlines topera: (i) tliet rotot ta’ OSP (OSP miftuħa mingħajr esklużività u mingħajr kumpens) li jgħaqqdu mal-Portugall kontinentali tliet gateways tal-Azores (il-gżejjer Santa Maria, Horta u Pico), u (ii) rotta ta’ OSP (OSP miftuħ mingħajr esklużività u mingħajr kumpens) li tgħaqqad Ponta Delgada ma’ Funchal (il-gżira ta’ Madeira). Ebda trasportatur tal-ajru ieħor mhu qiegħed jopera f’kompetizzjoni ma’ Azores Airlines fuq rotot bħal dawn, għalkemm ma hemm l-ebda esklużività fil-PSC, kif spjegat hawn fuq (il-premessa 18). |
|
(21) |
Kif sottolinjat mill-Portugall, l-OSP fuq dawk l-erba’ rotot ma humiex ibbażati fuq il-profittabilità ekonomika, iżda pjuttost fuq l-interess tar-Reġjun li jiżgura l-kontinwità ta’ tali rotot għal raġunijiet ta’ interess pubbliku (19). Fil-fatt, għalkemm l-erba’ rotot ta’ OSP huma miftuħa għall-operaturi kollha, Azores Airlines hija l-uniku operatur li esprima interess li jissodisfa l-OSP mingħajr kumpens. Fis-27 ta’ Marzu 2021 ġie impost OSP ta’ emerġenza minħabba l-COVID-19 (20) fuq żewġ rotot (Liżbona – Horta - Liżbona u Liżbona - Santa Maria – Liżbona) għall-istaġun tas-sajf 2021 tal-IATA (Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Avjazzjoni), u fit-28 ta’ Ottubru 2021 ġie estiż għall-istaġun tax-xitwa tal-IATA 2021-2022. Il-Portugall, flimkien mal-ARA, bħalissa qed jivvaluta s-sitwazzjoni ta’ dawn l-erba’ rotot u l-modifiki possibbli tagħhom fil-futur (21) (il-premessi 57 sa 59 u 106). |
2.1.2. SGEIs ipprovduti minn SGA
|
(22) |
SGA, inkorporata minn SATA fl-2005, timmaniġġa l-ajruporti ta’ Pico, Graciosa, Corvo u São Jorge, kif ukoll it-terminal tal-gżira Flores, bħala SGEI sal-iskadenza tal-inkarigu tagħha f’Lulju 2025 (22). It-traffiku tal-ajru f’kull wieħed minn dawk l-ajruporti u f’dak it-terminal kien anqas minn 200 000 passiġġier fis-sena fit-3 snin preċedenti (23). B’hekk, il-Portugall irrapporta lill-Kummissjoni l-SGEI fir-rigward ta’ dawk il-ħames ajruporti fl-2016-2017 (24). Fil-fatt, il-Portugall iqis li l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konnettività ta’ żona iżolata tal-Unjoni tiġġustifika l-SGEI, fid-dawl tan-nuqqas ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport disponibbli u fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (25) (“Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni”). |
|
(23) |
Il-Portugall iqis li, minħabba t-traffiku limitat, fil-biċċa l-kbira staġunali u l-qagħda mbiegħda tal-post fejn jinsabu, il-ġestjoni ta’ dawn l-ajruporti ma hijiex ekonomikament attraenti għall-partijiet privati, b’differenza mill-ajruporti ta’ São Miguel u Terceira. Il-konċessjoni mogħtija lil SGA fir-rigward tas-servizzi ta’ operat u ġestjoni tal-ajrudromi ta’ Graciosa, Pico, São Jorge u Corvo, tipprevedi kumpens għall-SGEI tagħha li għandu jitħallas lil SGA għal kull sena ta’ durata tal-kuntratt. Il-kumpens għall-perjodu mill-2020 sal-2025 ġie stabbilit għal EUR 17-il miljun. |
2.1.3. Servizzi offruti minn SATA fuq bażi kummerċjali
|
(24) |
Minbarra s-servizzi ta’ OSP u ta’ SGEI pprovduti, SATA tipprovdi wkoll servizzi tat-trasport bl-ajru fuq bażi kummerċjali, bħall-merkanzija bl-ajru u, permezz ta’ Azores Airlines, servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq rotot liberalizzati, inklużi titjiriet biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għad-dijaspora Portugiża sinifikanti fl-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti) u fil-Kanada, kif ukoll biex tipprovdi kundizzjonijiet ta’ aċċess aħjar għall-vjaġġaturi lejn l-Azores. F’termini ta’ konnessjonijiet mal-Unjoni, madankollu, minbarra l-Portugall kontinentali, SATA għandha biss żewġ titjiriet diretti lejn destinazzjonijiet Ewropej oħra, jiġifieri Londra u Frankfurt, kif spjegat aktar ’il quddiem (il-premessa 28) (26). |
|
(25) |
B’mod partikolari, SATA Air Açores tipprovdi 100 % tal-merkanzija bl-ajru reġjonali ttrasportata fid-disa’ gżejjer tal-arċipelagu, li tikkorrispondi għal madwar 2 900 tunnellata ta’ merkanzija kull sena, filwaqt li Azores Airlines iġġorr aktar minn [60-70] % tal-merkanzija bl-ajru minn u ’l barra mill-Azores, li tikkorrispondi għal aktar minn 1 300 tunnellata ta’ merkanzija, inklużi ħut, posta u provvisti mediċi (27). F’kompetizzjoni ma’ Azores Airlines, TAP biss topera fis-servizzi tal-merkanzija lejn/mill-Azores, b’sehem mis-suq li, fl-2019, kien ta’ madwar [30-40] % (28). |
|
(26) |
Fir-rigward tat-titjiriet internazzjonali, li għandhom rwol importanti fl-ekonomija tar-Reġjun, prinċipalment permezz tal-investiment u n-nefqa privata, Azores Airlines topera rotot regolari fl-Atlantiku tat-Tramuntana lejn Boston, Oakland, Toronto u Montreal. Azores Airlines topera wkoll swieq turistiċi niċċa u servizzi charter. B’mod komplessiv, fl-2019 Azores Airlines operat madwar 7 000 titjira (inkluż fuq ir-rotot ta’ OSP), permezz ta’ sitt ajruplani Airbus 320 ta’ kors medju, li servew madwar 946 000 passiġġier, li jikkorrispondu għal 40 % tal-passiġġieri ttrasportati lejn l-Azores minn barra l-pajjiż. |
|
(27) |
Barra minn hekk, bil-għan li tgħaqqad l-Amerika ta’ Fuq, il-Portugall kontinentali u r-Reġjun matul is-sena, mill-1985 SATA kkontrollat żewġ operaturi turistiċi fl-Amerika ta’ Fuq, Azores Vacations America u Azores Vacations Canada. |
|
(28) |
F’kompetizzjoni ma’ SATA, ir-rotot kummerċjali bejn l-arċipelagu tal-Azores u l-bqija tat-territorju tal-Unjoni huma operati, fl-ordni tad-daqs, minn TAP-Transportes Aéreos Portugueses S.A., Ryanair, Arkefly u Jetairfly – għalkemm xi wħud minn dawn ir-rotot twaqqfu wara t-tifqigħa tal-COVID-19. Fir-rigward tar-rotot diretti, fl-2019 Ryanair kienet tgħaqqad l-Azores ma’ Liżbona u Porto (fil-Portugall) u ma’ Londra, Manchester u Frankfurt (barra mill-Portugall). Fuq ir-rotot ta’ Londra u Frankfurt, fl-2019 Azores Airlines kellha ishma mis-suq ugwali għal, rispettivament, 70 % u 23,6 %, filwaqt li Ryanair kellha sehem mis-suq ugwali għal 30 % u 76,4 % (29). Jetairfly kellha rotta li tgħaqqad l-Azores ma’ Brussell. Arkefly kienet tgħaqqad lill-Azores ma’ Amsterdam u Tenerife fil-Gżejjer Kanarji (Spanja) (30). |
|
(29) |
Fl-aħħar nett, f’termini ta’ modi alternattivi ta’ trasport, il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jiżguraw biss konnessjonijiet bejn iż-żewġ gżejjer l-aktar qrib (Faial u Pico) u minn dawk lejn il-gżira ta’ São Jorge, bi frekwenza ta’ kuljum matul il-perjodu tas-sajf, iżda frekwenza ta’ kull ġimgħa biss matul ix-xitwa. Għalhekk, minħabba d-distanza ġeografika u l-kundizzjonijiet tat-temp, kif muri mill-Portugall (31), il-popolazzjoni tal-Azores tiddependi fuq it-trasport bl-ajru matul is-sena kollha għall-mobbiltà bejn il-gżejjer, kif ukoll għall-ivvjaġġar barra mill-arċipelagu (32). |
2.2. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju u l-oriġini tad-diffikultà finanzjarja
2.2.1. Is-sitwazzjoni finanzjarja fir-rigward tal-ekwità, it-telf u l-kapital azzjonarju sottoskritt
|
(30) |
Kif deskritt fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni (33), SATA ilha tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji mill-anqas mill-2014, b’telf operatorju kostanti u sostanzjali u ekwità negattiva ta’ EUR -55,8 miljun fl-2014. Fis-snin sussegwenti, minħabba l-akkumulazzjoni kostanti tat-telf, SATA rreġistrat żieda fl-ekwità negattiva (EUR -94,6 miljun fl-2016, EUR -135,6 miljun fl-2017 (34) u EUR -156,3 miljun fl-2018 (35)). Fl-2019, SATA ppreżentat ammont totali ta’ ekwità negattiva miżjud b’mod konsiderevoli ta’ EUR -230,3 miljun. Dan wera li aktar minn nofs – fir-realtà l-ammont kollu – tal-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha kien ġie eżawrit. Barra minn hekk, madwar 70 % tad-dejn totali lill-fornituri fl-2019 kien ilu dovut u l-EUR 464 miljun f’obbligazzjonijiet qabżu bil-kbir l-assi tagħha b’valur ta’ EUR 234 miljun. Għaldaqstant, SATA kienet tissodisfa wkoll il-kriterji skont il-liġi nazzjonali biex titqiegħed fi proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħha. |
|
(31) |
Il-pożizzjoni ta’ ekwità u s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SATA komplew jiddeterjoraw mid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni. Ir-riżultat nett ta’ SATA kien negattiv fl-2020 (EUR -87,1 miljun), u huwa stmat li se jibqa’ hekk fl-2021 (EUR -32,7 miljun) u fl-2022 (EUR […] miljun). B’riżultat ta’ dan, l-ekwità kienet negattiva fl-2020 (EUR -369,3 miljun) u fl-2021 (EUR -319,5-il miljun) u hija mistennija li tibqa’ hekk fl-2022 (EUR […] miljun) (36). |
2.2.2. Il-kawżi strutturali u s-sorsi tad-diffikultajiet finanzjarji u operazzjonali
|
(32) |
Il-Portugall jispjega li, minbarra s-sottofinanzjament tal-operazzjonijiet tagħha ta’ OSP/SGEI (il-premessi 17 sa 23, 57 u 129), is-sitwazzjoni diffiċli ġenerali ta’ SATA kienet u għadha prinċipalment ikkawżata mill-prestazzjoni ħażina ta’ Azores Airlines. Bħala eżempju, fl-2019 SATA Air Açores kienet irreġistrat dħul ta’ EUR 84 miljun u EUR 2 miljun pożittivi fi qligħ qabel l-imgħax u t-taxxa (EBIT) u dħul nett ugwalment pożittiv ta’ EUR 2 miljun. SGA rreġistrat dħul ta’ EUR 3 miljun, EBIT qrib iż-żero, iżda xorta pożittiv, u dħul nett ta’ EUR 0,1 miljun. Madankollu, Azores Airlines irreġistrat dħul ta’ EUR 157 miljun, iżda EBIT negattiv ta’ EUR -33 miljun u telf nett ta’ EUR 56 miljun li kkanċellaw il-qligħ nett tas-sussidjarji operattivi l-oħra. |
|
(33) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall, sitt fatturi ewlenin ikkontribwew għall-oriġini tad-diffikultajiet ta’ Azores Airlines (37): (i) l-użu mnaqqas tal-kapaċità (40-50 % taħt il-blokka ta’ sigħat ta’ referenza għal kull ajruplan, bil-pjan tan-network tagħha li storikament jiddependi ħafna fuq it-traffiku staġunali u n-nuqqas ta’ titjiriet matul il-lejl), (ii) żieda fil-kostijiet tal-kumpens minħabba irregolaritajiet fl-iskeda tat-titjiriet: minn EUR 1,5 miljun fl-2015 għal EUR 4,5 miljun fl-2019, filwaqt li fl-2018 biss, il-kost tal-inġenji tal-ajru mikrija biex isolvu t-tfixkil kien ta’ aktar minn EUR 15-il miljun, (iii) il-kostijiet għoljin tal-manutenzjoni marbuta mal-flotta ta’ legat li teħtieġ manutenzjoni korrettiva qawwija fl-2019 u provvedimenti għoljin meħtieġa fl-2019), (iv) il-kostijiet żejda bl-eżekuzzjoni tas-sostituzzjoni tal-flotta (il-konsenja tard ta’ inġenju tal-ajru A321 wieħed fl-2019 wasslet għall-ħtieġa ta’ lokazzjoni ekstra, id-dewmien fit-taħriġ tal-ekwipaġġ għal flotta ġdida li wassal għal kanċellazzjonijiet fl-aqwa staġun tal-2017), (v) dħul u prestazzjoni anqas minħabba r-rekwiżiti tal-OSP (il-limitazzjonijiet tal-iskeda għall-erba’ rotot ta’ OSP li jillimitaw l-ottimizzazzjoni tan-network, tal-flotta u tal-ekwipaġġ, it-tariffi rregolati tal-OSP li jillimitaw il-potenzjal tad-dħul, bl-erba’ rotot ta’ OSP li rriżultaw f’impatt negattiv ta’ EUR 13-il miljun fuq il-marġni ta’ EBIT fl-2019), (vi), iż-żieda fil-pressjoni li segwiet, wara l-2015, il-liberalizzazzjoni tar-rotta Ponta Delgada – Liżbona minn trasportaturi bi prezz baxx, bid-dħul minn Ryanair, u TAP li qed ittir dejjem aktar miċ-ċentru ta’ Ponta Delgada ta’ SATA, pereżempju lejn destinazzjonijiet tal-Amerika ta’ Fuq. |
2.2.3. Effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-operat u r-riżultati tal-benefiċjarju
|
(34) |
L-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-turiżmu aggravaw id-diffikultajiet ta’ SATA. Il-pandemija wasslet għal xokk imdaqqas u fit-tul fid-domanda kkawżat prinċipalment mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kummerċ implimentati fil-Portugall, Stati Membri oħra u fl-Amerika ta’ Fuq biex irażżnu t-tixrid tagħha minn Marzu 2020, u li għandhom effett viżibbli fuq l-ekonomija reali tal-Azores (kif ukoll fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (38)). |
|
(35) |
Filwaqt li SATA operat 44 000 titjira fis-sentejn ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 bejn Marzu 2018 u Frar 2020, SATA operat 34 821 titjira fil-perjodu bejn Marzu 2020 u Frar 2022, u b’hekk naqqset il-provvista tagħha b’21 %. B’referenza għall-istess perjodi u l-impatt fuq l-operat ta’ SATA, l-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati naqas bi 43,5 % minn 3,36 miljuni għal 1,9 miljun, is-siġġijiet disponibbli għal kull kilometru naqsu bi 43,2 % minn 5 843 miljun għal 3 326 miljun u d-dħul għal kull kilometru tal-passiġġieri naqas bi 58 % minn 4 582 miljun għal 1 928 miljun. Bl-istess mod, l-għadd ta’ passiġġieri li telqu u waslu fl-ajrudromi operati minn SGA naqas bi 33 % minn 0,56 miljuni għal 0,38 miljuni u d-dħul operatorju naqas b’46 % (39). |
|
(36) |
F’termini ta’ dħul mitluf minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, anke jekk wieħed jassumi b’mod konservattiv li d-dħul ta’ SATA kien jiżdied b’rata ta’ tkabbir ta’ 5 %, li hija anqas mir-rata ta’ tkabbir ta’ 7,8 % għal SATA Air Açores u 5,1 % għal Azores Airlines fil-perjodu bejn l-2015 u l-2019, it-tqabbil juri telf ta’ dħul li jammonta għal, rispettivament, EUR 35,3 miljun għal SATA Air Açores u EUR 180,3 miljun għal Azores Airlines. Minkejja l-miżuri meħuda biex jitnaqqsu l-kostijiet mhux fissi jew semi-fissi, l-impatt fuq l-EBITDA ta’ SATA jista’ jiġi stmat li huwa madwar EUR 80 miljun, b’telf ta’ introjtu nett ta’ EUR 54,5 miljun f’Marzu 2020-Frar 2022 meta mqabbel ma’ Marzu 2018-Frar 2020. |
|
(37) |
Fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni approvat, skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE, kumpens ta’ EUR 12-il miljun lil SATA Air Açores u lil Azores Airlines għad-danni diretti mġarrba minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar li l-ARA, il-Portugall u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra ta’ destinazzjoni imponew bejn id-19 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2020 biex jillimitaw it-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19 (40). Madankollu, it-tnaqqis qawwi fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 baqa’ jippersisti wara Ġunju 2020 u l-impatt fuq id-dħul u t-telf ta’ SATA sa issa kien minn ħames sa sitt darbiet akbar mit-telf kopert mill-għajnuna ta’ kumpens għad-danni. |
2.3. Deskrizzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u tal-miżuri ta’ ristrutturar
2.3.1. Ir-ristrutturar tal-operazzjonijiet
|
(38) |
L-għajnuna għar-ristrutturar tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li diġà ġie implimentat sa mill-aħħar tal-2020 (41) u li se jintemm fl-aħħar tal-2025. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi tnedija mill-ġdid tal-operazzjonijiet ta’ SATA bbażata fuq ir-riorganizzazzjoni tal-governanza korporattiva ta’ SATA bħala grupp u fokus fuq it-trasport bl-ajru biex tiġi żgurata l-konnettività essenzjali tar-Reġjun, bi tnaqqis konsegwenti ta’ rotot mhux essenzjali u l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru. |
|
(39) |
It-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-miżuri ta’ ristrutturar separatament, peress li kull waħda minnhom tikkostitwixxi, skont il-Portugall, element distint tal-istrateġija ġenerali biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fi tmiem il-pjan. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tinkludi taqsima li tiddeskrivi l-miżuri proposti biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna għar-ristrutturar u taqsima dwar il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat, kif sostnut mill-Portugall. |
2.3.1.1.
|
(40) |
Il-Portugall qed jippjana li jissimplifika l-istruttura korporattiva ta’ SATA, sabiex jagħmilha aktar attraenti għall-investituri privati potenzjali fil-futur. Ir-riorganizzazzjoni bdiet fi tmiem l-2021 u se tinvolvi l-ħolqien ta’ kumpanija azzjonarja ġdida (“SATA SGPS”), inkorporata mir-Reġjun, biex issir il-kumpanija azzjonarja tal-Grupp SATA. Konsegwentement, SATA Air Açores u s-sussidjarji attwali tagħha, jiġifieri Azores Airlines u SGA, kif ukoll l-entità l-ġdida li tirriżulta mill-carve-out tal-attivitajiet tal-groundhandling, se jsiru sussidjarji li se jkunu kompletament proprjetà tar-Reġjun permezz ta’ SATA SGPS li għadha kif inħolqot (42). |
|
(41) |
Ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi l-passi li ġejjin: (i) l-inkorporazzjoni ta’ SATA SGPS ġdida mir-Reġjun; (ii) it-trasferiment ta’ SATA u s-sussidjarji tagħha lis-SATA SGPS; (iii) il-bejgħ ta’ […]. |
|
(42) |
Ir-riorganizzazzjoni korporattiva tkun meħtieġa biex tiġi ssimplifikata u ottimizzata l-istruttura tal-Grupp SATA, sabiex titħejja għaċ-ċessjoni tal-assi kif previst fil-pjan (il-premessi 62 sa 63), kif ukoll biex jiġu sseparati b’mod ċar il-missjonijiet differenti ta’ kull sussidjarja. |
2.3.1.2.
|
(43) |
Il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq il-premessa li l-pożizzjoni fis-suq ta’ SATA fil-livelli ta’ qabel il-COVID tiġi rkuprata sal-2023 (l-Ewropa tal-Punent, reġjonali u internazzjonali) f’termini ta’ volumi tat-traffiku, kif ukoll tad-dħul (43), u l-Azores li jkunu destinazzjoni dejjem aktar attraenti għat-turiżmu, b’domanda msaħħa mid-dijaspora Portugiża fl-Amerika ta’ Fuq. Madankollu, l-awtoritajiet Portugiżi jenfasizzaw ukoll li l-kapaċità ta’ SATA se tiffoka fuq l-operazzjonijiet essenzjali, b’mod partikolari l-OSP u l-SGEIs, li SATA għandha flessibbiltà aktar baxxa biex tnaqqas, minħabba t-tip ta’ servizz u n-natura tat-traffiku, filwaqt li r-rotot mhux essenzjali li jifdal se jitnaqqsu għall-minimu indispensabbli biex jitjieb l-użu u jiġi ottimizzat in-network. Madankollu, skont l-aħħar informazzjoni pprovduta mill-Portugall, il-prestazzjoni ta’ SATA diġà hija aħjar mill-projezzjonijiet tal-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju u l-prestazzjoni tal-linji tal-ajru ta’ SATA, f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati, hija ferm ogħla miċ-ċifri Ewropej u globali. B’mod aktar speċifiku, filwaqt li d-domanda Internazzjonali tal-passiġġieri tal-IATA fl-2021 kienet 75,5 % taħt il-livelli tal-2019, għal SATA Azores Airlines din kienet biss 31 % taħt il-livelli tal-2019 (25 % anqas inkluż it-traffiku bejn il-gżejjer ta’ Air Açores), filwaqt li matul it-tieni nofs tal-2021, il-volumi tal-passiġġieri kienu biss 10 % anqas, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2019. Barra minn hekk, il-Portugall juri li l-prestazzjoni ta’ SATA f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati fl-aħħar sena hija ferm ogħla miċ-ċifri Ewropej u globali, billi hija biss -25 % tal-passiġġieri meta mqabbla mal-2019 (iż-żewġ kumpaniji tal-ajru flimkien), ħafna aħjar mill-istima tal-ICAO għall-Ewropa (-56 %) jew għad-Dinja (-49 %). |
|
(44) |
Kif spjegat mill-Portugall, il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq żewġ strateġiji ewlenin: (i) operazzjonijiet u skedi mtejba u (ii) kostijiet operatorji mnaqqsa. |
|
(45) |
It-titjib fil-kapaċità u fl-użu tal-flotta huwa bbażat fuq it-tneħħija gradwali ta’ ajruplani aktar antiki, li waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja u t-tnaqqis fl-għadd ta’ inġenji tal-ajru minn 15 għal 13 u, mat-tlestija tal-pjan ta’ ristrutturar u ċ-ċessjoni ta’ Azores Airlines, għal sitt inġenji tal-ajru biss. Sal-2025, Azores Airlines tkun qed topera seba’ ajruplani (A-320 u A-320/21 NEO), minbarra inġenju tal-ajru addizzjonali possibbli taħt ftehim “Power by the Hour” (PBH) (44), lejn 17-il destinazzjoni u SATA Air Açores tkun qed topera sitt ajruplani (Q400 u Q200) lejn disa’ destinazzjonijiet. Il-blokka ta’ sigħat għal kull ajruplan u jum se jiżdiedu minn […] fl-2019 u attwalment […] għal […] sal-2025, sabiex il-kapaċità iżgħar fl-ajruplani u s-siġġijiet tintuża b’mod aktar intens. Azores Airlines se żżid il-kapaċità b’[…] % sal-2025, u ttejjeb il-konnettività fi ħdan in-network tar-Reġjun b’reazzjoni għal żieda kostanti fid-domanda. |
|
(46) |
Fir-rigward tat-tnaqqis tal-kostijiet operatorji, il-pjan huwa bbażat fuq erba’ pilastri: (i) ir-ristrutturar tal-flotta billi jiġu inkorporati ajruplani ġodda li għandhom ħtiġijiet aktar baxxi ta’ manutenzjoni u konsum aktar baxx tal-fjuwil, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet; (ii) iż-żieda fl-effiċjenza operattiva permezz ta’ inizjattivi fir-rigward tal-fjuwil, il-catering, l-ekwipaġġ u d-distribuzzjoni; (iii) in-negozjar mill-ġdid ta’ kuntratti ewlenin mal-fornituri biex jinkisbu kundizzjonijiet aħjar; (iv) miżuri ta’ produttività biex il-forza tax-xogħol tiġi aġġustata għall-ħtiġijiet attwali ta’ SATA. L-effett ikkombinat tal-miżuri ta’ ristrutturar inaqqas il-kostijiet attwali ta’ Azores Airlines għal kull siġġu disponibbli għal kull kilometru b’madwar 36 % sal-2025, minn EUR ċenteżmu [...] għal EUR ċenteżmu [...]. It-tnaqqis aggregat fil-kostijiet li jirriżulta minn dawn il-miżuri ta’ effiċjenza u ffrankar tal-kostijiet huwa stmat għal madwar EUR […] miljun sal-2025 (il-premessa 49). |
2.3.1.3.
|
(47) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2021, il-Portugall stima l-kostijiet tar-ristrutturar bħala ugwali għal EUR […] miljun, riveduti fis-6 ta’ April 2022 għal EUR […] miljun (45). Dawn jinkludu EUR […] miljun ta’ […] u diversi kostijiet operatorji oħra mhux mistennija li jkunu koperti bi dħul operatorju normali, għajnuna mill-Istat jew kontribuzzjoni proprja għal EUR […] miljun. B’mod partikolari, skont il-Portugall, l-ammont totali tal-kostijiet tar-ristrutturar kellu jiżdied meta mqabbel mal-istimi inizjali, minħabba (i) l-effetti mhux mistennija tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ewwel nofs tal-2021 (b’reviżjoni sussegwenti tal-projezzjonijiet finanzjarji), (ii) l-inklużjoni tal-ammonti għall-amortizzament tad-“Dejn ta’ Legat” min-naħa tal-kostijiet tar-ristrutturar, u (iii) l-aġġustamenti minħabba l-estensjoni tal-użu tal-vawċers, l-aġġornament taż-żamma tal-akkwirent, provvedimenti u pensjonijiet, kif ukoll l-aġġustamenti fil-kapital operatorju bħala riżultat ta’ ftehimiet dwar id-dejn mal-fornituri (46). |
|
(48) |
Fid-dawl tal-forma u l-ammont tal-miżuri ta’ ristrutturar stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar biex il-benefiċjarju jerġa’ jsir vijabbli, li jippermetti lil SATA, inter alia, tikseb proporzjon ta’ Dejn Finanzjarju Nett / EBITDA (47) ta’ mill-anqas […] x sa […], l-ammont globali tal-għajnuna għar-ristrutturar ġie rivedut ukoll mill-Portugall fit-2 ta’ Diċembru 2021 mit-EUR 330,09 miljun inizjali għal EUR 453,25 miljun. B’mod partikolari, l-għajnuna għar-ristrutturar ġiet aġġustata minħabba: (i) il-bżonn ta’ likwidità ta’ SATA sakemm jiġi approvat il-pjan ta’ ristrutturar u l-estensjonijiet konsegwenti tas-self assoċjat mal-appoġġ ta’ likwidità, kif ukoll (ii) ir-restrizzjonijiet baġitarji tal-ARA, li ddeterminaw bidliet fl-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar (48). Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar bħalissa hija magħmula mill-miżuri li ġejjin (b’mod konġunt: il-“miżuri” jew l-“għajnuna għar-ristrutturar”):
|
|
(49) |
Skont il-Portugall, SATA se tikkontribwixxi għall-pjan ta’ ristrutturar bi tnaqqis tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri ta’ effiċjenza u tnaqqis fil-kostijiet li huma stmati għal madwar EUR […] miljun sal-2025 (50), kif ġej:
|
|
(50) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar ikun appoġġat mir-riżorsi proprji li ġejjin ipprovduti minn SATA, kif sostnut mill-Portugall fit-2 ta’ Diċembru 2021:
|
|
(51) |
Fl-aħħar nett, minbarra l-miżuri ta’ hawn fuq, il-Portugall qed jippjana li jċedi interess kontrollanti f’Azores Airlines u jikkonċedi u jbigħ in-negozju kollu tal-groundhandling biex jikkontribwixxi għar-ristrutturar. Il-bejgħ ta’ dawn l-assi għandu jsir sa tmiem l-2025 (57) u, fir-rigward ta’ Azores Airlines, jinvolvi l-impenn tar-Reġjun li jgħaddi l-kontroll maniġerjali lil investituri ġodda permezz ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 51 %. Għalhekk, bl-inklużjoni tar-rikavat mistenni mill-privatizzazzjoni ta’ Azores Airlines (madwar EUR […] miljun) u l-privatizzazzjoni tan-negozju l-ġdid tal-groundhandling (madwar EUR […] miljun), skont il-Portugall, il-kontribuzzjoni proprja stmata ta’ SATA għall-kostijiet tar-ristrutturar tkun ta’ EUR […] miljun, li tirrappreżenta madwar […] % tal-kostijiet tar-ristrutturar (EUR […] miljun). |
2.3.1.4.
|
(52) |
Il-Portugall ipprovda aġġornat ix-xenarju bażi tal-pjan ta’ ristrutturar fil-15 ta’ Lulju 2021 u fit-2 ta’ Diċembru 2021. Fis-sottomissjoni tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2021, il-Portugall kien irreveda l-projezzjonijiet tiegħu billi aġġustahom biex iqisu l-livell ta’ operat aktar baxx ta’ Azores Airlines fl-ewwel kwart tal-2021, minħabba s-severità tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, l-aħħar ċifri aġġornati ppreżentati fir-rapport li jkopri l-ewwel tliet kwarti tas-sena 2021 (58) jirriflettu riżultati mtejba, ogħla mill-aspettattivi konservattivi fis-sottomissjoni tal-15 ta’ Lulju 2021. Minkejja l-aġġustamenti, anke fl-aħħar reviżjoni tal-projezzjonijiet tal-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju, il-Portugall jistma li l-qligħ ta’ SATA qabel l-imgħax u t-taxxa (EBIT) isir pożittiv […]. |
|
(53) |
Wara l-perjodu ta’ ristrutturar fl-2025, […]. |
|
(54) |
L-unità tan-negozju l-ġdida tal-groundhandling hija mistennija li tikseb […] u se tiġi ċeduta sal-aħħar tal-2025. Fi kwalunkwe każ, fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, id-dħul u l-kostijiet ta’ SATA Air Açores huma pproġettati li jkunu […], filwaqt li SGA hija mistennija li […] (minn EUR […] miljun fl-2020 għal EUR […] miljun fl-2025). |
|
(55) |
Għax-xenarju bażi, il-Portugall ikkalkula bl-istess mod il-proporzjonijiet finanzjarji tar-redditu fuq il-kapital użat (ROCE) (59) (it-Tabella 1.A) u stima l-kost medju ponderat tal-kapital (WACC) għal […] %. L-ROCE jilħaq […] % fi tmiem ir-ristrutturar (is-sena 2025). Tabella 1.A Projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta’ ristrutturar (xenarju bażi)
Tabella 1.B Projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta’ ristrutturar (xenarju bażi) tal-grupp
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(56) |
Il-Portugall ipprovda wkoll l-ROCE fl-2019 ta’ grupp ta’ linji tal-ajru għat-tqabbil, li juri ROCE medju ta’ 6,9 %, u ROCE medjan ta’ 11,8 % (it-Tabella 2). Tabella 2 ROCE ta’ grupp ta’ pari fl-2019
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Waħda mid-diffikultajiet ewlenin ta’ SATA hija l-parti mhux ikkumpensata tal-attivitajiet fir-rigward tal-OSP imwettqa minn Azores Airlines, kif deskritt fit-taqsima 2.2. Fil-perjodu mill-2009 sal-2019, kif irrappurtat mill-Portugall, id-defiċit operattiv totali għar-rotot ta’ OSP operati minn Azores Airlines – esklużi r-rotot kummerċjali – laħaq EUR […] miljun (60). Madankollu, skont il-Portugall, fil-futur Azores Airlines tista’ tiġi kkumpensata għar-rotot ta’ OSP li jgħaqqdu Liżbona u Horta, Pico u Santa Maria (61), jekk tirbaħ offerta miftuħa għall-operat ta’ dawk ir-rotot ta’ OSP. Il-kumpens meħtieġ biex ikopri l-kostijiet għall-operat tal-OSP fuq ir-rotot imsemmija hawn fuq huwa stmat għal EUR […] miljun/sena. Azores Airlines għandha l-flotta meħtieġa ([…]) u l-persunal meħtieġ biex topera dawk l-OSP nazzjonali (62), għalkemm l-offerta rilevanti għadha ma tnedietx. Fi kwalunkwe każ, Azores Airlines ma kinitx se tagħmel offerta għall-OSP taħt il-kostijiet mistennija li jiġġarrbu fit-twettiq tagħhom (63). |
|
(58) |
Il-Portugall ipprovda wkoll projezzjonijiet f’xenarju avvers tar-ristrutturar, li fih id-dħul ta’ Azores Airlines ikun 15 % anqas milli fil-każ bażi (64). Il-Portugall isostni li, kieku l-OSP ta’ hawn fuq ma kinux fdati lil Azores Airlines, il-kapaċità disponibbli tista’ tintuża bi profitt fl-attivitajiet li ġejjin (65):
|
|
(59) |
L-awtoritajiet Portugiżi jindikaw li, fir-rigward ta’ […]. Skont il-Portugall, fi kwalunkwe każ, l-għażliet ta’ hawn fuq jistgħu jkunu alternattivi jew ikkombinati, li jiġu segwiti simultanjament, skont l-iżviluppi futuri tas-suq, kif ukoll l-eżitu finali tal-proċeduri ta’ offerti għall-għoti tar-rotot ta’ OSP inkwistjoni. |
|
(60) |
Fix-xenarju avvers, SATA xorta tiġġenera EUR […] miljun f’EBIT pożittiv mill-2025, li jkun sistematikament pożittiv minn hemm ’il quddiem (it-Tabella 3). Fix-xenarju avvers, ir-rikavat mistenni mill-bejgħ ta’ sehem f’Azores Airlines xorta jġib lura l-pożizzjoni ta’ ekwità ta’ SATA, id-dejn finanzjarju jkun stabbli u d-dejn finanzjarju nett għall-EBITA jilħaq […] fl-2025. Mill-2026, il-Grupp SATA […]. Tabella 3 Projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta’ ristrutturar (xenarju avvers)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(61) |
Il-Portugall isostni li kombinazzjonijiet oħra ta’ strumenti jew ta’ ammonti ta’ għajnuna jikkompromettu l-objettivi jew jimplikaw kost finanzjarju insopportabbli, li jfixkel il-vijabbiltà fit-tul ta’ SATA. |
2.3.1.5.
|
(62) |
L-awtoritajiet Portugiżi jimpenjaw ruħhom għall-miżuri li ġejjin biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar:
|
|
(63) |
Il-Portugall qed jippjana ċ-ċessjoni tal-assi sal-31 ta’ Diċembru 2025, peress li jqis li l-iżvilupp ta’ rekord operazzjonali u finanzjarju pożittiv bħala riżultat tar-ristrutturar jinkoraġġixxi investituri potenzjali fil-parteċipazzjoni azzjonarja maġġoritarja ta’ Azores Airlines. Bl-istess mod, fir-rigward tan-negozju tal-groundhandling li għandu jiġi carved out u ċedut, dan il-perjodu ta’ żmien jippermetti lill-benefiċjarju jikseb qligħ normalizzat/rikorrenti qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA) ta’ madwar EUR […] miljun/sena. |
2.3.2. Is-sitwazzjoni fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar
|
(64) |
Il-Portugall isostni li, fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar, SATA tispiċċa mingħajr likwidità, minħabba, inter alia, id-dati tat-tifdija li ġejjin tal-finanzjament tal-banek ewlenin - inkluż fis-6 ta’ Marzu 2022 self ta’ EUR 155 miljun minn Deutsche Bank - li għalih SATA ma għandhiex bilanċ ta’ flus suffiċjenti u kienet qed tesperjenza diffikultajiet biex tinnegozja aktar estensjonijiet (69). Imbagħad ikun hemm is-sospensjoni u l-irtirar sussegwenti tal-liċenzja operattiva tagħha, li jċaħħadha mis-sors ewlieni ta’ introjtu tagħha u li jwassal għal-likwidazzjoni ta’ SATA. Dan iwassal ukoll għat-tfixkil tar-rotot attwali ta’ OSP moqdija minn SATA fost il-gżejjer tal-arċipelagu u bejn l-arċipelagu u l-Portugall kontinentali u Madeira tal-anqas sakemm trasportatur ieħor ikun lest li jiffirma l-kuntratt ta’ servizz pubbliku. Bl-istess mod, SATA ma tkunx tista’ tipprovdi aktar l-SGEI li bħalissa toffri lill-ħames ajruporti żgħar operati minn SGA. |
|
(65) |
Barra minn hekk, l-inadempjenza ta’ SATA timplika t-telf ta’ aktar minn 1 000 impjieg f’żona diġà megħjuna (70) u effetti negattivi fuq l-ekonomija globali tal-Azores - b’mod partikolari, fuq is-setturi tat-turiżmu u tas-sajd – peress li dan ir-Reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni jiddependi ħafna fuq il-konnessjonijiet tat-titjiriet, speċjalment fl-istaġun tax-xitwa. B’mod partikolari, fl-2019 it-turiżmu kien jirrappreżenta madwar 12 000-15 000 impjieg dirett u indirett, li jikkorrispondu għal madwar 13 % tal-prodott domestiku gross (“PDG”) tal-Azores. Barra minn hekk, dan it-13 % huwa stmat li se jikber fil-futur (b’70-80 %), u b’hekk jippromwovi u jixpruna l-bejgħ ta’ prodotti u servizzi oriġinali tal-Azores (71). Il-Portugall jenfasizza wkoll li l-livell ta’ introjtu fl-Azores għadu qiegħed jirkupra, bi PDG per capita li huwa 68 % tal-medja tal-Unjoni, filwaqt li l-ekonomija lokali tinsab fi tranżizzjoni lejn servizzi u esportazzjonijiet ta’ valur miżjud ogħla (li jammontaw għal 10 % tal-impjiegi globali fis-settur primarju) (72). |
|
(66) |
Il-Portugall jirrimarka li f’dawn l-aħħar snin, trasportaturi tal-ajru oħra wrew nuqqas ta’ interess fl-iżvilupp tal-konnettività mal-Azores. B’mod partikolari, TAP ma għamlitx offerta għar-rotot ta’ OSP biex tgħaqqad il-Portugall kontinentali mal-Azores minn April 2015; EasyJet ħalliet is-suq fl-2017, allegatament minħabba li ma setgħetx tiżgura offerta ta’ kwalità (jiġifieri l-frekwenza), u tat prijorità lil swieq oħra; Delta kkanċellat ir-rotta tagħha New York – Ponta Delgada sena wara t-tnedija tagħha fl-2018, filwaqt li Ryanair qed tnaqqas il-kapaċità tagħha lejn ir-Reġjun wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. Il-konnettività diretta limitata tidher ukoll mill-għadd baxx ħafna ta’ titjiriet diretti skedati lejn l-Azores (10 destinazzjonijiet diretti fl-2019) meta mqabbla ma’ Reġjuni oħra simili għall-Azores f’termini ta’ distanza mill-art kontinentali nazzjonali (eż. 116-il titjira diretta skedati lejn il-gżejjer Kanarji jew 130 lejn il-gżejjer Baleariċi) (73). |
|
(67) |
Għalhekk, kif jissottolinja l-Portugall, mingħajr intervent mir-Reġjun tal-Azores, SATA kważi ċertament ma tibqax fin-negozju fi żmien qasir, peress li l-ebda investitur privat ma jidher lest li jinjetta kapital u l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma hija lesta li toffri finanzjament ġdid, fid-dawl ukoll tal-pożizzjoni ġeografika tal-Azores u l-kundizzjoni ekonomika tagħha ta’ żona megħjuna. L-ebda xenarju alternattiv ma jidher kredibbli, mhux biss biex SATA tinżamm għaddejja, iżda wkoll biex tinżamm il-konnessjoni tat-trasport bl-ajru lejn ir-Reġjun u fih (il-premessi 122 sa 124), b’kont meħud tal-konsegwenzi aktar wiesgħa tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni u fuq l-ekonomija tar-Reġjun tal-Azores, li jiddependi ħafna fuq it-turiżmu (il-premessi 128 sa 133). |
2.4. Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà mhux ikkontestati fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni
|
(68) |
Fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni (74), il-Kummissjoni sabet b’mod preliminari li fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat, l-ebda impriża privata oħra ma kienet probabbli li tieħu f’idejha l-attivitajiet ta’ SATA, inklużi l-OSP u l-SGEI mwettqa bħalissa, u b’hekk ikun hemm ir-riskju ta’ tfixkil tal-konnettività għal wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-ħruġ ta’ SATA jkollu konsegwenzi negattivi potenzjali fid-dawl tar-rwol sistemiku importanti tagħha fl-Azores u jwassal għal tbatija soċjali u ekonomika severa għar-Reġjun u għal effetti konsegwenzjali negattivi sinifikanti fuq segmenti importanti tal-ekonomija li jikkonċernaw attivitajiet relatati mat-turiżmu. |
|
(69) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkontestatx l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, u lanqas l-adegwatezza tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri ta’ ristrutturar jindirizzaw b’mod parallel sitwazzjoni ta’ deterjorament estrem tal-ekwità ta’ SATA, li hija negattiva ħafna, filwaqt li jisservizzjaw id-dejn eżistenti u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ fluss tal-flus għal operazzjonijiet regolari (75). |
|
(70) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri maħsuba biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kienu adegwati fir-rigward tad-daqs tal-kumpanija, peress li ċ-ċessjoni sħiħa tan-negozju tal-groundhandling u l-bejgħ ta’ interess kontrollanti f’Azores Airlines jidhru li jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi alternattivi jidħlu fis-swieq rilevanti (76). Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar inaqqas b’mod sinifikanti l-perimetru tas-sjieda u l-kontroll ta’ SATA, billi jiffoka l-attivitajiet tagħha fuq il-missjoni ta’ interess pubbliku, jiġifieri l-operat ta’ ħames ajruporti fl-iżgħar u l-aktar gżejjer imbiegħda tal-arċipelagu u l-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru fl-Azores (77). |
2.5. Raġunijiet biex jingħata bidu għall-proċedura
|
(71) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni sabet li la ż-żidiet kapitali tal-passat u lanqas is-self ta’ salvataġġ garantit ma dehru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà mas-suq intern (78). B’mod partikolari, fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, li jammontaw għal EUR 72,6 miljun, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-allegata konformità tagħhom mas-suq u, fin-nuqqas ta’ tali konformità tas-suq, dwar l-allegata kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern, b’mod partikolari bħala għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar. Il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi jekk eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” f’ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li għalihom il-benefiċjarju ma huwiex responsabbli kinitx ġustifikata fir-rigward ta’ dawn iż-żidiet kapitali (il-punt 72 (c) tal-Linji Gwida R&R) (79). |
|
(72) |
Id-deċiżjoni ta’ estensjoni qajmet aktar dubji fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna għar-ristrutturar, minħabba: (i) in-nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet, (ii) il-kontribuzzjoni proprja reali u attwali insuffiċjenti ta’ SATA, meħtieġa li tkun mill-anqas 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar skont il-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, u (iii) il-perjodu ta’ żmien twil tal-pjan ta’ ristrutturar, inklużi l-assi li għandhom jiġu ċeduti biss sal-2026, b’kundizzjonijiet ta’ governanza li ma kinux speċifikati. |
|
(73) |
B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet mill-kredituri eżistenti jirriżulta f’ammont sinifikanti ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-kost tal-pjan ta’ ristrutturar. F’dan ir-rigward, il-Portugall naqas milli jissostanzja l-impossibbiltà allegata ta’ tnaqqis parzjali tad-dejn imġarrab mill-kredituri attwali (80), anke fid-dawl tal-livell għoli ta’ dejn ta’ SATA (EUR […] miljun ta’ dejn finanzjarju li kien jeżisti minn qabel ir-ristrutturar). Barra minn hekk, il-miżuri previsti mill-Portugall ma kinux jinvolvu finanzjament ġdid b’kundizzjonijiet tas-suq, iżda lliberaw biss riżorsi billi naqqsu l-kostijiet operatorji tal-benefiċjarju (81). |
|
(74) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, l-uniċi sorsi li setgħu jitqiesu bħala reali u attwali kienu jammontaw għal [...] % tal-kostijiet tal-pjan ta’ ristrutturar, li huwa ferm anqas mill-proporzjon ta’ 50 % li l-Kummissjoni normalment tqis bħala adegwat (82). Fl-istess ħin, il-Portugall ma pprovdiex evidenza tal-fatt li l-miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja previsti huma effettivi, dejjiema u mhux riversibbli. Bl-istess mod, fil-prospettiva inċerta sal-2026, il-Portugall ma kienx impenja ruħu li jżomm dawk il-miżuri u li ma jirtirahomx jekk ir-riżultati operattivi tal-benefiċjarju jitjiebu aktar malajr jew aktar milli kien antiċipat fil-projezzjonijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (83). |
|
(75) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar it-tul tal-proċess u ċ-ċertezza tal-miżuri korporattivi għaċ-ċessjoni tal-interess f’Azores Airlines u fin-negozju tal-groundhandling ta’ SATA li kien mistenni li jseħħ biss wara l-perjodu ta’ ristrutturar, fl-2026 (84). F’dan is-sens, (i) irrispettivament mill-adegwatezza tal-multipli użati biex jiġi vvalutat il-valur tagħhom ( […] ), l-ammonti stmati (EUR […] miljun) dehru bbażati fuq il-prestazzjoni ipotetika individwali tal-kumpanija; (ii) il-Portugall ma kien ipproduċa l-ebda ftehim ta’ bejgħ u xiri sod jew impenji vinkolanti minn xerrejja speċifiċi (85); u (iii) kien dubjuż ukoll li se jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet u ftehimiet ta’ governanza ċari biżżejjed biex jakkumpanjaw tali ċessjoni sal-2026 (86). |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
|
(76) |
B’kollox, 19-il parti terza ssottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, li minnhom 18 ġew sottomessi sal-iskadenza prevista fid-deċiżjoni (87), filwaqt li 14-il parti terza ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, li minnhom 12 issottomettewhom sa dik l-iskadenza (88). |
|
(77) |
Dawk il-partijiet jinkludu parti interessata waħda, jiġifieri Ryanair, li hija kompetitur li jaqa’ taħt id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (89). |
|
(78) |
Il-partijiet terzi jinkludu klijenti tradizzjonali u benefiċjarji tas-servizzi pprovduti minn SATA (kumpaniji barranin, operaturi turistiċi, eċċ.), diversi assoċjazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet tad-dijaspora tal-Azores (90), muniċipalitajiet tal-Azores, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra bħall-Partido Popular Monarquico (“PPM”) (partit politiku Portugiż) u l-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Azores (Conselho Económico e Social dos Açores) CESA. |
|
(79) |
Il-kummenti tagħhom dwar il-ftuħ, kif ukoll dwar l-estensjoni tal-proċedura, huma ppreżentati flimkien hawn taħt. |
3.1. Kummenti mill-parti interessata - Ryanair
|
(80) |
Ryanair tqis li d-deċiżjoni tal-ftuħ tindika l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza ż-żidiet kapitali tal-passat bħala korrispettiv għal kumpens inadegwat għall-SGEIs ta’ SATA. Madankollu, minħabba n-nuqqas tad-deċiżjoni tal-ftuħ li tippreżenta kwalunkwe informazzjoni dwar il-livell ta’ kumpens ta’ SATA Air Açores għall-operat ta’ rotot b’OSP u servizzi oħra ta’ interess ġenerali pprovduti minn SATA, Ryanair issostni li ġiet imċaħħda mill-possibbiltà li tipprovdi kummenti dwar dak il-punt. Bl-istess mod, Ryanair tilmenta li ġiet imċaħħda mill-possibbiltà li tikkummenta fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, fejn allegat li ma ngħatatx aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali li tinsab fiha u relatata mal-pjan ta’ ristrutturar, l-aspetti operattivi (fejn għaddet 115-il każ ta’ trattament kunfidenzjali) u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(81) |
Min-naħa l-oħra, Ryanair tqis li d-deċiżjoni tal-ftuħ tindika l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna għas-salvataġġ lil SATA bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti. Fil-fehma ta’ Ryanair, il-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li ma titqiesx bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”, skont il-punt 72(c) tal-Linji Gwida R&R, għall-benefiċċju ta’ SATA. Skont Ryanair, jekk l-OSP ta’ SATA kienu qed jikkawżaw telf lill-kumpanija, allura t-tnaqqis fit-traffiku minħabba l-kriżi tal-COVID-19 kellu jnaqqas it-telf ta’ SATA minflok ma jiggrava d-diffikultajiet tagħha. Barra minn hekk, Ryanair issostni li l-kapaċità żejda massiva kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 tippermetti lill-kompetituri jidħlu u jirreplikaw ir-rwol ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines b’effiċjenza superjuri. |
|
(82) |
Ryanair issostni li s-27 inġenju tal-ajru tagħha li ma kinux qegħdin itiru meta Ryanair issottomettiet il-kummenti tagħha fil-5 ta’ Ottubru 2020 kienu jirrappreżentaw aktar mid-doppju tal-flotta kollha ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines (91). Fil-Portugall, total ta’ 60 inġenju tal-ajru ma kinux qegħdin itiru f’dak iż-żmien, filwaqt li għaż-żona tal-Eurocontrol din iċ-ċifra laħqet it-3 242 inġenju tal-ajru (92). L-inġenji tal-ajru huma assi mobbli ħafna, u t-tneħħija tal-kapaċità ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines mis-suq x’aktarx li tkun segwita mill-pożizzjonament ta’ inġenji tal-ajru li bħalissa ma humiex jintużaw ta’ linji tal-ajru oħra fuq ir-rotot ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines. |
|
(83) |
Ryanair tqis ukoll li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (93) li “fiċ-ċirkostanzi preżenti kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19, ma huwiex possibbli għall-ebda kompetitur, inklużi dawk li diġà huma attivi fis-suq Portugiż, li jidħol u jirreplika b’mod sħiħ jew b’mod sinifikanti r-rwol ta’ SATA Air Açores” ma hijiex sostanzjata u li, għall-kuntrarju, il-ħruġ ta’ SATA mis-suq jippermetti lil kompetituri aktar effiċjenti jidħlu u jipprovdu firxa aktar wiesgħa ta’ servizzi u kwalità aħjar bi prezz aktar baxx għall-passiġġieri. |
|
(84) |
Biex issostni l-affermazzjonijiet tagħha, Ryanair tirreferi għall-preċedenti tal-fallimenti ta’ Malév u Spanair, li wrew li tali eżitu pożittiv huwa prevedibbli, a fortiori peress li l-2020 kienet ikkaratterizzata minn kapaċità disponibbli inkomparabbilment ogħla minn dik tal-2013, bi tkabbir pożittiv tat-traffiku mill-ajruporti ta’ Budapest u Barċellona u tirreferi għad-data tal-Eurostat f’dan ir-rigward. |
|
(85) |
Barra minn hekk, Ryanair issostni li hija tkun tista’ tieħu f’idejha r-rotot kollha ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines lejn il-kontinent fi ftit jiem. Ryanair tinnota wkoll li d-deċiżjoni tal-ftuħ (94) issostni b’mod żbaljat li “Ryanair tgħaqqad l-Azores ma’ Londra, Manchester u Frankfurt”, u tħalli barra l-operat tar-rotot minn Ryanair bejn Ponta Delgada u Terceira Lajes (it-tnejn fl-Azores) u Liżbona u Porto fuq bażi ta’ matul is-sena kollha. |
|
(86) |
Ryanair issostni li, wara l-investigazzjoni tagħha f’dan il-każ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi li l-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li ma titqiesx bħala ċirkostanza li tiġġustifika eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. Għall-kuntrarju, il-kapaċità żejda ġġenerata minn din il-kriżi tagħmilha aktar faċli għall-kompetituri li jidħlu u tagħmilha anqas ġustifikata li tinżamm artifiċjalment SATA li wriet l-ineffiċjenza tagħha. Ryanair tfakkar li SATA diġà kienet f’xifer ta’ kollass qabel il-kriżi tal-COVID-19 u ġiet salvata permezz ta’ injezzjonijiet rikorrenti ta’ kapital mill-Portugall. Ryanair issostni wkoll li l-kriżi tal-COVID-19 ma hijiex raġuni valida biex il-Portugall ikun jista’ jibqa’ jinjetta fondi lil SATA. |
|
(87) |
Dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, b’mod partikolari, Ryanair issostni li minħabba t-trattament eċċessiv ta’ kunfidenzjalità ta’ partijiet minn dik id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, hija ġiet imċaħħda mid-dritt tagħha li tagħmel kummenti. Ryanair ittenni wkoll li d-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni ma jsemmux, fost ir-rotot bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali operati minn Ryanair, ir-rotot li ġejjin: (i) Ponta Delgada u Porto fuq bażi tas-sena kollha, u (ii) Terceira u Liżbona u Porto fuq bażi tas-sena kollha. Barra minn hekk, Ryanair tissuġġerixxi li SATA jenħtieġ li jitneħħewlha l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp tal-OSP/SGEI, minħabba li tali delineazzjoni mhux ċara tal-missjonijiet ta’ SATA, bħala fornitur ta’ servizz pubbliku u trasportatur tal-ajru kummerċjali, probabbilment tispjega l-biċċa l-kbira tad-diffikultajiet tagħha. Ryanair issostni wkoll li t-tkabbir tal-operazzjonijiet tagħha bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali minkejja l-kriżi tal-COVID-19 jikkonferma li hija tkun tista’ tieħu f’idejha r-rotot kummerċjali kollha ta’ SATA lejn il-kontinent fi żmien qasir. |
|
(88) |
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-kapaċità żejda kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 fis-settur tal-avjazzjoni, Ryanair tistieden lill-Kummissjoni biex ma tassumix, fir-rigward tar-rotot attwalment operati minn SATA Air Açores u Azores Airlines, li l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 hija awtomatikament issodisfata (jiġifieri li l-OSP jenħtieġ li jiġu imposti meta t-trasportaturi ma jassumux ċertu livell ta’ servizzi, kieku kienu qed jikkunsidraw biss l-interess kummerċjali tagħhom). Fl-aħħar nett, Ryanair tirrakkomanda li l-ammont ta’ għajnuna jiġi limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti ta’ OSP/SGEI ta’ SATA. |
3.2. Kummenti minn partijiet terzi
3.2.1. Partido Popular Monarquico
|
(89) |
Fir-rigward tal-miżuri soġġetti għall-proċedimenti, il-PPM kien kontra l-għajnuna għas-salvataġġ u l-pjan ta’ ristrutturar. Il-PPM iqis li xi informazzjoni pprovduta mill-Portugall ma hijiex korretta. B’mod partikolari, huwa jissottolinja li l-attivitajiet ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines jenħtieġ li ma jitħalltux: filwaqt li tal-ewwel topera biss titjiriet bejn il-gżejjer taħt OSP b’kumpens finanzjarju importanti (aktar minn EUR 135 miljun għall-perjodu 2015-2020), tal-aħħar tikkompeti ma’ kumpaniji tal-ajru oħra (eż. TAP, Ryanair, EasyJet, Euroatlantic, Cabo Verde Airlines, Binter). Il-PPM jenfasizza wkoll li TAP, Ryanair u Azores Airlines jikkompetu fl-istess suq għal żewġ rotot liberalizzati (95) u li r-rotot taħt OSP ma għandhomx livell għoli ta’ domanda. Fl-aħħar nett, il-PPM isemmi li qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 TAP kienet kompetitur li kien jgħaqqad ukoll l-Istati Uniti u l-Kanada (96). |
|
(90) |
Barra minn hekk, il-PPM isostni li Azores Airlines qed topera volontarjament diversi rotot ta’ OSP (97) (li qabel kienu operati minn TAP) u li l-Portugall qatt ma ssottometta dawn ir-rotot għal offerti pubbliċi. Għalhekk, il-Portugall ma huwiex intitolat li jiġġustifika l-għajnuna mogħtija lil Azores Airlines għal dawn ir-rotot ta’ OSP. Barra minn hekk, il-PPM jissottolinja li dikjarazzjoni magħmula mill-Kummissjoni dwar il-waqfien tal-attività ta’ EasyJet (98) fuq rotta ta’ OSP (99) fl-2017 hija żbaljata, peress li r-rotta msemmija fil-fatt ma kinitx rotta ta’ OSP, iżda waħda liberalizzata. |
|
(91) |
Rigward ir-rotot ta’ OSP bejn il-gżejjer operati minn SATA Air Açores, il-PPM isostni li r-raġuni għaliex l-offerta pubblika ma kinitx attraenti hija minħabba: (1) il-kumplessità li l-Gvern poġġa fuq ir-regoli tal-OSP u tal-offerti u (2) il-fatt li l-offerta għar-rotot bejn il-gżejjer hija għar-rotot kollha bħala grupp. F’dak ir-rigward, kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u aktar trasparenti jippermettu t-tnaqqis tal-ammont tal-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas. Fl-aħħar nett, il-PPM iqis li l-kumpens finanzjarju mħallas lil SATA Air Açores għall-OSP jikkostitwixxi wkoll sussidju illegali ta’ Azores Airlines u li l-kumpanija tal-aħħar jenħtieġ li tiġi ġestita separatament minn tal-ewwel. |
|
(92) |
Il-PPM jallega wkoll li l-kontinwità territorjali bejn il-Portugall kontinentali u l-Azores ma tiġix imfixkla fil-każ ta’ falliment ta’ SATA: fil-fatt, TAP u Ryanair qed joperaw ir-rotot minn São Miguel (PDL) u Terceira (TER) għal Liżbona (LIS). |
3.2.2. Klijenti u organizzazzjonijiet oħra
|
(93) |
Partijiet terzi oħra ssottomettew kummenti li jappoġġaw il-pjan ta’ salvataġġ u ristrutturar ta’ SATA minħabba l-importanza ta’ SATA u l-impatt potenzjali tal-ħruġ mis-suq tagħha għall-ekonomija u l-konnettività tar-Reġjun tal-Azores u l-komunitajiet tad-dijaspora tal-Azores. |
|
(94) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet terzi li ssottomettew kummenti, kemm dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ kif ukoll dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, huma kkonċernati mill-ħtieġa li jiġi żgurat il-prinċipju tal-kontinwità territorjali. Għalhekk, huma jappoġġaw il-kontinwazzjoni tas-servizzi ta’ titjiriet ipprovduti minn SATA għad-dijaspora tal-Azores, l-ekonomija reġjonali, is-saħħa u l-edukazzjoni tar-reġjun, b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-ARA bħala reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni, kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Fil-fehma tagħhom, fin-nuqqas ta’ SATA, dawk ir-rotot ma jiġu replikati mill-ebda linja tal-ajru oħra fl-istess livell, minħabba l-istaġunalità tal-konnessjonijiet tat-trasportaturi l-oħra, u l-fatt li t-trasportaturi l-oħra ma wrewx interess kontinwu li jiżguraw dawn il-konnessjonijiet. |
|
(95) |
Mingħajr eċċezzjoni, l-assoċjazzjonijiet tad-dijaspora jenfasizzaw l-importanza ta’ SATA għaż-żamma tal-għeruq u l-konnettività tal-komunità tal-Azores fl-Amerika ta’ Fuq, il-komunità tal-Azores f’Toronto, Montreal, Ontario, Winnipeg, California u l-kosta tal-Lvant tal-Istati Uniti tal-Amerka (100). |
|
(96) |
F’dan il-kuntest, għadd kbir ta’ partijiet terzi jenfasizzaw ir-rilevanza ta’ SATA għas-settur tat-turiżmu, meqjus bħala settur essenzjali għall-iżvilupp tal-Azores u sors ewlieni ta’ impjiegi u ta’ ġid għar-reġjun. SATA kellha, u għad għandha, rwol ewlieni fit-tkabbir tal-Azores bħala destinazzjoni turistika u, konsegwentement, fl-impjiegi u l-ġid tar-reġjun, peress li tiżgura l-mobbiltà interna fi ħdan l-arċipelagu tal-Azores u l-konnettività tiegħu mal-Portugall kontinentali, l-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq. Barra minn hekk, SATA tiżgura l-aċċess għal oġġetti essenzjali u mhux essenzjali minn barra l-Azores, meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet kollha relatati mat-turiżmu. |
|
(97) |
L-Assoċjazzjoni Portugiża tal-Aġenziji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (“APAVT”), kif ukoll l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu tal-Azores (“ATA”) iqisu li l-impatt ekonomiku ta’ SATA fuq il-katina tal-valur kollha tat-turiżmu huwa uniku. Fil-fehma tagħhom, il-flussi tal-passiġġieri li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tat-titjiriet ta’ SATA jirriżultaw mhux biss fil-ħolqien dirett ta’ bosta impjiegi, iżda wkoll fil-ħolqien ta’ diversi negozji downstream, jiġifieri lukandi u kirjiet għal żmien qasir, ristoranti, karozzi tal-kiri, aġenziji tal-ivvjaġġar u kumpaniji tad-divertiment turistiku. |
|
(98) |
Barra minn hekk, assoċjazzjonijiet bħall-Federazzjoni Agrikola tal-Azores (“FAA”) u l-Federazzjoni tas-Sajd tal-Azores (“FPA”) jenfasizzaw l-ispeċifiċità tar-reġjun tal-Azores u r-rwol strumentali li SATA għandha biex jiġu aċċessati reġjuni oħra u biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti mill-arċipelagu tal-Azores lejn artijiet oħra, il-Portugall kontinentali u territorji oħra ġewwa (u barra mill-Unjoni), u b’hekk issaħħaħ l-aċċess għal opportunitajiet ġusti għall-produtturi tal-Azores, b’mod partikolari għat-trasport f’termini tad-distribuzzjoni tal-ħut. L-FAA u l-FPA jsostnu li SATA tiżgura l-iżvilupp soċjoekonomiku tas-setturi tas-sajd u tal-agrikoltura billi tittrasporta dawn il-prodotti fi ħdan l-arċipelagu tal-Azores u minn dan tal-aħħar lejn reġjuni oħra. |
|
(99) |
Partijiet oħra, bħall-klijenti diretti u l-aġenziji tal-ivvjaġġar (A.J.F. Accounting (“AJFA”) u SDA Building Services (“SDABS”), li għandhom investimenti fl-Azores, kif ukoll l-aġenzija tat-turiżmu “BTA”) huma favur l-appoġġ ta’ SATA, filwaqt li l-Associação de Municípios da Região Autónoma dos Açores (“AMRAA”) tfakkar il-fatt li SATA kienet garanti tan-noniżolament tal-popolazzjoni tal-Azores minn barra u strument għall-implimentazzjoni tal-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali; barra minn hekk, huma jirrimarkaw li SATA għandha rwol essenzjali fi żminijiet ta’ kriżi, bħal katastrofi naturali u matul il-pandemija tal-COVID-19, u jissottolinjaw ir-rwol ewlieni tas-servizzi ta’ SATA għat-trasport ta’ tagħmir mediku, medikazzjoni u tagħmir protettiv personali. |
|
(100) |
Assoċjazzjoni tal-kummerċ Câmara do Comércio e Indústria de Ponta Delgada/Associação Empresarial das Ilhas de S. Miguel e Santa Maria (“CCIPD”) tirrikonoxxi li SATA kienet strument ewlieni biex jiġu żgurati l-mobbiltà interna u l-konnettività ma’ barra, filwaqt li madankollu tesprimi tħassib dwar il-ġestjoni ta’ SATA matul il-perjodu ta’ appoġġ u tissuġġerixxi t-titjib tal-prestazzjoni permezz ta’ pjan ta’ azzjoni. Is-CCIPD tirrikonoxxi l-istat ta’ emerġenza u tissuġġerixxi emenda tal-OSP għat-titjiriet bejn il-gżejjer u l-konnessjonijiet għal gateways mhux liberalizzati. |
|
(101) |
B’mod ġenerali, il-partijiet terzi l-oħra kollha jirrikonoxxu li SATA għandha rwol ewlieni fil-proċess ta’ salvagwardja tal-konnettività tar-Reġjun tal-Azores billi timplimenta l-prinċipji ekonomiċi, soċjali u territorjali inkorporati fl-Artikoli 174 sa 178 tat-TFUE. Dawn il-partijiet terzi ma jarawx effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni miż-żidiet kapitali tal-passat u/jew miżuri oħra ta’ appoġġ favur SATA (101), jew iqisu li l-effett negattiv possibbli jkun kontrobilanċjat mill-impatt pożittiv taż-żamma tal-operat ta’ SATA, fid-dawl tad-daqs żgħir tar-Reġjun tal-Azores u l-popolazzjoni limitata tiegħu (243 000 abitant). |
4. KUMMENTI MILL-PORTUGALL
4.1. Kummenti dwar il-ftuħ u l-estensjoni tal-proċedimenti formali
|
(102) |
Il-Portugall iqis li ż-żidiet kapitali tal-passat ta’ SATA (fl-2017 (102), fl-2018 (103) u fl-2020 (104)) kienu jammontaw għal kumpensi tal-OSP relatati mat-trasport bl-ajru fil-gżejjer u lejn/mill-Azores bil-għan, b’mod aktar speċifiku, li jikkumpensaw għad-defiċits operattivi li jirriżultaw mill-impożizzjoni tal-imsemmija OSP u SGEIs, meqjusa bħala essenzjali għall-interess pubbliku tal-ARA (105). Biex juri li dawn l-OSP u SGEIs ma ġewx ikkumpensati b’mod adegwat u sħiħ, il-Portugall isostni inter alia li d-defiċit awditjat tal-kumpens ta’ SATA għall-OSP fil-perjodu 2009-2019 kien jammonta għal mill-anqas EUR 65,5 miljun (106), inklużi: (i) EUR 19,2-il miljun ta’ kostijiet addizzjonali mġarrba minn SATA Air Açores, li ma kinux ikkumpensati taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku (“PSCs”), la permezz tal-allowances kumpensatorji, u lanqas permezz tal-mekkaniżmi ta’ stabbiliment mill-ġdid finanzjarju, u (ii) EUR 46,3 miljun ta’ kostijiet irrappurtati minn Azores Airlines fl-erba’ rotot ta’ OSP (jiġifieri esklużi r-rotot kummerċjali u liberalizzati) (107). |
|
(103) |
Skont il-Portugall, l-ammonti awditjati ma jirriflettux id-defiċit operattiv reali fit-twettiq tar-rotot tal-OSP ta’ SATA (jiġifieri 14-il rotta ta’ OSP operati minn SATA Air Açores u erba’ rotot minn Azores Airlines), li jkun ugwali għal madwar EUR 98 miljun, peress li tali defiċit, minbarra l-EUR 65,5 miljun imsemmija hawn fuq, jinkludi wkoll ammont addizzjonali ta’ EUR 33 miljun, li jikkonsisti fid-differenza bejn it-talbiet ta’ SATA biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ finanzjarju tagħha u l-ammont effettivament imħallas mill-ARA fil-perjodu 2009-2019. Il-Portugall għalhekk jispjega li din is-sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja ddeterminat il-ħtieġa li l-Kunsill tal-Gvern tar-Reġjun jikkonforma ma’ rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (108), kif ukoll mar-regoli nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji relatati mat-telf ta’ nofs il-kapital azzjonarju mħallas minħabba t-telf akkumulat (109). |
|
(104) |
B’mod partikolari, fir-rigward tat-trasport bejn il-gżejjer, il-Portugall jispjega li l-14-il rotta servuti minn SATA li huma organizzati fi tliet raggruppamenti (Ponta Delgada, Terceira u Horta) ilhom offruti mill-2002 skont, l-ewwel, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (110) u, sussegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Il-kuntratt ta’ servizz pubbliku (“PSC”) attwali, fdat lil SATA wara offerta pubblika ngħata għal 5 snin, mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-31 ta’ Ottubru 2026 (il-premessa 19). |
|
(105) |
Il-PSCs kollha kienu jinkludu metodu ex ante għall-kalkolu tal-kumpens, l-allowance annwali u mekkaniżmu għall-aġġustamenti tal-kumpens sabiex jiġi żgurat li SATA ma tkunx ikkumpensata żżejjed għall-forniment tas-servizz pubbliku. Madankollu, kif imsemmi (il-premessi 32 u 102), il-Portugall isostni li SATA Air Açores ġarrbet kostijiet addizzjonali biex tipprovdi servizzi ta’ OSP li ma kinux ikkumpensati la permezz ta’ allowance annwali u lanqas permezz ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni ex post u l-ammont ta’ telf awditjat kien ta’ EUR 19,2-il miljun (għalkemm SATA kienet talbet EUR 50,9 miljun biex tkopri d-defiċit reali). |
|
(106) |
Fir-rigward tar-rotot servuti minn Azores Airlines taħt OSP mhux ikkumpensati (il-premessa 20), il-Portugall jispjega li t-tliet konnessjonijiet mal-Portugall kontinentali (ir-rotot Liżbona-Santa Maria-Liżbona, Liżbona-Pico-Liżbona u Liżbona-Horta-Liżbona) u r-rotta Ponta Delgada-Funchal, li fiha Azores Airlines hija l-uniku trasportatur tal-ajru, qed jiġu eżaminati mill-ġdid biex jiġi żgurat li dawn ir-rotot ikollhom kumpens adegwat li jiġi stabbilit fuq bażi ex ante. Dan ikun jinvolvi l-għeluq tar-rotot ta’ OSP (li issa huma miftuħin għal-linji tal-ajru kollha li jixtiequ joperawhom taħt OSP mingħajr kumpens) u l-għoti ta’ PSC b’kumpens permezz ta’ offerta f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Il-Portugall isostni li:
|
|
(107) |
Il-Portugall jikkonferma li Azores Airlines kienet tissottometti fuq bażi regolari (kull żewġ staġuni) pjan ta’ operazzjonijiet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (“ANAC”) fejn kienet tesprimi l-interess tagħha li topera dawk ir-rotot skont il-kundizzjonijiet tal-OSP u mingħajr kumpens. Madankollu, il-Portugall isostni li SATA għandha tiġi kkumpensata għal dawk is-servizzi ta’ OSP, li ġġeneraw, kif deskritt (il-premessi 57 u 102), defiċit operattiv ta’ EUR 46,3 miljun bejn l-2009 u l-2019. Kif muri (il-premessa 102), il-Portugall isostni li ż-żidiet kapitali tal-passat lil SATA (il-premessa 2) kienu jirrappreżentaw kumpens ex post għad-defiċit tal-OSP, li b’mod komplessiv ġie ċċertifikat bħala ugwali għal mill-anqas EUR 65,5 miljun sal-2019. Madankollu, SATA ħallset lura l-ammont korrispondenti (il-premessa 116). |
|
(108) |
Il-Portugall jispjega li Azores Airlines sofriet ukoll telf fuq ir-rotot li kienet isservi bejn l-Azores u l-Amerika ta’ Fuq u li dan it-telf jenħtieġ li jiġi kkumpensat ukoll. B’mod partikolari, id-defiċit operazzjonali għar-rotot bejn l-Azores u l-Amerika ta’ Fuq bejn l-2009 u l-2019 huwa stmat għal EUR 47,2 miljun. Il-Portugall isostni li dawk ir-rotot huma de facto SGEI, kif operati fl-interess pubbliku, u li konsegwentement il-kumpens ta’ dan id-defiċit jenħtieġ li jitqies bħala kompatibbli skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (112), peress li t-traffiku annwali ma jaqbiżx it-300 000 passiġġier. |
|
(109) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2021, il-Portugall issottometta aktar kummenti dwar: (i) l-inkarigu tal-OSP lil SATA u lil Azores Airlines, kif ukoll tal-SGEI lil SGA; (ii) il-proporzjonalità tal-għajnuna u l-limitazzjoni tagħha għall-minimu; (iii) il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, u (iv) il-konformità mal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. |
|
(110) |
L-argumenti relatati mal-ħtieġa tal-OSP u tal-SGEIs fdati lil SATA fid-dawl tal-ħtiġijiet soċjoekonomiċi speċifiċi tar-reġjun ultraperiferiku tal-Azores jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira għal dak li diġà ġie ddikjarat fil-komunikazzjonijiet preċedenti mill-Portugall (il-premessi 64 sa 66). Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna, il-Portugall itenni li kwalunkwe kondiviżjoni tal-piżijiet minn kredituri subordinati, bħad-detenturi ta’ bonds, tagħmel ħsara lill-fiduċja tas-suq u tfixkel il-prospetti futuri ta’ finanzjament ta’ SATA. Barra minn hekk, skont il-Portugall, dan ikun jinvolvi effetti konsegwenzjali potenzjali għall-amministrazzjoni reġjonali u kumpaniji oħra tas-settur pubbliku reġjonali, minħabba li l-maġġoranza tad-dejn finanzjarju ta’ SATA huwa ggarantit mill-ARA. |
|
(111) |
Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-Portugall neħħa gradwalment il-ħlas lura ta’ […] ta’ EUR […] miljun ( […] ), matul il-perjodu ta’ ristrutturar, filwaqt li impenja ruħu għall-ogħla livell possibbli ta’ tħassir tad-dejn (il-premessi 49 sa 50). Il-Portugall itenni wkoll l-argumenti tiegħu relatati mal-konsegwenzi negattivi ta’ kwalunkwe kondiviżjoni tal-piżijiet imposta fuq kredituri subordinati, bħad-detenturi ta’ bonds, peress li din tagħmel ħsara lill-fiduċja tas-suq u tfixkel il-prospetti futuri ta’ finanzjament ta’ SATA u jallega effetti konsegwenzjali potenzjali fuq l-amministrazzjoni reġjonali u kumpaniji oħra tas-settur pubbliku reġjonali, minħabba li l-maġġoranza tad-dejn finanzjarju ta’ SATA huwa ggarantit mir-Reġjun. |
|
(112) |
Peress li SATA hija impriża pubblika reġjonali kompletament ikkontrollata, il-Portugall jinsisti li l-uniċi riżorsi li hija tista’ tipprovdi bħala kontribuzzjoni proprja huma t-tnaqqis fil-kostijiet u fid-dejn u l-bejgħ ta’ assi. Sabiex juri li l-kontribuzzjonijiet ta’ SATA huma reali u preċiżi, fil-komunikazzjoni tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2021 il-Portugall jissottometti evidenza ta’ ftehimiet u negozjati relatati mat-tnaqqis fil-kostijiet tal-pjan ta’ ristrutturar għal madwar EUR […] miljun (il-premessa 49). |
|
(113) |
Fir-rigward tal-bejgħ ippjanat ta’ 51 % ta’ Azores Airlines u n-negozju tal-groundhandling, il-Portugall jimpenja ruħu li jimplimenta ċ-ċessjoni sa tmiem l-2025 (113), u li jippreżenta pjan komprensiv għall-privatizzazzjoni, li jiddettalja l-impenn tal-ARA. |
|
(114) |
Skont il-Portugall (il-premessa 51), […], il-kontribuzzjoni proprja komplessiva tkun ta’ madwar […] %, li tirrappreżenta rata sinifikanti, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi ta’ SATA u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Azores bħala reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni, kif ukoll żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE (114). |
|
(115) |
F’termini ta’ miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, fis-sottomissjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 il-Portugall jikkjarifika li l-bejgħ ta’ sehem ugwali għal mill-anqas 51 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja f’Azores Airlines se jirriżulta f’telf ta’ kontroll tas-sussidjarja minn SATA Air Açores u, finalment, mir-Reġjun tal-Azores. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Portugiżi jaqblu li jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ governanza korporattiva li jiżguraw li […] (115). |
|
(116) |
Fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”, fl-1 ta’ Ġunju 2021 il-Portugall issottometta evidenza li SATA kienet ħallset lura ż-żidiet kapitali sottoskritti mill-ARA mill-2017, fi tliet pagamenti li jammontaw għal EUR 72,6 miljun: EUR 24 000 000 fis-16 ta’ Marzu 2021, EUR 27 000 000, fis-17 ta’ Marzu 2021 u EUR 21 580 735, fis-26 ta’ Mejju 2021. SATA pproċediet ukoll bit-tnaqqis korrispondenti tal-kapital azzjonarju tagħha, eżegwit u rreġistrat fir-Reġistru Kummerċjali Portugiż. Fit-30 ta’ Novembru 2021, il-Portugall ikkonferma li kien irkupra mgħax li jammonta għal EUR 815 233,24 f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004. |
4.2. Kummenti dwar l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi
4.2.1. Il-kummenti tal-Portugall dwar l-osservazzjonijiet ta’ Ryanair
|
(117) |
Bħala punt preliminari, l-awtoritajiet Portugiżi jenfasizzaw l-importanza li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar il-kumpaniji pubbliċi reġjonali u warrbu l-ilmenti ta’ Ryanair dwar in-nuqqas ta’ trasparenza. Il-Portugall isostni li l-informazzjoni li hija meħtieġa li tkun disponibbli għall-pubbliku (ir-rapporti finanzjarji u r-rapporti annwali) dwar SATA hija faċilment disponibbli. Huwa jirreferi wkoll għal dokumentazzjoni u rapporti, bħal dak tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża (116) jew dak imħejji mill-Parlament Reġjonali tal-Azores (117), li huma pubbliċi u jistgħu jinstabu faċilment. B’kuntrast ma’ dan, l-informazzjoni li għaliha Ryanair ssostni li ma għandha l-ebda aċċess hija preċiżament l-informazzjoni li l-Kummissjoni talbet lill-Portugall jipprovdi skont il-proċedura ta’ investigazzjoni miftuħa biex jiġu vvalutati ż-żidiet kapitali tal-passat. |
|
(118) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni fid-deċiżjoni dwar il-kumpens tal-OSP, il-Portugall jispjega li, peress li l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni dwar iż-żidiet kapitali tal-passat, ma kienx f’idejn il-Kummissjoni li tipprovdi informazzjoni li tappoġġa l-possibbiltà li dawk iż-żidiet kienu ġew diretti biex jirrimedjaw il-kumpens insuffiċjenti għall-forniment tal-OSP. Għall-kuntrarju, il-Portugall jissottolinja li huwa f’idejn l-awtoritajiet Portugiżi li jinvokaw raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà taż-żidiet kapitali tal-passat u li juru li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà huma ssodisfati, kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (118). |
|
(119) |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-allegata kunfidenzjalità eċċessiva tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Portugall iwieġeb li d-dritt li s-sigrieti kummerċjali u l-informazzjoni kunfidenzjali ma jsirux pubbliċi u d-dmir tal-Kummissjoni skont it-termini tal-Artikolu 287 tat-TFUE jenħtieġ li ma jiġux ipperikolati mid-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati, bħal Ryanair, li jissottomettu kummenti dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. Fi kwalunkwe każ, il-Portugall jindika ċ-ċarezza tad-deċiżjoni ta’ estensjoni fid-dettaljar tas-sorsi tal-kontribuzzjoni proprja ta’ SATA - li huma spjegati, minbarra fil-premessa 23, imsemmija minn Ryanair, fil-premessa 21 u mbagħad huma vvalutati fil-premessi 71 u 74 - filwaqt li l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huma analizzati fil-premessi 83 sa 89 tal-imsemmija deċiżjoni (119). |
|
(120) |
Fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, bi tweġiba għall-ilment ta’ Ryanair li dawk iż-żidiet ma kinux konformi mat-test tal-“investitur f’ekonomija tas-suq”, l-awtoritajiet Portugiżi jsostnu li Ryanair ma tispjegax għaliex tali test jenħtieġ li jkun applikabbli għal dan il-każ, jew għaliex l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta f’sejba tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. Il-Portugall isostni li, kif stabbilit minn ġurisprudenza stabbilita, it-test tal-“investitur f’ekonomija tas-suq” jenħtieġ li ma jkunx applikabbli u għandu jkun adegwat għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-attivitajiet ta’ SATA. Fil-fatt, SATA ma toperax taħt kundizzjonijiet normali tas-suq minħabba li hija fdata bil-forniment ta’ SGEIs u OSP li jsegwu l-politika tar-Reġjun li jiżgura kontinwità territorjali xierqa tal-Azores mal-Portugall kontinentali u mad-dijaspora tal-Azores fl-Amerika ta’ Fuq. |
|
(121) |
Il-Portugall jiċħad ukoll l-affermazzjoni ta’ Ryanair dwar il-possibbiltà li tiġi invokata l-pandemija tal-COVID-19 bħala ċirkostanza li tiġġustifika tluq mill-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. Il-Portugall isostni li l-attivitajiet ta’ SATA qatt ma waqfu kompletament matul ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, peress li SATA kienet twettaq rwol essenzjali. Wara li dawk l-attivitajiet reġgħu bdew, SATA kompliet tiġi affettwata mill-pandemija tal-COVID-19 b’mod differenti minn linja tal-ajru normali, peress li SATA sservi rotot ta’ OSP biex tiżgura konnettività territorjali, li hija ma tistax twaqqaf jew tnaqqas mingħajr ma tpoġġi dawk l-OSP f’riskju, kemm jekk ikunu profittabbli kif ukoll jekk le. |
|
(122) |
Il-Portugall jenfasizza li d-dħul ta’ kompetitur ġdid ma jiggarantix il-frekwenza jew il-kontinwità tar-rotot u ma jkunx konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta’ OSP u l-ħtiġijiet ta’ konnettività tar-Reġjun tal-Azores. B’mod partikolari, jekk wieħed jikkalkula s-sehem mis-suq ta’ kull kumpanija għal kull rotta internazzjonali diretta lejn / mill-Azores fl-2019, Ryanair għandha total ta’ 9.8 %, filwaqt li Azores Airlines għandha 75 %: minħabba d-differenza rilevanti fil-preżenza rispettiva tagħhom, ma jkunx probabbli anki għal Ryanair li tissostitwixxiha fir-rotot tal-Azores fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju. F’dak ir-rigward, il-ħruġ ta’ SATA mis-suq ikun ta’ detriment kbir għal dan ir-reġjun ultraperiferiku. Fir-rigward tal-konnessjonijiet fi ħdan l-arċipelagu, il-fatt li SATA Air Açores dejjem kienet l-unika linja tal-ajru li pparteċipat fl-offerti pubbliċi mnedija mill-2002, inkluża l-aktar waħda reċenti mnedija fl-4 ta’ Ġunju 2021 għall-għoti ta’ rotot ta’ OSP bejn il-gżejjer, juri, fil-fehma tal-Portugall, in-nuqqas ta’ interess ta’ linji tal-ajru oħra biex joperaw f’dan is-suq. Bl-istess mod, SATA hija l-uniku trasportatur tal-ajru li ssottometta pjanijiet ta’ operazzjonijiet lill-ANAC biex jopera rotot ta’ OSP li jgħaqqdu l-Azores mal-Portugall kontinentali u mal-Madeira, anki jekk, fir-rigward ta’ tali rotot ta’ OSP, il-Portugall jiċċara li dawn ma humiex soġġetti għal offerta pubblika, iżda għal proċedura anqas stretta. Il-Portugall jenfasizza li dan in-nuqqas ta’ interess fir-rotot ta’ OSP kompla minkejja l-kapaċità żejda li, kif issostni Ryanair, il-pandemija ħolqot. Barra minn hekk, il-Portugall jirrimarka li l-linji tal-ajru li daħlu fir-rotot liberalizzati fejn kienet topera SATA ħarġu ftit wara, speċjalment minħabba l-kundizzjonijiet operattivi partikolari u atipiċi (120). |
|
(123) |
Biex jikkaratterizza l-ispeċifiċità tas-suq tal-Azores, il-Portugall isostni li s-sitwazzjoni ta’ SATA ma tistax titqabbel ma’ dik ta’ Spanair jew ta’ Malév, b’differenza minn dak li targumenta Ryanair. Fil-fatt, dawk il-kumpaniji falluti kienu joperaw fi swieq kummerċjali attraenti differenti mir-rotot tal-Azores minn perspettiva ġeografika, soċjali u ekonomika. Il-ħruġ mis-suq ta’ SATA ma jinċentivax il-kompetizzjoni, fil-fehma tal-Portugall, għaż-żewġ raġunijiet li ġejjin: (i) it-tnaqqis fil-livell tad-domanda minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-kontinwità territorjali meħtieġa fir-Reġjun, li tinvolvi l-impossibbiltà li jitwaqqaf it-titjir; u (ii), fil-każijiet ta’ Spanair u ta’ Malév, iż-żieda fid-domanda, wara l-ħruġ mis-suq taż-żewġ linji tal-ajru msemmija, kienet ir-riżultat ta’ fatturi esterni u mhux ta’ linji tal-ajru aktar effiċjenti. |
|
(124) |
Fir-rigward tat-twaqqif propost ta’ rotot mhux ta’ OSP/SGEI, il-Portugall jallega li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Ryanair li hija tkun tista’ tissostitwixxi lil Azores Airlines fir-rotot kummerċjali tagħha lejn il-kontinent, Ryanair żammet għadd limitat ta’ frekwenzi fuq ir-rotot tagħha mil-liberalizzazzjoni tal-konnessjonijiet bejn São Miguel u Terceira lejn Liżbona u Oporto, fl-2015, u ma żiditx dawn il-frekwenzi meta dawk ta’ SATA tnaqqsu, pereżempju fi Frar u f’Marzu 2021 (121). Barra minn hekk, Ryanair ma tipprovdix servizzi tat-trasport bl-ajru lejn l-Amerika ta’ Fuq biex tiżgura l-konnettività mad-dijaspora tal-Azores, u lanqas servizzi ta’ merkanzija bl-ajru għall-esportazzjoni u l-forniment ta’ merkanzija lejn l-ARA. Iż-żewġ servizzi huma fundamentali għall-Azores, l-ewwel attività biex iġġib l-investiment barrani u t-turiżmu, it-tieni waħda biex tappoġġa l-ekonomija lokali: fl-2019, kważi [55-65] % tal-merkanzija bl-ajru lejn/mill-Azores (madwar […] elf tunnellata) ġiet żgurata minn Azores Airlines, inkluż il-ħut frisk (madwar [55-65] % tal-merkanzija totali ta’ Azores Airlines), il-posta (madwar [5-15] %) u l-provvisti mediċi (madwar [0-5] %). |
|
(125) |
Bl-istess mod, il-Portugall jiċħad l-interpretazzjoni ta’ Ryanair li l-pandemija tal-COVID-19 ma tistax tikkwalifika bħala ċirkostanza eċċezzjonali u mhux prevista billi jirreferi għall-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (122) adottat mill-Kummissjoni. |
|
(126) |
Fl-aħħar nett, il-Portugall jargumenta li l-allokazzjoni tar-rotot ta’ OSP lil SATA saret f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u jikkonferma d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-deskrizzjoni tar-rotot ta’ Ryanair bejn l-Azores u l-bqija tal-Unjoni, kif ukoll ir-rotot diretti lejn u mill-Azores operati minn TAP. |
4.2.2. Il-kummenti tal-Portugall dwar l-osservazzjonijiet tal-PPM
|
(127) |
Dwar l-allegazzjoni tal-PPM rigward l-ineżattezza ta’ xi informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Portugiżi li tirriżulta f’tentattiv biex jitħalltu l-attivitajiet ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines, il-Portugall iqis li, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-ftuħ, kif ukoll tal-ispjegazzjonijiet ulterjuri ppreżentati lill-Kummissjoni, ma hemm l-ebda taħwid possibbli bejn dawk il-kumpaniji. |
|
(128) |
Il-Portugall isostni li l-kummenti tal-PPM fihom diversi allegazzjonijiet mhux issostanzjati u/jew mhux veritiera. L-ewwel nett, il-lista ta’ kompetituri ta’ Azores Airlines ipprovduta mill-PPM ma hijiex preċiża, minħabba li TAP u Ryanair biss jikkompetu ma’ SATA fl-istess swieq, filwaqt li r-rotot regolari operati minn Azores Airlines huma differenti minn dawk operati minn White, Euroatlantic, Cabo Verde Airlines u Binter. Dawk il-linji tal-ajru, fil-fatt, ma joperawx rotot regolari mill-Azores. Fir-rigward ta’ Binter, il-linja tal-ajru topera rotta fl-arċipelagu ta’ Madeira li qabel kienet operata minn SATA Air Azores taħt kuntratt pubbliku għall-perjodu mill-2011 sal-2013. Fir-rigward ta’ EasyJet, hija kienet tikkompeti biss ma’ Azores Airlines fuq ir-rotot liberalizzati bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali sakemm ħarġet minn dawk ir-rotot fl-2017. B’kollox, 12-il trasportatur tal-ajru ppruvaw joperaw fis-suq tal-Azores, iżda kellhom jabbandunawh mill-2016 minħabba n-nuqqas ta’ profittabbiltà (123). Anki l-konnessjonijiet mal-Istati Uniti u l-Kanada li huma ta’ importanza kruċjali għar-Reġjun ġeneralment ġew żgurati minn Azores Airlines. B’mod partikolari, skont is-sottomissjoni tal-Portugall, Delta biss kienet topera r-rotta minn Ponta Delgada għal New York, minn Mejju 2018 sa Settembru 2019, u r-rotta diretta ta’ TAP bejn Ponta Delgada għal Boston, imnedija f’Lulju 2020, twaqqfet. |
|
(129) |
Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-PPM li r-rotot ta’ OSP ġew esplorati biss – fuq bażi volontarja – minn Azores Airlines u li t-telf jista’ jiġi spjegat min-nuqqas ta’ konformità tal-Portugall mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-Portugall iwieġeb li r-rotot bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali tqiesu bħala rotot ta’ OSP mill-1998 u li l-avviżi ta’ informazzjoni u emendi ulterjuri dejjem ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-1998 sal-2015. Madankollu, fil-perjodu bejn l-2005 u l-2015, ma kinitx meħtieġa offerta pubblika, peress li r-rotot kienu operati mingħajr kuntratt ta’ konċessjoni jew kumpens korrispondenti: b’mod partikolari, TAP u Azores Airlines kienu qed joperaw Liżbona-Horta, TAP kienet l-uniku trasportatur li jopera Liżbona-Pico, filwaqt li Azores Airlines kienet l-unika waħda li topera Liżbona-Santa Maria. Minn Marzu 2015, dawk ir-rotot kienu evolvew minħabba l-liberalizzazzjoni ta’ xi wħud minnhom, filwaqt li l-kundizzjonijiet ewlenin marbuta mal-fornimenti tas-servizz ġew immodifikati wkoll. Il-Portugall jikkonkludi li l-istabbiliment tar-rotot ta’ OSP u l-attribuzzjoni tagħhom dejjem kienu konformi mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u, kif deskritt fis-sottomissjonijiet tiegħu, minn Marzu 2015 ’il quddiem, Azores Airlines kienet l-uniku trasportatur tal-ajru li wera interess fl-operat tar-rotot ta’ OSP (miftuħa) u li ssottometta pjanijiet ta’ operazzjonijiet lill-ANAC. Il-Portugall, għalhekk, jenfasizza li l-operat ta’ dawk ir-rotot ma sarx abbażi tal-profittabbiltà tagħhom. Il-Portugall isostni wkoll li l-allegazzjonijiet ta’ eċċess u kumplessità tal-OSP u tar-regoli tal-offerti ma għandhom l-ebda bażi, peress li (i) huma segwew il-mudell ġenerali għal dan it-tip ta’ offerti, (ii) ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni u approvati skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Bl-istess mod, il-Portugall jirribatti l-allegazzjoni mill-PPM li l-offerta għar-rotot bejn il-gżejjer hija għar-rotot kollha bħala grupp billi jfakkar li tali possibbiltà hija espressament prevista mir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, peress li l-formulazzjoni tal-Artikolu 16(10) ta’ dak ir-Regolament tapplika b’mod ċar għas-sitwazzjoni speċifika tal-Azores fil-fehma tal-Portugall. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tal-PPM li l-kumpens finanzjarju mħallas lil SATA Air Açores għall-OSP jikkostitwixxi wkoll sussidju illegali ta’ Azores Airlines, il-Portugall jispjega li l-ammonti mħallsa mhux biss ma jippermettu l-ebda trasferiment lil Azores Airlines, iżda fil-fatt ma jkoprux id-defiċits iġġenerati mill-operazzjonijiet ta’ tali rotot (124). |
4.2.3. Il-kummenti tal-Portugall dwar l-osservazzjonijiet ta’ partijiet oħra
|
(130) |
Minn naħa waħda, il-Portugall jissottolinja r-rimarki pożittivi magħmula fir-rigward tar-rwol essenzjali ta’ SATA għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Azores u biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali nazzjonali u internazzjonali tal-Azores mal-Unjoni. Il-Portugall jirrimarka wkoll li dawk il-kummenti jenfasizzaw il-kompatibbiltà taż-żidiet kapitali tal-passat mar-regoli tal-Unjoni, billi dawk iż-żidiet għandhom impatt negliġibbli fuq il-kompetizzjoni u fis-suq intern, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konnettività tad-dijaspora tal-Azores. Barra minn hekk, xi kummenti jiddeskrivu wkoll l-ispeċifiċità ta’ SATA fuq ir-rotot li joperaw SATA Air Açores u Azores Airlines, minħabba li l-mudell ta’ SATA ma jiġix replikat mill-kompetituri tagħha, li finalment jista’ jkun ta’ detriment kbir għall-komunità tal-immigranti tal-Azores. |
|
(131) |
Min-naħa l-oħra, biex jissottolinja aktar ir-rwol essenzjali ta’ SATA, il-Portugall josserva li xi kummenti jinsistu fuq il-qagħda mbiegħda tar-Reġjun tal-Azores u n-nuqqas ta’ konnessjoni tiegħu mas-suq intern, li jista’ jiskoraġġixxi l-kummerċ u jkun ta’ xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija. Il-Portugall isostni wkoll li partijiet terzi bħal AJFA, SDABS, u Brampton Travel AG (BTA) jenfasizzaw ir-rilevanza tar-rotot tal-Amerika ta’ Fuq għal skopijiet ta’ negozju u investiment. Minn perspettiva ekonomika, il-Portugall jenfasizza li partijiet terzi jenfasizzaw ir-rilevanza ta’ SATA għas-settur tat-turiżmu, li huwa essenzjali għall-iżvilupp tar-Reġjun. SATA tiżgura l-aċċess għal oġġetti essenzjali u mhux essenzjali minn barra li huma meħtieġa għall-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu. Ir-rwol “li ma jistax jitkejjel” ta’ SATA fil-katina kollha tal-valur tat-turiżmu huwa deskritt mill-APAVT (u mill-ATA). |
|
(132) |
L-awtoritajiet Portugiżi jsostnu wkoll li l-kummenti, b’mod partikolari dawk magħmula mill-Federazzjoni Agrikola tal-Azores u l-Federazzjoni tas-Sajd tal-Azores għas-setturi tas-sajd u tal-agrikoltura, enfasizzaw ir-rwol distintiv ta’ SATA għall-produtturi tar-Reġjun biex jiġi żgurat l-aċċess għal opportunitajiet indaqs (billi jiġu żgurati d-distribuzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti bejn il-gżejjer, il-Portugall kontinentali, u territorji oħra). |
|
(133) |
Fl-aħħar nett, il-Portugall jissottolinja li, lil hinn mill-appoġġ ipprovdut mis-servizzi tal-ajru ta’ SATA għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità lokali, li mingħajru l-irkupru tar-Reġjun mill-pandemija attwali jkun prattikament impossibbli, ċerti partijiet terzi li ssottomettew osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, bħall-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet tar-Reġjun tal-Azores, issottolinjaw li SATA għandha rwol essenzjali fiċ-ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali pprovokati mill-pandemija tal-COVID-19, inter alia, għat-trasport ta’ tagħmir mediku lejn ir-Reġjun. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIZURI
|
(134) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk l-għajnuna għar-ristrutturar, jiġifieri s-self dirett tal-Gvern Reġjonali ta’ EUR 144,5 miljun u l-assunzjoni tad-dejn ta’ EUR 173,75 miljun, li jammontaw għal EUR 318,25 miljun li għandhom jiġu kkonvertiti f’ekwità, kif ukoll il-garanzija mill-Istat ta’ EUR 135 miljun li għandha tingħata sal-2028 fuq self minn banek u/jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, tinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u, jekk iva, jekk tali għajnuna hijiex legali u kompatibbli mas-suq intern. |
|
(135) |
L-istess valutazzjoni se titwettaq ukoll fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, peress li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali mibdija fid-deċiżjoni tal-ftuħ tikkonċerna wkoll dawk il-miżuri (125). Dik il-valutazzjoni titwettaq fil-premessi 242 sa 248. |
|
(136) |
B’kuntrast ma’ dan, tali valutazzjoni mhux se titwettaq fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ lil SATA nnotifikata fit-13 ta’ Awwissu 2020 (il-premessa 1), minħabba li n-notifika inkwistjoni ġiet irtirata aktar tard fis-6 ta’ April 2022 u li l-għajnuna għas-salvataġġ ma kinitx daħlet fis-seħħ (il-premessa 12). Filwaqt li l-għajnuna għas-salvataġġ bħala tali ma ngħatatx lil SATA, il-Kummissjoni tinnota li, b’reazzjoni għan-notifika mill-Portugall tal-għajnuna għas-salvataġġ, id-deċiżjoni tal-ftuħ approvat appoġġ ta’ likwidità lil SATA skont il-punt 103 tal-Linji Gwida R&R biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-SGEI fis-servizzi tat-trasport bl-ajru u fis-servizzi ta’ ġestjoni tal-ajruporti pprovduti minn SATA matul l-investigazzjoni formali dwar l-għajnuna għas-salvataġġ. Dak l-appoġġ ġie sussegwentement estiż għal EUR 255,5 miljun u mtawwal, kif approvat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (il-premessa 7) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2021 (il-premessa 11). Filwaqt li l-appoġġ inizjalment ingħata fil-forma ta’ garanziji fuq is-self, fid-deċiżjoni tal-aħħar, il-Kummissjoni approvat sostituzzjoni, mill-Portugall, tal-garanziji pubbliċi b’self dirett tal-azzjonisti lil SATA, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ammont ta’ EUR 82,5 miljun li l-ARA ma setgħetx tirriporta għall-baġit tal-2022. Madankollu, il-kompatibbiltà ta’ dak l-appoġġ diġà ġiet ivvalutata fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-premessi 2, 7 u 11 f’konformità mal-punt 103 tal-Linji Gwida R&R u hija indipendenti mill-kompatibbiltà tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala tali. Għalhekk, l-għajnuna għas-salvataġġ bħala tali ma ġietx implimentata u, bħala riżultat tal-irtirar tan-notifika dwar dik l-għajnuna, il-Kummissjoni ma għadhiex mitluba teżamina l-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna għas-salvataġġ. |
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(137) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(138) |
Il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan is-sinifikat ta’ din id-dispożizzjoni tirrikjedi għalhekk li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk huwa xieraq li jiġi eżaminat separatament jekk il-miżuri jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat. |
5.1.1. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(139) |
Il-miżuri jinvolvu atti amministrattivi u deċiżjonijiet pubbliċi. |
|
(140) |
L-għajnuna għar-ristrutturar hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi pubbliċi li ġejjin mill-baġit tar-Reġjun tal-Azores. B’mod partikolari, ir-Reġjun tal-Azores, bħala l-uniku azzjonist ta’ SATA, se jipprovdi mir-riżorsi tal-baġit tiegħu: (i) l-injezzjonijiet ta’ kapital meħtieġa ta’ EUR 144,5 miljun biex tiżdied l-ekwità mnaqqsa ta’ SATA; (ii) il-fondi għall-finanzjament tal-assunzjoni tad-dejn fl-ammont ta’ EUR 173,75 miljun, li għandhom jiġu kkonvertiti wkoll f’kapital; u (iii) il-garanzija sal-2028 fl-ammont ta’ EUR 135 miljun fuq self minn banek u/jew entitajiet finanzjarji oħra. Fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, kif sabet il-Kummissjoni fil-premessa 39 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Reġjun tal-Azores issottoskriva għal dawk iż-żidiet (issa rimborżati bl-imgħax) billi uża riżorsi mill-baġit tiegħu u abbażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill tal-Gvern tar-Reġjun (il-premessi 102-103). |
|
(141) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali, bħal reġjun, huma riżorsi tal-Istat u d-deċiżjonijiet adottati minn tali awtoritajiet huma meqjusa bħala imputabbli lill-Istat. Għalhekk, il-miżuri ta’ hawn fuq huma imputabbli lill-Istat u ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-miżuri deskritti hawn fuq jinvolvu riżorsi tal-Istat u d-deċiżjonijiet li jingħataw huma imputabbli lill-Istat. |
5.1.2. Vantaġġ
|
(143) |
Vantaġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (126). |
|
(144) |
Fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar lil SATA, kemm is-self tal-azzjonisti u l-assunzjoni tad-dejn li għandhom jiġu kkonvertiti f’kapital kif ukoll il-garanzija fuq is-self ipprovdut mir-Reġjun tal-Azores jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju, minħabba li, fis-sitwazzjoni speċifika u fiċ-ċirkostanzi attwali, SATA ma tistax tikseb kapital jew tiġbor finanzjament b’dejn b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr garanzija pubblika (kif rikonoxxut mill-Portugall, il-premessa 67). Fil-fatt, mingħajr intervent mill-Istat, SATA kważi ċertament ma tibqax fin-negozju fi żmien qasir, peress li l-ebda investitur privat ma jidher lest li jinjetta kapital u l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma hija lesta li toffri finanzjament ġdid. L-għajnuna għar-ristrutturar ma hijiex meħtieġa biex jiġi ppreservat jew jiżdied il-valur tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-ARA. Għall-kuntrarju, il-finanzjament ma jidhirx li jista’ jipprovdi lill-azzjonisti redditu proporzjonat mar-riskju meħud. Il-Portugall ma jsostnix li tali redditu fil-fatt se jinkiseb. Fil-fatt, l-evidenza disponibbli turi li, filwaqt li huwa kapaċi jipprovdi redditu adegwat u jħallas lill-Istat fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar (it-Tabella 1.A u l-premessi 206 et seq.), it-telf tal-ewwel 4 snin tal-perjodu ta’ ristrutturar huwa ferm ogħla mill-qligħ pożittiv fi tmiem ir-ristrutturar. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ ristrutturar ta’ 5 snin, id-dħul akkumulat mistenni jibqa’ ferm taħt il-kost tal-opportunità tal-ekwità (16 % skont il-premessa 206). |
|
(145) |
Fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, il-Kummissjoni tikkonferma l-pożizzjoni espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ (127). Il-Portugall jispjega li dawk il-miżuri ttieħdu parzjalment biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tirrikjedi li l-azzjonisti jiddeliberaw fuq injezzjoni ta’ kapital f’każ ta’ telf tal-kapital azzjonarju mħallas bħala riżultat tat-telf akkumulat (il-premessa 102), iżda dan ma jispjegax għaliex ir-Reġjun għażel li jipprovdi aktar kapital lil SATA pjuttost milli, pereżempju, ipoġġiha f’likwidazzjoni jew f’insolvenza. Il-Portugall ma jsostnix li dawk il-miżuri kienu sostnuti minn xi previżjonijiet li jikkonvinċu azzjonist f’ekonomija tas-suq iżid l-investiment tiegħu f’kumpanija bil-għan li jinkiseb redditu fuq l-investiment konformi mas-suq. Lanqas ma hemm allegazzjonijiet jew provi mressqa fil-proċedimenti mill-Portugall jew mill-partijiet li juru li r-rikapitalizzazzjoni ta’ SATA mill-2017 kienet ibbażata fuq jew tappoġġa pjan ta’ direzzjoni tan-negozju operattiv u finanzjarju mmirat biex tittejjeb l-effiċjenza tal-operat u eventwalment il-profittabbiltà tal-parteċipazzjoni azzjonarja tar-Reġjun f’SATA. Għall-kuntrarju, il-Portugall isostni li dawk iż-żidiet kapitali kienu jammontaw għal kumpens tad-defiċits operattivi li kienu jirriżultaw mill-operat tal-OSP u ta’ SGEI de facto li jikkonċerna t-titjiriet ta’ SATA lejn l-Amerika ta’ Fuq (il-premessi 102 sa 108). Il-Kummissjoni għalhekk issostni li meta daħħal fis-seħħ dawk il-miżuri, ir-Reġjun ma aġixxiex fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist (jew investitur), iżda bħala awtorità pubblika. |
|
(146) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-Portugall ma semmiex li d-deċiżjonijiet ta’ hawn fuq ittieħdu abbażi ta’ evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli għal dawk li, f’ċirkostanzi simili, operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq b’karatteristiċi simili għal dawk tal-awtoritajiet Portugiżi kien iwettaq biex jiddetermina l-profittabbiltà jew il-vantaġġi ekonomiċi tal-miżuri, qabel ma jiddeċiedi dwar l-investiment intenzjonat. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżuri jipprovdu lil SATA b’finanzjament li l-benefiċjarju ma jistax u ma setax jikseb fis-suq, u b’hekk jagħtu vantaġġ ekonomiku lil SATA skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.3. Selettività
|
(148) |
Il-miżuri jagħtu vantaġġ biss lil SATA, permezz tal-eżerċizzju tad-diskrezzjoni għal ammont ad hoc iddeterminat b’referenza għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarju (il-premessi 43 sa 51). Kif iddikjarat il-Qorti (128), meta tkun involuta għajnuna individwali, l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku hija, fil-prinċipju, biżżejjed biex tappoġġa l-preżunzjoni li miżura hija selettiva. Dan huwa minnu irrispettivament minn jekk ikunx hemm operaturi fis-swieq rilevanti li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali jew legali komparabbli. |
|
(149) |
Filwaqt li l-Portugall ipprovda jew għadu jista’ jipprovdi għajnuna mill-Istat lil linji tal-ajru oħra li jikkompetu ma’ SATA, fi kwalunkwe każ, l-injezzjoni ta’ kapital u l-garanziji fuq is-self ma humiex parti minn miżura aktar wiesgħa ta’ politika ekonomika ġenerali biex jiġi pprovdut l-istess tip ta’ appoġġ ad hoc lill-impriżi, li jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tal-miżuri, attivi fis-settur tal-avjazzjoni jew f’setturi ekonomiċi oħra, iżda huma disponibbli biss għal SATA. |
|
(150) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma selettivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.4. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(151) |
Meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-UE, tali impriża trid titqies bħala affettwata minn dik l-għajnuna. Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħin għall-kompetizzjoni. F’dak ir-rigward, il-fatt li settur ekonomiku ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni huwa element li jista’ jservi biex jiddetermina li l-għajnuna għandha effett reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(152) |
SATA hija linja tal-ajru reġjonali li tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru fuq rotot li jgħaqqdu l-gżejjer tal-arċipelagu tal-Azores, kif ukoll li jgħaqqdu dawk il-gżejjer mal-kontinent, Madeira u għadd ta’ destinazzjonijiet fl-Amerika ta’ Fuq (Boston, Oakland, Toronto u Montreal), fejn hija stabbilita d-dijaspora Portugiża lokali. Anki jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna ma huwiex involut direttament fil-kummerċ transfruntier fi ħdan l-Unjoni, minħabba li s-settur tal-avjazzjoni huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fl-Unjoni u trasportaturi oħra jistgħu jipprovdu dawk ir-rotot f’kompetizzjoni ma’ SATA, il-miżuri notifikati jistgħu jtejbu l-pożizzjoni tal-benefiċjarju fir-rigward ta’ impriżi kompetituri reali jew oħrajn potenzjali li ma għandhomx aċċess għal appoġġ simili mill-Istat mill-Portugall jew li jridu jiffinanzjaw l-operazzjonijiet bil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(153) |
Għalhekk, il-miżuri jistgħu joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.2. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(154) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar u ż-żidiet kapitali tal-passat favur SATA jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3. Legalità tal-miżuri
|
(155) |
Il-Kummissjoni tqis li billi nnotifika u żamm lura milli jimplimenta l-għajnuna għar-ristrutturar qabel l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni, il-Portugall ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
|
(156) |
L-għajnuna għas-salvataġġ innotifikata fit-13 ta’ Awwissu 2020 ma ġietx implimentata qabel l-irtirar ta’ dik in-notifika (il-premessa 12). B’kuntrast ma’ dan, iż-żidiet kapitali tal-passat ingħataw mingħajr notifika minn qabel u ġew rimborżati biss bl-imgħax mal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
5.4. Kompatibbiltà mas-suq intern
|
(157) |
L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jistipula li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ċerti żoni tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern meta tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(158) |
Għalhekk, sabiex l-għajnuna tiġi ddikjarata bħala kompatibbli, minn naħa waħda, din trid tkun immirata biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi u, min-naħa l-oħra, din ma tridx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Skont it-tieni kundizzjoni, b’mod partikolari, il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna proposta għall-iżvilupp tal-attivitajiet, li l-għajnuna hija maħsuba li tappoġġa, kontra l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern (129). |
|
(159) |
Il-Portugall iqis li l-għajnuna għar-ristrutturar tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida R&R. |
|
(160) |
Fid-dawl tan-natura u tal-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni u l-affermazzjonijiet tal-awtoritajiet Portugiżi, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Linji Gwida R&R. Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ kumpanija mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE (130). |
|
(161) |
Meta teżamina jekk l-għajnuna għar-ristrutturar ikollhiex effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni twettaq test tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u l-Linji Gwida R&R. F’dak it-test, dment li l-benefiċjarju jkun eliġibbli biex jirċievi għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-attivitajiet li l-għajnuna tkun maħsuba li tappoġġa kontra l-effetti negattivi maħluqa mill-impatt tal-għajnuna mill-Istat fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, billi tivvaluta b’mod partikolari kif il-miżura ta’ għajnuna timminimizza d-distorsjonijiet fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat, l-adegwatezza, il-proporzjonalità, it-trasparenza tal-għajnuna, il-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni). |
|
(162) |
Dan ta’ hawn fuq huwa mingħajr preġudizzju għall-fatt li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq dik il-bażi jridu jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni (131). |
|
(163) |
Fid-dawl tan-notifika u tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni formali dwar l-għajnuna għar-ristrutturar, ma jirriżultax li l-għajnuna għar-ristrutturar jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, jew l-attivitajiet ekonomiċi faċilitati mill-għajnuna, jistgħu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, kif muri mill-Portugall, l-14-il rotta li jgħaqqdu d-disa’ gżejjer tar-Reġjun permezz tat-trasport bl-ajru bejn il-gżejjer tal-arċipelagu tal-Azores ġew fdati esklużivament lil SATA Air Açores biex jiġu operati taħt OSP f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (it-Taqsima 2.1.1, il-premessi 18 u 19). Bl-istess mod, l-erba’ rotot bejn l-Azores u l-Portugall kontinentali u Madeira, meqjusa bħala rotot ta’ OSP mill-1998, ġew operati bħala OSP miftuħa minn Azores Airlines wara avviżi ta’ informazzjoni ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-1998 sal-2015 f’konformità mal-istess regoli rilevanti tal-Unjoni (il-premessa 20). Minn Marzu 2015, ir-rotot taħt OSP inbidlu minħabba l-liberalizzazzjoni ta’ xi wħud minnhom, filwaqt li Azores Airlines reġgħet kienet l-uniku trasportatur tal-ajru li wera interess fl-operat ta’ dawk ir-rotot ta’ OSP, mingħajr esklużività u mingħajr kumpens, u li ssottometta pjanijiet ta’ operazzjonijiet lill-ANAC (il-premessa 107). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma bagħtitx opinjoni motivata lill-Portugall dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni li jkollu relazzjoni ma’ dan il-każ, u lanqas ma rċeviet ilmenti li jistgħu jissuġġerixxu li l-għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet marbuta magħha jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna jistgħu jmorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, minbarra l-Artikolu 107 u 108 tat-TFUE. |
|
(164) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ OSP u ta’ SGEI, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dubji mqajma dwar jekk dawn jiġux definiti, imposti u fdati f’konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni għad-durata tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (132) ġew allevjati mill-informazzjoni pprovduta mill-Portugall dwar it-tiġdid tal-PSC ta’ 5 snin għar-rotot intra-gżejjer, kif ukoll dwar offerta futura għar-rotot lejn il-Portugall kontinentali u Madeira li jenħtieġ li tiġi organizzata fil-perjodu tal-pjan ta’ ristrutturar, filwaqt li l-SGEIs huma fdati permezz ta’ konċessjoni mogħtija lil SGA sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2025 (il-premessi 19 sa 23). |
5.4.1. Eliġibbiltà: impriża f’diffikultà
|
(165) |
Sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, benefiċjarju jrid jikkwalifika bħala impriża f’diffikultà skont it-tifsira tat-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida R&R. B’mod partikolari, il-punt 20 tal-Linji Gwida R&R jispjega li impriża titqies li tkun f’diffikultà meta, mingħajr intervent mill-Istat, tkun kważi ċertament ikkundannata li tagħlaq l-operat tagħha fit-terminu qasir jew medju. Dan ikun il-każ meta sseħħ mill-anqas waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-ittri (a) sa (d) tal-punt 20 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(166) |
Kif deskritt fil-premessi 14, 30 u 31, SATA hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li ppreżentat ammont ta’ ekwità totali negattiv ta’ EUR -369,3 miljun fi tmiem l-2020, li juri li l-kapital azzjonarju sottoskritt kollu tagħha kien sparixxa. L-aħħar rapporti u projezzjonijiet awditjati disponibbli […], sabiex […] hija tibqa’ impriża f’diffikultà kif definit fil-punt 20(a) tal-Linji Gwida R&R. |
|
(167) |
Skont il-punt 21 tal-Linji Gwida R&R, impriża maħluqa ġdida li tkun ilha topera għal anqas minn 3 snin ma hijiex eliġibbli għal għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar. Il-benefiċjarju ma huwiex impriża maħluqa ġdida, peress li ġie stabbilit fl-1941, u għalhekk aktar minn 3 snin ilu (il-premessa 14). |
|
(168) |
Skont il-punt 22 tal-Linji Gwida R&R, kumpanija li tappartjeni għal grupp kummerċjali akbar jew li tkun qed tiġi akkwistata minnu normalment ma tkunx eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. Il-benefiċjarju huwa kompletament u individwalment proprjetà tal-ARA u, għalhekk, ma huwiex parti minn grupp kummerċjali akbar (il-premessa 14). |
|
(169) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li SATA hija impriża f’diffikultà u hija eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. |
5.4.2. L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika jew ta’ żona ġeografika
|
(170) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, l-għajnuna mill-Istat, biex titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, trid tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi. |
|
(171) |
F’dak ir-rigward, biex jintwera li l-għajnuna għar-ristrutturar tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet jew żoni, l-Istat Membru li jagħti dik l-għajnuna jrid juri li l-għajnuna jkollha l-għan li tipprevjeni t-tbatija soċjali jew tindirizza falliment tas-suq. Fil-kuntest speċifiku tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tinnota li, kif rikonoxxut fil-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, fil-fatt, il-ħruġ mis-suq huwa importanti għall-proċess aktar wiesa’ tat-tkabbir fil-produttività, u b’hekk is-sempliċi prevenzjoni ta’ impriża milli toħroġ mis-suq ma tiġġustifikax b’mod suffiċjenti l-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar hija fost l-aktar tipi distortivi ta’ għajnuna mill-Istat, peress li dawn jinterferixxu mal-proċess tal-ħruġ mis-suq. Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ir-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew ta’ żoni ekonomiċi, anke lil hinn mill-attivitajiet imwettqin mill-benefiċjarju stess. Dan ikun il-każ meta, fin-nuqqas ta’ tali għajnuna, il-falliment tal-benefiċjarju jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali, u b’hekk jimpedixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi u/jew taż-żoni li jkunu affettwati minn tali sitwazzjonijiet. Lista mhux eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn hija stabbilita fil-punt 44 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(172) |
Sitwazzjonijiet bħal dawn iseħħu, inter alia, meta l-għajnuna tevita r-riskju ta’ interruzzjoni għall-kontinwità tal-forniment ta’ SGEI, jew ta’ servizz importanti, li jkun diffiċli li jiġi replikat u fejn ikun diffiċli għal kwalunkwe kompetitur sempliċiment li jintervjeni, jew fejn il-benefiċjarju jkollu rwol sistemiku importanti f’reġjun jew f’settur li l-ħruġ tiegħu minnu jkollu konsegwenzi negattivi potenzjali (133). Billi tippermetti lill-benefiċjarju jkompli bl-operazzjonijiet tiegħu, l-għajnuna b’hekk tipprevjeni tali falliment tas-suq jew tbatija soċjali. Fil-każ tal-għajnuna għar-ristrutturar, madankollu, dan jgħodd biss meta l-għajnuna tippermetti lill-benefiċjarju jikkompeti fis-suq fuq il-merti proprji tiegħu, li jista’ jiġi żgurat biss jekk l-għajnuna tkun ibbażata fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. |
|
(173) |
Għalhekk, il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta jekk l-għajnuna tkunx maħsuba sabiex tipprevjeni sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali (it-taqsima 5.4.2.1) u jekk tkunx akkumpanjata minn pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju (it-taqsima 5.4.2.2). |
5.4.2.1.
|
(174) |
Fost is-sitwazzjonijiet fejn is-salvataġġ jew ir-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew żoni ekonomiċi, il-punt 44(b), (c) u (d) tal-Linji Gwida R&R isemmi każijiet fejn l-għajnuna tkun maħsuba biex tevita r-riskju li t-tkabbir ekonomiku jiġi mxekkel mit-tfixkil ta’ servizz importanti bħala konsegwenza tal-ħruġ tal-benefiċjarju mis-suq (il-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R), jew bil-falliment ta’ impriża bi rwol sistemiku importanti fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat (il-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R), jew ir-riskju li tiġi interrotta l-kontinwità ta’ SGEI (il-punt 44(d) tal-Linji Gwida R&R). |
L-għajnuna tevita t-tfixkil ta’ servizz importanti
|
(175) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (134), il-Kummissjoni qieset li l-għajnuna għar-ristrutturar lil SATA evitat it-tfixkil ta’ servizz importanti li kien diffiċli li jiġi rreplikat u fejn ikun diffiċli għall-kompetituri li sempliċiment jintervjenu (f’konformità mal-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R). |
|
(176) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri ta’ likwidità u ta’ ristrutturar għandhom l-għan li jipprevjenu sitwazzjoni li fiha SATA tagħlaq l-operat tagħha minħabba d-diffikultajiet li kienet qed tesperjenza fl-aħħar snin, li kienu aggravati b’mod akut mill-pandemija tal-COVID-19, u li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, l-ebda trasportatur ieħor ma wera interess kummerċjali f’rotot alternattivi jew komplementari, u b’hekk l-għajnuna hija essenzjali biex jiġi evitat riskju serju u imminenti ta’ tfixkil għas-servizzi pprovduti minn SATA (135). Peress li linja tal-ajru jeħtieġ li jkollha likwidità suffiċjenti biex iżżomm il-liċenzja operattiva tagħha, fid-dawl tal-evidenza disponibbli u t-telf operatorju reċenti u mistenni għal kull waħda mil-linji tal-ajru ta’ SATA (it-Tabella 1.A) huwa ċar li fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar, SATA ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ pagament u l-obbligazzjonijiet tagħha u, għalhekk, tkun meħtieġa tapplika għall-insolvenza u twaqqaf l-attività tagħha (il-premessa 64). Peress li l-benefiċjarju jipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija u jimmaniġġja ajruporti żgħar (il-premessi minn 17 sa 23), mingħajr intervent mill-Istat hemm riskju serju ta’ tfixkil f’servizzi essenzjali, li mingħajrhom titnaqqas il-konnettività u l-kontinwità territorjali tal-arċipelagu tal-Azores u tal-Unjoni. Tali konnettività hija saħansitra aktar importanti fid-dawl tal-fatt li r-Reġjun tal-Azores huwa reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni u, bħala tali, għandu dgħufijiet permanenti, inkluża d-distanza msemmija hawn fuq mill-kontinent Ewropew, kif rikonoxxut mill-Artikolu 349 tat-TFUE, li tagħmel ħsara lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu. |
|
(177) |
Is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni huma kkontestati minn Ryanair. Barra minn hekk, Ryanair targumenta li l-kapaċità żejda kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 tippermetti kompetituri aktar effiċjenti jidħlu u jirreplikaw ir-rwol ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines. B’mod speċifiku, Ryanair issostni li hija tkun tista’ tieħu f’idejha r-rotot kollha ta’ SATA Air Açores u ta’ Azores Airlines lejn il-kontinent fi ftit jiem. |
|
(178) |
Il-Kummissjoni tqis li l-allegazzjonijiet ta’ Ryanair huma bla bażi fid-dawl tas-sottomissjonijiet ta’ partijiet terzi u tal-informazzjoni sottomessa u l-impenji meħuda mill-Portugall. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Ryanair fl-osservazzjonijiet tagħha, ma hemm l-ebda evidenza – la bħala informazzjoni ta’ sostenn u lanqas permezz ta’ studju tas-suq – ta’ sostituzzjoni potenzjali tar-rwol ta’ SATA fl-arċipelagu tal-Azores bil-kapaċità żejda kontinwa ġġenerata mill-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, Ryanair ma żiditx il-konnessjonijiet tagħha mal-Azores meta SATA naqqset it-titjiriet tagħha, u lanqas ma pparteċipat fl-offerta pubblika għar-rotot ta’ OSP imnedija fl-4 ta’ Ġunju 2021. B’mod aktar ġenerali, Ryanair żammet regolarità limitata fir-rotot tagħha mil-liberalizzazzjoni tal-konnessjonijiet bejn São Miguel u Terceira ma’ Liżbona u Oporto, fl-2015, u ma żiditx dawn il-frekwenzi minn meta tnaqqsu dawk ta’ SATA (il-premessa 124). |
|
(179) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, filwaqt li xi wħud mir-rotot ta’ SATA jistgħu jkunu attraenti għal kompetitur fuq bażi awtonoma u/jew staġunali, ma hemm l-ebda indikazzjoni li xi kompetitur jista’ jieħu f’idejh it-totalità tar-rotot ta’ SATA, inklużi l-OSP/SGEI u l-attivitajiet tal-merkanzija, li huma ta’ rilevanza speċifika mhux biss għall-industrija tas-sajd, iżda wkoll għall-konsenja tal-posta u provvisti mediċi lill-arċipelagu tal-Azores, u b’hekk jirrappreżentaw servizz importanti ħafna għall-komunità lokali (il-premessi 17 sa 28). F’dan is-sens, għall-kuntrarju tal-possibbiltà ddikjarata tas-sostituzzjoni ta’ SATA, l-ebda wieħed mill-kompetituri diretti, inkluża Ryanair, ma wera interess li jiżviluppa konnettività diretta mal-arċipelagu tal-Azores f’dawn l-aħħar snin u l-ebda wieħed minnhom ma jipprovdi servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (il-premessi 25 u 124). B’mod partikolari, fid-dawl tar-riżultati tal-proċedura reċenti ta’ offerti għall-għoti tar-rotot ta’ OSP biex jiġi konness l-arċipelagu tal-Azores, fejn SATA reġgħet kienet l-uniku trasportatur li ppreżenta offerta (il-premessi 19 u 122), ma jkunx biss diffiċli, iżda wkoll mhux realistiku li wieħed jistenna li xi kompetitur jissostitwiha b’mod sħiħ fi żmien qasir. |
|
(180) |
Kif sostna l-Portugall, SATA tipprovdi konnessjonijiet uniċi billi toffri skedi regolari tal-ivvjaġġar fl-arċipelagu tal-Azores u minn dawk il-gżejjer lejn il-Portugall kontinentali u ż-żoni ta’ residenza ewlenin tal-komunità tad-dijaspora Portugiża (il-premessi 17 sa 26). Dak in-network ta’ konnessjonijiet huwa partikolarment importanti minħabba li r-residenti tal-Azores ma jistgħux jiddependu fuq modi alternattivi ta’ trasport, kemm għall-mobbiltà bejn il-gżejjer kif ukoll għall-ivvjaġġar barra mill-arċipelagu (il-premessa 29). Minbarra tali servizz essenzjali tat-trasport bl-ajru, u lil hinn mir-rotot ta’ OSP, SATA tappoġġa b’mod sinifikanti u deċiżiv wieħed mill-aktar elementi rilevanti tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Azores, jiġifieri t-turiżmu. B’mod speċifiku, mingħajr appoġġ mill-operazzjonijiet ta’ SATA biex il-vjaġġaturi jitwasslu fl-arċipelagu tal-Azores, segment importanti tal-kumpaniji lokali - jiġifieri l-lukandi, ir-ristoranti, il-kumpaniji li jorganizzaw avvenimenti soċjali u kulturali, il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u kumpaniji oħra relatati mal-attivitajiet tat-turiżmu - ikollu aktar diffikultajiet biex jibqa’ ħaj mill-pandemija tal-COVID-19 (it-taqsima 3.2.2). |
|
(181) |
Partijiet terzi jenfasizzaw li jiddependu fuq is-servizzi ta’ SATA għal parti kbira tan-negozju u l-attivitajiet tagħhom, li jsofru telf konsiderevoli fil-fatturat mingħajr l-operazzjonijiet ta’ SATA. Kif jissottolinja wkoll il-Portugall, il-biċċa l-kbira tan-negozju lokali, li diġà huwa affettwat ħafna mill-pandemija tal-COVID-19, ma setax jibqa’ ħaj minn din il-kriżi mingħajr it-turiżmu. F’dan is-sens, il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet terzi li ssottomettew kummenti – b’mod partikolari, is-sħab kummerċjali, bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar, l-operaturi turistiċi, l-assoċjazzjonijiet tal-lukandi, l-aġenziji tal-biljetti u l-fornituri, minbarra l-korpi li jirrappreżentaw id-dijaspora u l-komunità kummerċjali tal-Amerika ta’ Fuq – effettivament ikkonfermaw is-sejbiet tal-Kummissjoni (il-premessi 68 u 175) fir-rigward tar-rwol uniku ta’ SATA għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Azores u, kif muri mill-Portugall, il-probabbiltà żgħira li trasportaturi tal-ajru oħra fuq distanzi twal jew bi prezz baxx jirreplikaw il-preżenza u l-attivitajiet tagħhom fl-Azores fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju (il-premessi 122 sa 124). |
|
(182) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-falliment tal-benefiċjarju jirriskja li jfixkel servizz importanti tat-trasport li jipprovdi konnettività u network madwar ir-reġjun kollu u, sa ċertu punt anqas, konnettività u network internazzjonali - li jgħaqqad ir-Reġjun ultraperiferiku tal-Azores internament u mal-kontinent u Madeira, kif ukoll mal-komunità li titkellem bil-Portugiż fl-Amerika ta’ Fuq - li huwa diffiċli li jiġi rreplikat b’mod sħiħ għal fornituri oħra, kif stabbilit fil-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R. |
L-għajnuna tappoġġa impriża bi rwol sistemiku fir-Reġjun
|
(183) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni (136), l-għajnuna għar-ristrutturar tfittex ukoll li tevita r-riskju ta’ ħruġ ta’ impriża bi rwol sistemiku importanti fir-Reġjun, skont it-tifsira tal-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R. |
|
(184) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li SATA għandha rwol ewlieni fl-ekonomija tal-Azores mhux biss f’termini ta’ konnettività u turiżmu, iżda wkoll f’termini ta’ livell ta’ impjieg (il-premessi 14 sa 27). F’dan ir-rigward, il-ħruġ mis-suq ta’ SATA x’aktarx li jwassal għal tbatija soċjali severa: (i) direttament, bħala wieħed mill-impjegaturi ewlenin ta’ dan it-territorju ultraperiferiku tal-Unjoni, b’1 150 impjieg li jintilfu fil-livell lokali; (ii) indirettament, bħala appoġġ essenzjali għall-ekonomija reġjonali u, għalhekk, għall-impjegaturi lokali, permezz tas-servizzi tagħha tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija. B’mod partikolari, SATA ġġorr kważi nofs il-passiġġieri minn barra lejn l-Azores u 100 % tal-passiġġieri fost l-arċipelagu tal-Azores, u b’hekk tappoġġa b’mod sinifikanti l-industrija tat-turiżmu lokali, li tirrappreżenta madwar 13 % tal-PDG tal-ARA (il-premessi 21, 26 u 65). |
|
(185) |
Il-falliment ta’ SATA jwassal ukoll għal effetti konsegwenzjali negattivi fuq il-klijenti u l-fornituri diretti u indiretti tagħha, b’kont meħud li 100 % tal-merkanzija bl-ajru fid-disa’ gżejjer tal-Arċipelagu hija ġestita minn SATA Air Açores u, permezz ta’ Azores Airlines, aktar minn [60-70] % tal-merkanzija bl-ajru (inklużi l-ħut, il-posta u l-provvisti mediċi) minn u ’l barra mill-Azores (il-premessa 25). Minħabba dan ir-rwol fundamentali għall-iżvilupp territorjali tal-Azores, il-ħruġ ta’ SATA għalhekk iwassal għal tbatija soċjali u ekonomika severa għal dan ir-Reġjun ultraperiferiku, li diġà qed jiffaċċja sfidi importanti minħabba d-distanza ġeografika u d-distakk soċjoekonomiku mal-Portugall kontinentali u l-bqija tal-Unjoni (il-premessi 65 sa 67). |
|
(186) |
L-impatt bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 kompla jaggrava dawn il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, b’kont meħud ukoll tal-effetti negattivi fuq it-turiżmu, li jirrappreżenta, kif irrimarkat, wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ġid tar-Reġjun tal-Azores, ugwali għal madwar 13 % tal-PDG tal-Azores fl-2019. Għalhekk, kif sostnut mill-Portugall, il-falliment ta’ SATA jxekkel b’mod sinifikanti l-irkupru ekonomiku ta’ din iż-żona diġà żvantaġġata (il-premessa 65). |
|
(187) |
Barra minn hekk, kif muri mill-osservazzjonijiet ta’ bosta partijiet terzi, SATA twettaq attività essenzjali fit-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali u soċjali tal-Azores, inter alia, billi tiżgura l-konnessjoni permanenti bejn id-disa’ gżejjer imxerrda tal-arċipelagu, kif ukoll billi żżid l-aċċessibbiltà tan-nies u tal-assi mill-Azores għall-Portugall kontinentali u l-Unjoni, kif ukoll għall-Istati Uniti u l-Kanada, fejn tgħix parti kbira mid-dijaspora tal-Azores (il-premessi minn 93 sa 101). F’dan is-sens, il-falliment ta’ SATA jkollu konsegwenzi negattivi wkoll għall-komunità Portugiża tad-dijaspora li, minħabba n-nuqqas ta’ trasportaturi tal-ajru alternattivi, tkun tista’ tilħaq dan ir-Reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni biss b’mod indirett u wara vjaġġ twil. |
|
(188) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, kemm bħala impjegatur kif ukoll bħala element ċentrali fil-katina ekonomika għal ħafna impriżi oħra fl-Azores, kif ukoll bħala mezz biex tiġi żgurata l-koeżjoni territorjali u soċjali ta’ tali Reġjun, il-benefiċjarju jista’ jitqies bħala impriża bi rwol sistemiku importanti fir-Reġjun, skont il-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R. |
Riskju ta’ interruzzjoni ta’ SGEI
|
(189) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-ħruġ ta’ SATA jirriskja li jinterrompi l-SGEIs ipprovduti lir-Reġjun tal-Azores u lill-Portugall, li għalihom jirreferi l-punt 44(d) tal-Linji Gwida R&R. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll fid-deċiżjoni tal-ftuħ li t-titjiriet ta’ OSP ipprovduti minn SATA Air Açores u minn Azores Airlines huma SGEIs ipprovduti lir-Reġjun u lill-Portugall (137). Din hija parti importanti u predominanti mill-attivitajiet ta’ SATA. Għalhekk, huwa stabbilit li l-falliment potenzjali ta’ SATA jwassal għal interruzzjoni tal-kontinwità tal-forniment tal-SGEI lir-Reġjun u lill-Portugall. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-argument ta’ Ryanair dwar il-possibbiltà li SATA tiġi sostitwita anki fi żmien qasir, is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni rigward l-importanza ta’ SATA biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali tar-Reġjun ultraperiferiku tal-Azores mal-Unjoni ġew appoġġati b’mod qawwi minn 17 minn 19-il parti terza li ssottomettew kummenti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-proċedura ta’ offerti mnedija fl-2021 għar-rotot intra-gżejjer ippermettiet lil Ryanair tissostitwixxi lil SATA f’tali rotot ta’ OSP, kieku kienet interessata li tespandi l-operazzjonijiet tagħha għal dik l-attività, filwaqt li l-proċedura ta’ offerti li se tiġi organizzata għall-konnessjoni tal-Azores mal-Portugall kontinentali u Madeira se tagħti aktar opportunitajiet lill-kompetituri kollha ta’ SATA biex jissostitwuha fir-rotot ta’ OSP lejn/mill-Azores. Fl-aħħar nett, l-impenji meħuda mill-Portugall biex iċedi lil Azores Airlines (il-premessi 62 sa 63), joffru lil Ryanair, kif ukoll lil kompetituri oħra l-opportunità li jieħdu f’idejhom ir-rotot kummerċjali kollha ta’ SATA u, għalhekk, li jissostitwixxu kompletament jew parzjalment lil SATA f’tali attività wkoll. |
|
(191) |
Barra minn hekk, ċerti ajruporti għandhom rwol importanti f’termini ta’ konnettività reġjonali ta’ reġjuni iżolati, remoti jew periferali, b’mod partikolari, fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, sabiex il-ġestjoni ta’ tali ajruport tista’ titqies bħala SGEI jekk parti miż-żona potenzjalment servuta mill-ajruport tkun, mingħajr l-ajruport, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sa punt li jippreġudika l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Portugall, għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ (138) li l-ajruporti operati minn SGA jipprovdu SGEI għar-Reġjun, li mingħajru l-konnettività u l-kontinwità territorjali tal-Portugall u tal-Unjoni jitnaqqsu. |
|
(192) |
Għalhekk, mill-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni jirriżulta li, fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju, fis-sitwazzjoni u l-prospettiva inċerti maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19, l-għajnuna għar-ristrutturar hija essenzjali wkoll biex jiġi evitat riskju serju u imminenti ta’ interruzzjoni għall-kontinwità tal-OSP u tal-SGEIs ipprovduti minn SATA, kif imsemmi fil-punt 44(d) tal-Linji Gwida R&R. |
|
(193) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru li jgħaqqdu lill-ARA billi tippermetti li jinżammu servizzi importanti, inklużi OSP/SGEI, li jistgħu jkunu f’riskju li ma jiġux replikati, fl-intier tagħhom jew b’mod ġenerali simili u mingħajr tbatija soċjali, minn kompetituri fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju, b’konsegwenzi negattivi potenzjali fuq l-ekonomija aktar ġenerali tar-Reġjun, minħabba l-effetti persistenti tal-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 (il-punt 44 (b), (c) u (d) tal-Linji Gwida R&R). |
5.4.2.2.
|
(194) |
Barra minn hekk, skont il-punt 46 tal-Linji Gwida R&R, l-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar irid ikun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Ir-rimedjar tal-kawżi li wasslu għad-diffikultà tal-benefiċjarju, billi jiġi ffaċilitat ir-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà fit-tul, huwa kundizzjoni meħtieġa sabiex l-għajnuna għar-ristrutturar isservi l-iżvilupp tal-attivitajiet u taż-żoni ekonomiċi fejn jopera l-benefiċjarju. L-għajnuna għar-ristrutturar tappoġġa pjan ta’ ristrutturar wiesa’ li jinkludi l-firxa sħiħa ta’ attivitajiet ta’ SATA. |
|
(195) |
L-għajnuna għar-ristrutturar jenħtieġ li tingħata biss biex tappoġġa pjan ta’ ristrutturar realistiku, koerenti u estensiv, li l-miżuri tiegħu jridu jkunu mfassla biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, waqt li tiġi eskluża kwalunkwe għajnuna ulterjuri lil hinn minn dik li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar ta’ SATA. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet tal-benefiċjarju u d-dgħufijiet tal-benefiċjarju nnifsu, u juri kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti se jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-benefiċjarju (139). |
|
(196) |
Ir-riżultati tar-ristrutturar iridu jintwerew f’varjetà ta’ xenarji, b’mod partikolari billi jiġu identifikati l-parametri ta’ prestazzjoni u l-fatturi ta’ riskju prevedibbli ewlenin. Ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju jrid jirriżulta f’redditu xieraq fuq il-kapital investit wara li jiġu koperti l-kostijiet, mingħajr ma jiddependi fuq suppożizzjonijiet ottimisti dwar fatturi bħall-varjazzjonijiet fil-prezz jew fid-domanda. Il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta impriża tkun tista’ tipprovdi redditu proġettat xieraq fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji u tkun tista’ wkoll tikkompeti fis-suq bil-merti proprji tagħha (140). |
Valutazzjoni tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji
|
(197) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-projezzjonijiet tal-irkupru tat-traffiku tal-ajru tal-benefiċjarju huma bbażati fuq sorsi affidabbli tal-industrija (il-premessa 43), u li l-irkupru tal-prestazzjoni tal-linji tal-ajru ta’ SATA għal-livell tal-2019 huwa appoġġat mill-aħħar żviluppi. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar. F’dak ir-rigward, l-aħħar prospettiva mill-IATA ta’ Marzu 2022 (141) f’termini ta’ għadd globali ta’ vjaġġaturi, l-industrija tal-linji tal-ajru tmur lura għal-livelli tal-2019 bejn l-2023 u l-2024, b’titjib fis-swieq ewlenin tal-Atlantiku tat-Tramuntana u dawk intra-Ewropej (u aktar ottimista meta mqabbla mal-prospettiva tal-IATA ta’ Novembru 2021). Abbażi tad-data pprovduta mill-Portugall, […] (142). Dan huwa appoġġat mill-għeluq solidu tal-2021 bi dħul li żdied bi [...] % u EBITDA li żdied bi [...] % (għadu mhux awditjat) vs. il-pjan ta’ ristrutturar, filwaqt li l-2022 kienet ikkaratterizzata minn bidu b’saħħtu, bil-prenotazzjonijiet tal-passiġġieri fl-ewwel nofs huma pproġettati li jilħqu tkabbir ta’ [...] % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li abbażi tal-prospettiva tal-IATA, jista’ jkun mistenni rkupru saħansitra aktar mgħaġġel għat-titjiriet domestiċi (li mistennija jilħqu l-livelli tal-2019 sal-2023) u għat-titjiriet turistiċi, u għalhekk il-Kummissjoni ssib li t-tkabbir fid-dħul previst minn SATA huwa plawżibbli. Il-projezzjonijiet tad-dħul tal-benefiċjarju juru b’mod raġonevoli użu mtejjeb tal-kapaċità tal-flotta u l-ottimizzazzjoni tat-titjiriet f’konformità mal-medji tal-industrija, kif ukoll il-marġni għall-progress fil-konnessjonijiet tal-Azores meta mqabbla ma’ gżejjer oħra fl-Unjoni (il-premessi 65 u 66). Fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-kostijiet, ir-ritorn tal-benefiċjarju għall-profittabbiltà jiddependi fuq it-tiġdid tal-flotta li jnaqqas il-kostijiet operatorji, inkluż il-fjuwil, it-tnaqqis tal-kostijiet lavorattivi kif ukoll l-innegozjar mill-ġdid tal-kuntratti ta’ provvista, kif deskritt fil-premessi 44 sa 46. Dawk il-miżuri jassumu wkoll remunerazzjoni adegwata tal-OSP (li għalihom il-kumpens ma għadux jiġi kkalkulat abbażi tal-kostijiet operatorji bħal qabel ir-ristrutturar) jew inkella irtirar mill-OSP imwettqa fil-preżent meta l-Azores jiġu konnessi mal-Portugall kontinentali u/jew ma’ Madeira. |
|
(198) |
Fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni tinnota li l-benefiċjarju diġà ffirma ftehimiet mat-trade unions tiegħu (il-premessi 47 sa 50). Dawn il-ftehimiet jipprevedu […]. Barra minn hekk, il-benefiċjarju diġà kiseb tnaqqis ta’ […] impjegat […] (il-premessa 49(b)(3)). B’mod ġenerali, meta jitqies li l-benefiċjarju diġà kiseb negozjati dwar il-biċċa l-kbira tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet tal-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni ssib li dawk il-projezzjonijiet huma kredibbli (143). |
|
(199) |
Il-Kummissjoni tqis li l-elementi li ġejjin jikkontribwixxu wkoll għall-kredibbiltà tal-projezzjonijiet finanzjarji: (i) il-benefiċjarju diġà identifika u beda jimplimenta diversi miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet għajr il-kostijiet lavorattivi u tal-fjuwil (il-premessi 45 u 46); (ii) il-pjan ta’ ristrutturar jiffoka fuq in-negozju tal-avjazzjoni u jipprevedi l-bejgħ ta’ sehem maġġoritarju f’Azores Airlines (il-premessa 51), li kkontribwixxa għad-diffikultajiet tal-benefiċjarju (it-taqsima 2.2) u tan-negozju tal-groundhandling (il-premessa 54); u (iii), l-għażla ta’ sensittività alternattiva inkluża fix-xenarju tal-każ avvers, u li tirreferi għall-użu alternattiv possibbli tal-inġenji tal-ajru jekk Azores Airlines ma tkunx qed topera OSP fil-futur (il-premessi 58 sa 60), hija wkoll kredibbli, peress li hija appoġġata b’talbiet għal kwotazzjonijiet ta’ titjiriet charter u użi alternattivi validi tal-inġenji tal-ajru u tar-riżorsi li issa huma involuti fl-operat tar-rotot ta’ OSP. |
|
(200) |
Biex tivvaluta l-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni qabblet il-marġni ta’ EBIT mistenni tal-benefiċjarju (jiġifieri l-EBIT diviż bid-dħul) fl-2025 ma’ dak ta’ kampjun ta’ linji tal-ajru li għalihom ġew ipprovduti previżjonijiet ta’ analisti tas-suq tal-ishma għall-istess sena fl-investigazzjoni formali (144). Il-marġni medju ta’ EBIT f’kampjun aktar wiesa’ huwa ta’ 8-12 %, filwaqt li dak tal-benefiċjarju huwa mistenni li jkun ta’ […] %-[…] % għan-negozju tal-linji tal-ajru ta’ SATA u […] % fil-każ tal-attività ta’ ġestjoni tal-ajruporti ta’ SGA inkluż l-influss ta’ flus mistenni tal-kumpensi. Fid-dawl ukoll tal-fatt li l-attività tal-benefiċjarju tinvolvi prinċipalment il-forniment ta’ OSP u SGEIs filwaqt li l-miri tal-kostijiet u tad-dħul tal-benefiċjarju huma suffiċjentement qrib dawk ta’ linji tal-ajru oħra, il-Kummissjoni ssib is-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar bħala kredibbli. |
Valutazzjoni tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà
|
(201) |
Il-Kummissjoni lanqas ma qajmet dubji dwar ir-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà fid-deċiżjoni ta’ estensjoni. Madankollu, fid-dawl taċ-ċifri aġġornati ppreżentati mill-Portugall, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2025, il-benefiċjarju jistenniex li jiġġenera rata ta’ redditu suffiċjenti mill-operat tiegħu u jkun jista’ jikkompeti bil-merti proprji tiegħu. |
Vijabbiltà tal-entitajiet ikkontrollati ta’ SATA wara r-ristrutturar
|
(202) |
Wara ċ-ċessjoni ppjanata tal-unità l-ġdida tal-groundhandling u tas-sehem kontrollanti ta’ 51 % f’Azores Airlines sal-2026, l-entitajiet li jifdal taħt il-kontroll ta’ SATA se jkunu biss SATA Air Açores u SGA, li t-tnejn qed iwettqu OSP u SGEIs. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tar-ritorn għall-vijabbiltà jenħtieġ li tqis dan l-aspett u għalhekk, jenħtieġ li tkun limitata għall-projezzjonijiet li jikkonċernaw dawn iż-żewġ entitajiet. |
|
(203) |
SATA Air Açores se topera skont il-kuntratt ta’ OSP mogħti lilha mir-Reġjun tal-Azores għal perjodu ta’ 5 snin, u se tirċievi l-kumpens kuntrattwali tal-OSP għas-servizzi tagħha. Bl-istess mod, SGA se tkompli tipprovdi servizzi SGEI lill-ħames ajruporti żgħar operati minn SGA. Fi kliem ieħor, il-perimetru tan-negozju li jifdal taħt il-kontroll ta’ SATA se jkun limitat għat-twettiq ta’ OSP bħala fornitur esklużiv ta’ servizzi fir-rotot bejn il-gżejjer u l-ġestjoni tan-negozju ta’ SGEI relatat tal-ajruporti lokali. Bħala eżempju, huwa xieraq li ssir referenza għall-gwida stabbilita fil-Qafas għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku (“Qafas tal-SGEI”) (145) għall-valutazzjoni dwar jekk SATA Air Açores u SGA jkunux jistgħu jipprovdu redditu xieraq fuq il-kapital wara li jkopru l-kostijiet kollha tagħhom. Il-Qafas tal-SGEI jistabbilixxi fil-punt 36 li rata ta’ redditu fuq il-kapital li ma taqbiżx ir-rata ta’ swap rilevanti li tikkorrispondi għad-durata tal-inkarigu flimkien ma’ primjum ta’ 100 punt bażi titqies bħala raġonevoli fi kwalunkwe każ. |
|
(204) |
Skont l-atti ta’ inkarigu rilevanti, id-durata għall-OSP mogħtija lil SATA Air Açores hija ta’ 5 snin (ara l-premessa 19), kif ukoll li dik għas-servizzi SGEI lill-ħames ajruporti tista’ tiġġedded kull 5 snin (ara l-premessa 22), u l-munita tal-kuntratti hija l-Euro. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rata ta’ swap rilevanti għat-tqabbil hija s-swap EURIBOR ta’ 6 xhur (rata interbankarja offruta f’Euro) għal maturità ta’ 5 snin, ugwali għal 0,527 % (146). Għalhekk, ir-referenza għat-tqabbil tkun ta’ 1,527 %. Mill-2023 u sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, l-EBIT ta’ EUR […] miljun tal-perimetru mnaqqas tal-kumpanija (it-Tabella 1.A) jipprovdi […], meħud bħala minimu għal fornitur ta’ SGEI/OSP. Barra minn hekk, il-marġni ta’ EBIT għal SATA Air Açores u SGA flimkien fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar se jkun ta’ […] %, li jaqbel ukoll mal-parametru referenzjarju tal-industrija ta’ marġni ta’ 8-12 % fl-2018/2019 (147). Fuq dik il-bażi, ir-redditu mistenni fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar jidher li huwa adegwat. |
Vijabbiltà tal-perimetru kollu tal-Grupp SATA wara ċ-ċessjoni
|
(205) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll ir-redditi komplessivi għall-Grupp SATA fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri b’kont meħud ukoll tad-49 % ta’ parteċipazzjoni azzjonarja li jifdal f’Azores Airlines. Fir-rigward tal-kapaċità ġenerali tal-benefiċjarju li jiġġenera redditu suffiċjenti mill-operazzjonijiet tiegħu fl-2025, approċċ konswetudinarju huwa li jitqabbel l-ROCE fl-2025 mad-WACC. Jekk tal-ewwel ikun akbar minn tal-aħħar, l-operazzjonijiet ta’ kumpanija jkunu jistgħu jiġġeneraw profitti suffiċjenti biex ikopru l-kost tal-kapital tagħha, li hija indikazzjoni tal-vijabbiltà ta’ dik il-kumpanija. |
|
(206) |
L-ROCE tal-benefiċjarju, li l-kalkolu tiegħu jiddependi fuq il-projezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni vvalutat bħala kredibbli fil-premessi 197 sa 200, huwa mistenni li jkun […] % fl-2025 (it-Tabella 1.A). Il-valur tal-ROCE ta’ […] % mistenni għal SATA huwa ogħla minn WACC ta’ […] % (il-premessa 55). Il-komponenti tad-WACC huma ġġustifikati b’mod xieraq, abbażi ta’ data tas-suq u informazzjoni finanzjarja dwar il-pari tal-benefiċjarju miksuba minn Orbis u Bloomberg (148). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-benefiċjarju se jkun jista’ jirritorna għall-vijabbiltà fl-2025, […]. |
|
(207) |
Barra minn hekk, ir-ROCE tal-benefiċjarju mistenni fl-2025, inkluż in-negozju tal-ajruport, huwa […] mir-ROCE medjan tal-2019 (11,8 %) tal-linji tal-ajru elenkati fil-premessa 56. Din hija indikazzjoni addizzjonali tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà, peress li dawk il-linji tal-ajru, fl-2019, kienu kapaċi jikkompetu fis-suq bil-merti proprji tagħhom. |
|
(208) |
Fir-rigward tal-kapaċità tal-benefiċjarju li jikkompeti fuq il-merti proprji tiegħu fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Grupp SATA se jkollu daqs żgħir ħafna u ambitu limitat ta’ operazzjonijiet li jikkonsistu fit-twettiq ta’ OSP u li jipprovdi SGEIs ġenwini b’kuntratti mogħtija mir-Reġjun tal-Azores, li jillimita r-riskji kummerċjali. Tali OSP jagħtu stabbiltà tal-operazzjonijiet u l-pjan ta’ ristrutturar ma jipprevedix id-diversifikazzjoni għal attivitajiet ġodda aktar riskjużi, sabiex l-affidabbiltà kreditizja ta’ SATA normalment tippermetti aċċess għas-swieq ta’ finanzjament privat mingħajr l-ebda għajnuna mir-Reġjun tal-Azores wara r-ristrutturar. |
|
(209) |
Minbarra x-xenarju bażi, il-Portugall ipprovda wkoll xenarju avvers għad-durata tal-pjan ta’ ristrutturar sa tmiem l-2025 (il-premessa 60). Fid-dawl tal-iżviluppi pożittivi tal-indikaturi ewlenin irreġistrati fl-ewwel tliet kwarti tal-2021 (il-premessa 52), ix-xenarju negattiv huwa konservattiv. Fix-xenarju bi 15 % anqas dħul u mingħajr l-ebda obbligu ta’ OSP, il-benefiċjarju jiġġenera EBIT pożittiv minn […] (it-Tabella 3). Il-kapaċità tal-benefiċjarju li jaċċessa s-swieq kapitali u jikkompeti fuq il-merti proprji tiegħu fl-2025 tkun kważi ekwivalenti għax-xenarju bażi, minħabba li l-pożizzjoni tal-ekwità tkun qed titjieb kontinwament u ssir pożittiva mill-2026 (EUR […] miljun) filwaqt li Azores Airlines fl-ebda każ ma ġġarrab kostijiet mhux ikkumpensati tal-OSP. Filwaqt li x-xenarju avvers jindika impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u l-affidabbiltà kreditizja tal-benefiċjarju, dan ma jipperikolax ir-ritorn ta’ SATA għall-vijabbiltà sal-2025. |
|
(210) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar jenħtieġ li tippermetti lill-benefiċjarju jkun jista’ jikkompeti fuq il-merti proprji tiegħu mingħajr aktar għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar wara tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fi tmiem l-2025. |
Konklużjoni dwar l-iżvilupp ta’ attivitajiet u żoni ekonomiċi
|
(211) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis il-pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju bħala realistiku, koerenti u kredibbli. Bħala tali, huwa xieraq li tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, mingħajr ma ssir dipendenza fuq aktar għajnuna mill-Istat. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 44(b), (c) u (d) u 46 tal-Linji Gwida R&R, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tas-servizzi tat-trasport bl-ajru li jgħaqqdu r-Reġjun tal-Azores, f’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
5.4.3. L-effetti pożittivi tal-għajnuna fuq l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi huma akbar mill-effetti negattivi, f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u ta’ effetti negattivi fuq il-kummerċ
|
(212) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna ma taffettwax b’mod indebitu l-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-ħtieġa, l-effett ta’ inċentiv, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, u li tiġi żgurata t-trasparenza. Huwa neċessarju wkoll li jiġu eżaminati l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u li l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-attivitajiet u taż-żoni ekonomiċi li l-għajnuna jkun beħsiebha tappoġġa, kif deskritt fit-taqsima 5.4.2, jiġu miżuna kontra l-effetti negattivi tagħha fuq is-suq intern. |
5.4.3.1.
|
(213) |
Skont il-punt 53 tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna għar-ristrutturar iridu jipprovdu paragun ma’ xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-Istat, li juri li l-iżvilupp tal-attivitajiet jew taż-żoni ekonomiċi mfittex mill-għajnuna, imsemmi fit-taqsima 3.1.1 tal-Linji Gwida R&R ma jkunx se jintlaħaq jew jintlaħaq fi grad anqas. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu juru li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarju kien jiġi ristrutturat, mibjugħ jew stralċjat b’mod li ma kienx jikseb l-iżvilupp tal-attivitajiet jew taż-żoni ekonomiċi kkonċernati (il-punt 59 tal-Linji Gwida R&R). |
|
(214) |
L-objettiv tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa li jiġi evitat li SATA tagħlaq l-operat tagħha, u b’hekk tevita sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq u tbatija soċjali, li timpedixxi l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru li jgħaqqdu r-Reġjun tal-Azores mal-kontinent. Dak l-objettiv jintlaħaq permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, parzjalment iffinanzjat mill-għajnuna għar-ristrutturar. Il-pjan ta’ ristrutturar juri li fuq perjodu ta’ żmien qasir, mingħajr appoġġ ta’ likwidità, SATA ma tkunx tista’ tkompli tipprovdi trasport essenzjali bl-ajru, tikkonforma mal-obbligi finanzjarji jew ikollha aċċess għas-swieq finanzjarji (il-premessi 64 u 176). Fuq perjodu fit-tul, minħabba l-ekwità negattiva kbira (ta’ EUR - 319,5-il miljun fl-2021) li tkompli għal perjodu twil, […]. L-għajnuna għar-ristrutturar għalhekk hija meħtieġa għat-tlestija b’suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar, li l-implimentazzjoni tiegħu min-naħa tagħha tfittex li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru li jgħaqqdu r-Reġjun tal-Azores. |
|
(215) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq dwar il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat, il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv, billi mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar, SATA kważi ċertament tfalli, u ċċaħħad lill-komunità lokali minn strument essenzjali ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, u għalhekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 38(d) u 59 tal-Linji Gwida R&R huma ssodisfati. |
5.4.3.2.
|
(216) |
Skont il-punti 38(c) u 54 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar ma titqiesx bħala kompatibbli mas-suq intern jekk miżuri oħra anqas distortivi jilħqu l-istess objettiv. Kif jistabbilixxi l-punt 58 tal-Linji Gwida R&R, l-istrumenti ta’ għajnuna magħżula jridu jiġu adattati għall-kwistjoni ta’ likwidità jew ta’ solvenza tal-benefiċjarju li jkunu maħsuba li jindirizzaw. |
|
(217) |
SATA qed tiffaċċja problemi ta’ solvenza u likwidità, li l-għajnuna għar-ristrutturar jeħtieġ li tindirizza b’mod adegwat. It-taħlit ta’ kapital ġdid u ta’ dejn garantit ipprovdut bħala għajnuna għar-ristrutturar jindirizza b’mod parallel sitwazzjoni ta’ deterjorament estrem tal-ekwità ta’ SATA, li hija negattiva ħafna, filwaqt li jisservizzja d-dejn eżistenti u jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ fluss tal-flus għal operazzjoni regolari. |
|
(218) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għar-ristrutturar ta’ EUR 453,25 miljun lil SATA bħala xierqa fir-rigward tal-forma, għal żewġ raġunijiet ewlenin: (i) minħabba li SATA hija impriża f’diffikultà b’ekwità negattiva fl-2020 u fl-2021 (il-premessa 31), fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar li ttejjeb is-solvenza tagħha, il-benefiċjarju ma jkunx jista’ jibni biżżejjed ekwità biex jikkumpensa għat-telf tal-passat u jkun jista’ jattira finanzjament sinifikanti fit-tul fis-swieq kapitali, u (ii), il-projezzjonijiet tal-likwidità juru li, fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-benefiċjarju jkollu pożizzjoni ta’ flus negattiva sal-2023, li tmur għall-agħar mingħajr injezzjonijiet ta’ ekwità, il-konverżjonijiet tad-dejn f’ekwità jew garanziji pubbliċi għall-ammont ta’ likwidità li SATA ma tkunx tista’ taċċessa bil-kundizzjonijiet tas-suq. Għal dawn iż-żewġ raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-forma tal-għajnuna għar-ristrutturar ipprovduta prinċipalment permezz ta’ miżuri ta’ ekwità hija l-aktar mod xieraq biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ solvenza u ta’ likwidità ta’ SATA. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li, billi tindirizza b’mod adegwat il-kwistjonijiet ta’ solvenza u likwidità ta’ SATA, l-għajnuna għar-ristrutturar hija xierqa. |
5.4.3.3.
|
(220) |
Il-Linji Gwida R&R jistipulaw li l-għajnuna ma tridx taqbeż il-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tagħha (149). L-ammont u l-intensità tal-għajnuna għar-ristrutturar iridu jkunu limitati għall-minimu strett meħtieġ biex ikun jista’ jsir ir-ristrutturar, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-benefiċjarju, tal-azzjonisti tiegħu jew tal-grupp kummerċjali li jagħmel parti minnu (150). B’mod partikolari, irid jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tar-ristrutturar u, fejn l-appoġġ mill-Istat jingħata f’forma li ttejjeb il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju, trid tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-valutazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti tqis kwalunkwe għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija minn qabel. |
Kontribuzzjoni proprja
|
(221) |
Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-pjan ta’ ristrutturar trid tkun reali u preċiża u normalment jenħtieġ li tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini ta’ effett fuq il-pożizzjoni ta’ solvenza jew ta’ likwidità tal-benefiċjarju. Skont il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta jekk id-diversi sorsi ta’ kontribuzzjoni proprja humiex preċiżi u ħielsa mill-għajnuna. Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni normalment tqis il-kontribuzzjoni proprja bħala adegwata jekk tammonta għal aktar minn 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar, ħlief għal sitwazzjonijiet ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali jew tbatija partikolari, li fihom il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni proprja aktar baxxa sakemm jibqgħu sinifikanti. Barra minn hekk, fejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi taż-żoni megħjuna jirrikjedu dan, pereżempju, fejn benefiċjarju jiffaċċja diffikultajiet partikolari biex jiġbor finanzjament ġdid mis-suq bħala riżultat tal-pożizzjoni tiegħu f’żona megħjuna, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni li tkun anqas minn 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar għall-finijiet tal-punt 64 tal-Linji Gwida R&R (151). |
|
(222) |
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tivverifika jekk id-diversi sorsi ta’ finanzjament għall-pjan deskritt fil-premessi 49 u 50 ikunux ħielsa mill-għajnuna u reali, jiġifieri suffiċjentement ċerti li jimmaterjalizzaw matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, esklużi l-profitti futuri mistennija. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istat, bħal, f’dan il-każ, dawk magħmula mill-ARA fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-uniku azzjonist ta’ SATA, ma humiex ħielsa mill-għajnuna u ma jistgħux jitqiesu fil-valutazzjoni. |
|
(223) |
Mis-sorsi ta’ finanzjament proprju mressqa mill-Portugall (il-premessi 49 u 50), l-uniċi ammonti li jidhru li huma reali u attwali biżżejjed huma l-kontribuzzjonijiet għal madwar EUR […] miljun, relatati ma’:
|
|
(224) |
L-ewwel nett, mill-miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni tax-xogħol ta’ EUR […] miljun (il-premessa 49(b)(3)), proposti mill-Portugall, huwa biss il-ħlas ta’ indennizzi għar-ristrutturar tax-xogħol (it-tieni inċiż), għal EUR […] miljun, li jista’ jitqies bħala reali u attwali, peress li SATA diġà ħallset l-ammont u huwa relatat mal-kostijiet tar-ristrutturar imġarrba bħala prekundizzjoni għat-tnaqqis tal-għadd ta’ impjegati kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar. Dawn il-kostijiet huma immedjati, minħabba li SATA diġà tterminat il-kuntratti tax-xogħol u naqqset il-persunal, bħala parti mir-ristrutturar imwettaq mill-2021, u s-sors ta’ finanzjament tagħha jista’ jitqies bħala ħieles mill-għajnuna, peress li SATA ħallsithom bi fluss ta’ flus operazzjonali u ma humiex iffinanzjati minn għajnuna mill-Istat, la mill-ekwità u lanqas mis-self garantit mill-Istat. Għalhekk, il-ħlas tal-indennizzi jista’ jitqies bħala parti mill-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-kostijiet tar-ristrutturar u jista’ jitqies bħala reali, skont it-tifsira tal-punt 63 tal-Linji Gwida R&R. Għall-kuntrarju, f’konformità mal-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, is-salarju tal-persunal […] matul l-2021 u l-2022 (EUR […] miljun) u l-ftehimiet tax-xogħol innegozjati mill-ġdid mat-trade unions biex tittejjeb il-produttività tal-ekwipaġġ (EUR […] miljun) ma jistgħux jiġu aċċettati bħala l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju. L-iffrankar fil-kostijiet tal-pagi jinvolvi tnaqqis fil-kostijiet intrinsiċi, purament interni tal-impriża li huwa meħtieġ fid-dawl tar-ristrutturar tagħha (152). |
|
(225) |
It-tieni, f’dan ir-rigward, il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi jew il-miżuri ta’ kosteffiċjenza jistgħu jammontaw għal sorsi reali u attwali ta’ kontribuzzjoni proprja, dment li jkunu tnaqqis permanenti fil-kostijiet, imġarrba jew magħmula possibbli minn fornituri esterni jew klijenti mal-benefiċjarju, u jirriżultaw minn ftehimiet vinkolanti u jkunu effettivi u mhux riversibbli (153). Il-Kummissjoni diġà qieset li t-tnaqqis tal-obbligazzjonijiet kuntrattwali stabbilit fil-ftehimiet innegozjati mill-ġdid mal-fornituri u mal-lokaturi jammonta għal sorsi reali ta’ kontribuzzjoni proprja: meta mqabbla mat-termini tal-ftehimiet inizjali, huma jilliberaw riżorsi li huma disponibbli għall-finanzjament tal-kostijiet tar-ristrutturar, li kieku kien ikollhom jintefqu fuq il-ħlas lura tal-ammonti pagabbli assoċjati (154). L-istess jgħodd fir-rigward tal-fornituri u tal-akkwirenti li jimpenjaw ruħhom b’mod sod għal, jew jemendaw it-termini tal-kuntratti tagħhom u b’hekk jilliberaw riżorsi mill-benefiċjarju (155). |
|
(226) |
It-tnaqqis fil-kostijiet ta’ SATA li jirriżulta minn żidiet fl-effiċjenza operattiva u min-negozjati mal-fornituri (il-premessi 49(a) u 49(b)(2)), li jammontaw għal EUR […] miljun, kif ukoll il-miżuri ta’ ristrutturar tal-flotta (madwar EUR […] miljun, ara l-premessa 49(b)(1)), jistgħu jitqiesu bħala sorsi reali ta’ kontribuzzjoni proprja, peress li dak l-iffrankar jirriżulta minn ftehimiet vinkolanti li diġà huma fis-seħħ u għalhekk huma ċerti biżżejjed biex jitqiesu reali (156). Fil-fatt, tali miżuri għandhom l-istess effett finanzjarju bħat-tħassir tad-dejn fi proċedimenti ta’ insolvenza, ħlief li l-effett huwa mifrux fuq is-snin u ma huwiex ta’ darba. Għalhekk, dawn l-ammonti (EUR […] miljun) jistgħu jiżdiedu mat-tnaqqis tad-dejn innegozjat minn SATA […] EUR […] miljun (il-premessa 50(3)), sabiex l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi li jistgħu jitqiesu bħala reali u attwali huwa ugwali għal madwar EUR […] miljun. Tali ammont jista’ jitqies ukoll bħala ħieles mill-għajnuna, peress li l-miżuri korrispondenti jikkondividu l-piż finanzjarju tal-kostijiet tar-ristrutturar ta’ SATA mal-fornituri u l-lokaturi li kieku jkunu intitolati għal ammonti pagabbli ogħla fuq ir-riżultati operattivi pożittivi ta’ SATA. Bl-istess mod, fil-każ tat-tħassir tad-dejn, li jinvolvi kemm operaturi pubbliċi kif ukoll privati, ma hemm l-ebda indikazzjoni li dak it-tħassir iwassal għal għajnuna mill-Istat. |
|
(227) |
It-tielet, ir-rikavat […] tal-assi u l-attivitajiet relatati mal-operaturi turistiċi ta’ SATA fl-Amerika ta’ Fuq u ffrankar ieħor għall-ammont ta’ EUR […] miljun (il-premessa 49(b)(4)) jista’ jitqies bħala kontribuzzjoni reali u attwali għall-kostijiet tar-ristrutturar tal-benefiċjarju. Dak id-dħul diġà ġie ġġenerat (ħlief għar-rikavat mil-likwidazzjoni ta’ Azores Vacations America li diġà huwa kkwantifikat u se jiġi trasferit lil SATA mat-tlestija tal-likwidazzjoni ta’ dik il-kumpanija). Bl-istess mod, iż-żieda fid-dħul mill-operazzjonijiet meta mqabbla mal-projezzjonijiet oriġinali fil-pjan ta’ ristrutturar ippermettiet lil SATA tkopri l-kostijiet tal-amortizzament tad-dejn ta’ Legat (EUR […] miljun, il-premessa 50(1)) u kostijiet oħra tar-ristrutturar (EUR […] miljun, il-premessa 50(2)). Dawn il-kontribuzzjonijiet proprji jistgħu jitqiesu wkoll bħala reali u attwali, minħabba li dawn l-ammonti diġà tħallsu mill-benefiċjarju. |
|
(228) |
Fl-aħħar nett, il-finanzjament ġdid minn istituzzjoni finanzjarja privata ( […] ) ta’ EUR […] miljun (il-premessa 50(4)), mhux garantit mir-Reġjun, jista’ jitqies bħala reali u attwali peress li diġà ġie nnegozjat mal-istituzzjoni finanzjarja u jista’ jiġi eżegwit fl-2022. Barra minn hekk, peress li SATA għandha l-opportunità li tagħżel fost […] mutwanti xierqa alternattivi, il-possibbiltà ta’ finanzjament minn investituri privati tindika wkoll il-kapaċità tagħha li tirrestawra l-aċċess sħiħ tagħha għas-swieq kapitali u tirrappreżenta sinjal ta’ fiduċja tas-suq fir-ritorn tagħha għall-vijabbiltà. |
|
(229) |
Għall-kuntrarju tal-fehmiet tal-awtoritajiet Portugiżi, ir-rikavat mill-bejgħ tas-sehem maġġoritarju (51 %) ta’ Azores Airlines u n-negozju kollu tal-groundhandling (il-premessa 51), anki jekk diġà kien skedat li jseħħ sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, ma jistax jitqies bħala reali u attwali. B’mod partikolari, l-ammonti korrispondenti (madwar EUR […] miljun) jikkonsistu f’riżorsi finanzjarji mistennija relatati mal-bejgħ ta’ assi li għadhom ma seħħewx u, għalkemm l-awtoritajiet Portugiżi ppreżentaw l-impenn sod tagħhom għaċ-ċessjoni, il-proċess ta’ privatizzazzjoni għadu ma bediex u ma hemm l-ebda xerrej identifikat jew saħansitra potenzjali għall-akkwist. |
|
(230) |
Il-Kummissjoni għalhekk tistma li l-kontribuzzjoni proprja globali li tista’ titqies bħala reali u attwali hija ta’ mhux aktar minn EUR […] miljun, li tirrappreżenta madwar 30 % tal-kostijiet eliġibbli tar-ristrutturar ta’ SATA, li, b’mod differenti minn dak li l-Portugall ikkalkula (il-premessa 47), huma ugwali għal EUR […] miljun, peress li dawn jinkludu u huma ffinanzjati mill-għajnuna għar-ristrutturar fl-ammont ta’ EUR 453,25 miljun flimkien mal-ammont massimu msemmi ta’ kontribuzzjoni proprja. Il-kostijiet li jifdal, bħall-kapital operatorju, jeħtieġ li jkunu koperti mid-dħul operatorju normali ta’ SATA jew termini ta’ pagament imtejba li għadhom ma ġewx definiti. Il-proporzjon stmat ta’ 30 % tal-kontribuzzjoni proprja u 70 % tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa manifestament konservattiv peress li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe impenn minn xerrej identifikat wieħed jew aktar, huwa ma jqisx, bħala kontribuzzjoni suffiċjentement reali, kwalunkwe rikavat miċ-ċessjonijiet futuri li l-Portugall jimpenja ruħu għalihom qabel il-pjan ta’ ristrutturar. Dan l-approċċ jinjora l-valur futur tal-ishma ta’ Azores Airlines u n-negozju tal-groundhandling. Ir-riżultati operattivi pożittivi mistennija fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar għal dawn iż-żewġ negozji jagħmluha probabbli li l-ARA jirkupra u jnaqqas l-ammont ta’ għajnuna bi ftit għexieren ta’ miljuni ta’ euro. Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjoni proprja globali għall-kostijiet tar-ristrutturar mill-benefiċjarju, anki jekk taħt il-minimu ta’ 50 % normalment meħtieġ, xorta tista’ tiġi aċċettata, f’konformità mal-punti 64 u 98 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(231) |
B’mod partikolari, fiċ-ċirkostanzi attwali wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni tqis li jista’ jkun iġġustifikat, skont il-każ individwali, li l-kontribuzzjoni proprja tibqa’ taħt il-limitu ta’ 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar, sakemm din tibqa’ sinifikanti, kif meħtieġ mill-punt 64 tal-Linji Gwida R&R. Bħala indikazzjoni ta’ livell li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala xieraq, fil-prattika tal-każ tagħha, il-Kummissjoni qieset li kontribuzzjoni proprja li tammonta għal 24 %-35 % tal-kostijiet tar-ristrutturar tista’ tkun sinifikanti u, għalhekk, li għajnuna għar-ristrutturar li tammonta għal madwar 65 %-76 % tal-kostijiet tar-ristrutturar tista’ tkun proporzjonata (157). |
|
(232) |
Fil-każ ta’ SATA, il-Kummissjoni tqis li l-Portugall wera l-preżenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali relatati, b’mod partikolari, mal-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri meħuda biex titrażżan ħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali għal din il-linja tal-ajru reġjonali żgħira, fil-kuntest ta’ tfixkil serju tal-ekonomija skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, b’impatt immedjat fuq is-setturi tal-avjazzjoni u tat-turiżmu u l-kapaċità tagħha li tiġbor finanzjament mis-suq (il-premessi 34 sa 37), għalkemm il-Kummissjoni tinnota l-fatt li, minkejja dawk iċ-ċirkostanzi sfavorevoli, SATA xorta rnexxielha tiġbor ċertu ammont ta’ finanzjament ġdid mis-suq kif imsemmi fil-premessa 228. B’mod partikolari, meta jitqiesu l-livelli aktar baxxi ta’ operat marbuta mat-tnaqqis qawwi fid-domanda għall-ivvjaġġar lejn l-Azores minn Marzu 2020 ’il quddiem, il-pandemija tal-COVID-19 affettwat b’mod partikolari lil SATA, lil hinn mit-telf dirett minħabba l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u r-restrizzjonijiet adottati mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni, peress li hija topera prinċipalment rotot ta’ OSP u SGEIs fl-Azores, u għalhekk għandha kapaċità limitata ħafna li tiddiversifika s-servizzi tagħha għal attivitajiet jew destinazzjonijiet oħra. F’termini ta’ kontribuzzjoni proprja, il-preżenza ta’ finanzjament ġdid bil-kundizzjonijiet tas-suq, li jirrappreżenta kważi terz tas-sorsi ta’ finanzjament imressqa mill-Portugall, hija wkoll konformi mal-punt 14bis tal-Qafas Temporanju, fejn il-Kummissjoni, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika maħluqa mill-COVID-19, tiċċara li jista’ jkun ġustifikat li, f’każijiet individwali, il-kontribuzzjonijiet proprji skont it-tifsira tal-punti (62) sa (64) tal-Linji Gwida R&R jibqgħu taħt il-50 %. |
|
(233) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis b’mod partikolari (i) il-funzjoni u l-pożizzjoni uniċi tal-benefiċjarju f’reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni li huwa wkoll żona megħjuna (il-punt 98 tal-Linji Gwida R&R), kif ukoll (ii) ir-rwol ewlieni ta’ SATA fl-iżgurar tal-kontinwità territorjali – permezz ta’ OSP u ta’ SGEIs – bejn il-gżejjer tal-Azores, kif ukoll bejn dawk il-gżejjer u l-Portugall kontinentali u Madeira. Fir-rigward tal-ewwel aspett, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta mill-Portugall turi d-diffikultà ta’ SATA biex tiġbor finanzjament ġdid mis-suq minħabba l-pożizzjoni tagħha f’żona megħjuna ta’ reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni u li tali diffikultà tmur lil hinn minn kemm dak l-aċċess huwa diffiċli għal SATA biss minħabba l-pożizzjoni finanzjarja tagħha (il-premessa 67). Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-benefiċjarju jservi bħala fornitur ta’ OSP/SGEI l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi distinti u speċifiċi ta’ żona megħjuna f’reġjun ultraperiferiku, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet terzi appoġġaw din il-fehma fl-interventi tagħhom dwar id-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’estensjoni, billi enfasizzaw ir-rwol uniku li għandha SATA, li hija l-uniku trasportatur tal-ajru li jgħaqqad il-gżejjer individwali tal-Azores, kif ukoll li jipprovdi merkanzija bl-ajru lill-Azores u li jtir minn dak ir-reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni lejn l-Amerika ta’ Fuq (il-premessi 93 sa 101). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis id-daqs u n-negozju limitati ta’ SATA, attwalment bi 13-il ajruplan biss (tnaqqis minn 15) u, wara l-bejgħ tal-interess kontrollanti ta’ Azores Airlines fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, sitt ajruplani biss. Il-Kummissjoni għalhekk tapplika l-eċċezzjoni prevista fil-punt 98 tal-Linji Gwida R&R għal dan il-każ u taċċetta l-kontribuzzjoni proprja vvalutata fil-premessi 223 sa 230, li, fi kwalunkwe każ, għadha sinifikanti. |
Kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(234) |
Skont il-punti 65 sa 67 tal-Linji Gwida R&R, l-appoġġ mill-Istat mogħti f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju jista’ jkollu l-effett li jipproteġi lill-azzjonisti u lill-kredituri subordinati mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom li jinvestu fil-benefiċjarju, u b’hekk joħloq periklu morali u jimmina d-dixxiplina tas-suq. L-għajnuna għar-ristrutturar ma tinċentivax il-periklu morali jew it-teħid ta’ riskju eċċessiv u bbenefikat lill-azzjonisti jew lill-kredituri. Fil-fatt, l-ARA, li issa huwa l-fornitur tal-għajnuna, kien qed jissorvelja u jieħu bħala azzjonist uniku d-deċiżjonijiet strateġiċi u kummerċjali kollha ta’ SATA, filwaqt li l-operat tal-kumpanija ma ġiex iffinanzjat b’dejn subordinat jew finanzjament ibridu (li jassorbi t-telf) li x’aktarx jitħassar parzjalment f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet tal-Linji Gwida R&R. |
|
(235) |
Peress li SATA hija kompletament proprjetà tal-ARA, fiċ-ċirkostanzi attwali, it-titjib tal-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju u kwalunkwe żieda potenzjali prevista minn ristrutturar b’suċċess appoġġat mill-għajnuna pprovduta mill-ARA, inkluż ir-rikavat tal-bejgħ miċ-ċessjonijiet previsti tal-assi se jakkumulaw b’mod sħiħ għall-konċedent tal-għajnuna fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist uniku. Għalhekk, il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti eżistenti tista’ titqies bħala irrilevanti f’dan il-każ. SATA u l-ARA ilhom, għal żmien twil, jinnegozjaw ma’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fir-rigward tal-ammonti pendenti tad-dejn ta’ SATA. Il-kredituri preferuti diġà qablu dwar tnaqqis tal-firxa u maturità itwal, kif ukoll tnaqqis fl-imgħax u fil-kummissjonijiet (il-premessa 50), li jnaqqsu l-ħruġ ta’ flus futur ta’ SATA, kumpanija kompletament proprjetà pubblika, li d-diffikultajiet finanzjarji tagħha jistgħu jiġu attribwiti biss lill-azzjonist uniku tagħha, l-ARA. Barra minn hekk, kif spjegat mill-Portugall (il-premessi 111 sa 112), l-ARA huwa mutwatarju fis-swieq finanzjarji globali, kif ukoll il-garanti tad-dejn finanzjarju ta’ SATA, u b’hekk it-tħassir tad-dejn jista’ jagħmel ħsara lill-fiduċja tas-suq fir-rigward tal-ARA nnifsu, b’effetti konsegwenzjali potenzjali għal kumpaniji oħra tas-settur pubbliku reġjonali. |
|
(236) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida R&R fir-rigward tal-proporzjonalità, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
5.4.3.4.
|
(237) |
Sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna jkunu limitati, biex jiġu evitati effetti mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u biex jiġi żgurat li l-bilanċ globali jkun pożittiv (158), l-għajnuna trid tingħata lill-impriżi f’diffikultà f’konformità mal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. Fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, jeħtieġ li din l-għajnuna tiġi limitata għal perjodu ta’ għaxar snin. |
|
(238) |
Il-Kummissjoni tippermetti għajnuna għar-ristrutturar biss b’appoġġ għal operazzjoni waħda ta’ ristrutturar u dment, jekk ikun xieraq, li jkunu għaddew aktar minn għaxar snin wara għoti preċedenti ta’ għajnuna għar-ristrutturar jew wara li l-perjodu ta’ ristrutturar ikun intemm jew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tkun twaqqfet (159). Jekk tkun ingħatat tali għajnuna, il-Kummissjoni tippermetti eċċezzjonijiet għal dik ir-regola b’mod partikolari meta l-għajnuna għar-ristrutturar tkun sussegwenti għal għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta’ ristrutturar jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli li għalihom il-benefiċjarju ma jkunx responsabbli (160). |
|
(239) |
L-għajnuna għar-ristrutturar lil SATA tappoġġa operazzjoni waħda ta’ ristrutturar, li diġà nbdiet minn tmiem l-2020 u se tibqa’ għaddejja sa tmiem l-2025. Il-Kummissjoni tinnota li, bħala parti minn dik l-operazzjoni, il-Portugall innotifika l-għajnuna għas-salvataġġ u l-Kummissjoni approvat l-għoti ta’ appoġġ ta’ likwidità lil SATA skont il-punt 103 tal-Linji Gwida R&R. Il-Kummissjoni approvat l-għoti ta’ dak l-appoġġ kemm meta fetħet investigazzjoni formali dwar l-għajnuna għas-salvataġġ kif ukoll meta estendiet dik l-investigazzjoni dwar l-għajnuna għar-ristrutturar, sabiex jinżammu l-attivitajiet essenzjali ta’ SATA relatati mal-forniment ta’ OSP fil-qasam tat-trasport bl-ajru lejn ir-Reġjun tal-Azores kif ukoll mal-ġestjoni u l-operat ta’ SGEIs fl-ajruporti f’dak ir-Reġjun. Għalhekk, l-għoti ta’ dak l-appoġġ ma kellux l-effett li jimpedixxi lil SATA milli tirċievi l-għajnuna għar-ristrutturar inkwistjoni. |
|
(240) |
Fir-rigward ta’ għajnuna oħra mill-Istat mogħtija lil SATA fil-passat u potenzjalment rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”, il-Kummissjoni tinnota li hija approvat għajnuna ta’ kumpens ta’ EUR 12-il miljun lil SATA skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE fiċ-ċirkostanzi tal-okkorrenza eċċezzjonali tal-pandemija tal-COVID-19 (161). Dik l-għajnuna, madankollu, ma tammontax għal għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar tal-passat: hija tikkumpensa għad-dannu kkawżat direttament mit-tifqigħa tal-COVID-19 mid-19 ta’ Marzu 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020 u tkopri l-kostijiet li SATA ma kinitx iġġarrab fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bl-ajru imposti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika kkawżati minn dik l-okkorrenza eċċezzjonali. B’mod partikolari, kostijiet oħra mġarrba minn SATA mid-19 ta’ Marzu 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020 bħala riżultat ta’ restrizzjonijiet tal-gvern li ma jammontawx għal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar/jew restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bl-ajru, kif ukoll domanda mnaqqsa li rriżultat mit-tfixkil ekonomiku serju tal-ekonomija Portugiża fl-2020-2021 ġew esklużi mill-kumpens. |
|
(241) |
Fir-rigward tal-kumpensi għall-OSP u għall-SGEIs, sa mill-1996 SATA Air Açores ilha tipprovdi servizzi fuq l-14-il rotta bejn il-gżejjer imsemmija fil-premessa 19) taħt OSP imposti skont, inizjalment, ir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 u, aktar tard, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Dawk l-OSP ġew inklużi f’kuntratti li kienu jipprovdu kumpens għas-servizz ipprovdut abbażi ta’ metodu ex ante għall-kalkolu tal-kumpens, allowance annwali u mekkaniżmu għall-aġġustamenti tal-kumpens li kien jiżgura n-nuqqas ta’ kumpens żejjed. Bl-istess mod, l-SGEI pprovdut minn SGA huwa stabbilit f’kuntratt ta’ konċessjoni, li jinkludi kumpens iddeterminat ex ante għall-perjodu ta’ dak l-inkarigu. L-objettiv u l-effett tal-għoti ta’ tali kumpens lil SATA kien li jiġu koperti l-kostijiet tat-twettiq tal-OSP u tal-SGEIs ikkonċernati, u mhux li tiġi salvata jew ristrutturata SATA. |
|
(242) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat ta’ SATA sottoskritti fl-2017-2020 mir-Reġjun, skont il-Portugall, dawn jammontaw għal kumpens għall-kostijiet tal-OSP u tal-SGEI mġarrba minn SATA u, b’mod partikolari, ingħataw biex ikopru parzjalment id-defiċit operattiv ta’ Azores Airlines bejn l-2009 u l-2019 għall-forniment ta’ servizzi li jwettqu OSP jew SGEIs fuq ir-rotot lejn il-kontinent u Madeira (il-premessi 106 u 107), kif ukoll fuq ir-rotot mill-Azores lejn l-Amerika ta’ Fuq (il-premessa 108). Ryanair tqis li, minħabba ż-żidiet kapitali, il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tawtorizza l-ebda għajnuna għas-salvataġġ favur SATA, peress li l-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li ma titqiesx bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fir-rigward tar-rotot fl-Unjoni, kwalunkwe kumpens mitlub għall-passat ma jkunx konformi mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Fil-fatt, ir-rotot kienu soġġetti għal OSP miftuħ. Kif imfakkar mill-Portugall (il-premessa 107), Azores Airlines esprimiet ripetutament l-interess tagħha li topera dawk ir-rotot skont il-kundizzjonijiet ta’ OSP u mingħajr kumpens. Għalhekk, kwalunkwe kumpens mogħti lil Azores Airlines għall-forniment ta’ servizzi fuq dawk ir-rotot taħt l-OSP miftuħ jikser l-Artikolu 17(8) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Dan huwa irrispettivament mill-fatt li bl-involviment f’din l-attività, Azores Airlines ġarrbet telf li seta’ jiġi evitat jew imnaqqas kieku kienet operat biss ir-rotot, l-iskedi u s-servizzi kummerċjalment attraenti. |
|
(244) |
Bl-istess mod, kwalunkwe kumpens allegat tat-telf imġarrab fit-twettiq tal-OSP jew fil-forniment tal-SGEIs fuq ir-rotot mill-Azores lejn l-Amerika ta’ Fuq jikkwalifika wkoll bħala għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Fil-fatt, Azores Airlines kienet qed topera dawk ir-rotot barra l-UE fuq bażi kummerċjali, mingħajr att ta’ inkarigu. Għalhekk, il-Portugall ma jistax isostni b’mod validu li l-kumpens għal dawk ir-rotot huwa kompatibbli mad-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-SGEIs, peress li l-Artikolu 4 tagħha jirrikjedi li l-impriża kkonċernata għandha tiġi fdata bl-operat tal-SGEI permezz ta’ att wieħed jew aktar. Bl-istess mod, fin-nuqqas ta’ att ta’ inkarigu, kwalunkwe kumpens bħal dan ma jistax jitqies bħala kompatibbli skont il-Qafas SGEI (162). |
|
(245) |
Minn dan jirriżulta li ż-żidiet kapitali pprovduti bħala kumpensi għall-kostijiet tal-OSP jew tal-SGEI jammontaw għal għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, id-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-SGEIs jew il-Qafas SGEI. |
|
(246) |
Wara l-ftuħ tal-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Portugiżi talbu lil SATA biex tħallas lura ż-żidiet kapitali tal-passat f’SATA Air Açores sottoskritti mill-Gvern Reġjonali mill-2017, li jammontaw għal EUR 72,6 miljun li kienu ngħataw u li kienu ġew żborżati kważi kompletament lill-kumpanija qabel il-bidu tal-proċedura (il-premessa 71) (163). Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-Portugall issottometta evidenza lill-Kummissjoni li turi t-trasferiment lura lir-Reġjun fi tliet pagamenti parzjali tal-ammont totali ta’ kapital ipprovdut lil SATA (il-premessi 9 u 116). |
|
(247) |
Bħala konsegwenza ta’ tali rimborż, SATA pproċediet bi tnaqqis tal-kapital azzjonarju tagħha u rreġistrat dan it-tnaqqis fir-Reġistru Kummerċjali Portugiż. Il-Portugall ipprovda wkoll evidenza tal-ħlas tal-imgħax ta’ rkupru għal ammont ta’ EUR 815 233,24 li ġie ttrasferit lir-Reġjun fit-30 ta’ Novembru 2021. L-ammont jikkorrispondi għall-imgħax ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 ikkalkulat fuq kull waħda miż-żidiet kapitali tal-passat mid-data meta SATA rċeviet iż-żieda kapitali rilevanti sad-data meta din tħallset lura. |
|
(248) |
Il-qrati tal-Unjoni sostnew b’mod konsistenti, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, li l-għan li fuqu huwa bbażat l-irkupru ta’ tali għajnuna huwa li titneħħa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv, li l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun gawda fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, u b’hekk terġa’ tinkiseb is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma tħallset l-għajnuna (164). Billi jħallas lura din l-għajnuna, il-benefiċjarju tagħha jitlef dan il-vantaġġ kompetittiv (165), filwaqt li billi jħallas l-imgħax fuq din l-għajnuna, huwa jitlef il-vantaġġ li jirriżulta mid-disponibbiltà tal-għajnuna, mingħajr ħlas, mid-data meta tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data meta titħallas lura (166). Il-Kummissjoni għalhekk hija ssodisfata li l-ħlas lura bl-imgħax ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u t-tnaqqis tal-kapital azzjonarju neħħew il-vantaġġ kompetittiv taż-żidiet kapitali għal SATA. |
|
(249) |
Minkejja l-ħlas lura tal-ammont ta’ żidiet kapitali u t-tneħħija ta’ kwalunkwe vantaġġ kompetittiv mogħti lil SATA, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll jekk l-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata lil SATA, fid-dawl taż-żidiet kapitali, tiksirx il-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” stabbilit fil-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(250) |
L-evidenza pprovduta fil-proċedimenti tippermetti l-konklużjoni li ż-żidiet kapitali għall-benefiċċju ta’ SATA ġew deċiżi mill-2017 mill-azzjonist uniku tagħha sabiex jikkumpensa lil SATA għall-OSP u l-SGEIs tagħha, f’kuntest fejn l-kostijiet u d-defiċits operattivi tal-issodisfar tal-obbligi ta’ OSP imwettqa tal-anqas mill-2009 ma ġewx ikkumpensati legalment (il-premessi 102 sa 108). Madankollu, tali kumpens mhux previst ex ante fil-PSCs jew fl-atti ta’ inkarigu rilevanti, għalhekk, ex post facto la huwa permess skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u lanqas skont id-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-SGEIs jew il-Qafas SGEI. Il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju ta’ SATA Air Açores u SGA, li kellhom qligħ nett pożittiv, Azores Airlines ġarrbet telf operatorju relattivament sinifikanti u qligħ nett negattiv (il-premessa 32). Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-ammont allegat tal-kumpensi, il-Portugall ma weriex li SATA, minħabba t-twettiq tagħha tal-OSP inkwistjoni, effettivament ġarrbet ammont ta’ kostijiet u telf li jaqbel mal-ammont tal-kumpens allegat fil-forma ta’ żidiet kapitali. Barra minn hekk, anki jekk l-ammont tal-kumpensi ex post għall-operazzjonijiet ta’ OSP/SGEIs awditjati (EUR 65,5 miljun) seta’ jinstab issostanzjat, id-defiċit ulterjuri ddikjarat minn SATA (EUR 33 miljun) għall-OSP tagħha (il-premessa 102) ma setax jitqies muri b’mod xieraq, fin-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti li ssostni dak l-ammont (b’mod partikolari minħabba li ma kienx ikkonfermat minn awditi pubbliċi, b’differenza mill-ammont ta’ EUR 65,5 miljun li kien attribwit esklussivament għall-operazzjonijiet ta’ OSP tal-linji tal-ajru ta’ SATA). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ammont imsemmi hawn fuq ta’ EUR 33 miljun ikopri b’mod indistintiv il-kostijiet għaż-żewġ linji tal-ajru, mingħajr ma jippermetti li jiġi stabbilit kemm minn dak id-defiċit kien attribwibbli lil kull waħda minn dawk il-linji tal-ajru. Minn dan jirriżulta li ż-żidiet kapitali tal-passat ma jistgħux jitqiesu kompatibbli mas-suq intern bħala kumpens għad-defiċits operattivi ta’ SATA li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tagħha ta’ OSP u ta’ SGEI, peress li l-ebda kumpens bħal dan ma kien previst ex ante, u fi kwalunkwe każ il-Portugall naqas milli juri l-ammont ta’ tali defiċits operattivi u li jirrikonċilja dak l-ammont mal-ammonti taż-żidiet kapitali tal-passat. Għal dawk ir-raġunijiet, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe raġuni alternattiva ta’ kompatibbiltà li l-Portugall kien jargumenta u jistabbilixxi, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żidiet kapitali tal-passat jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
|
(251) |
Madankollu, l-objettiv u l-effett taż-żidiet kapitali, kif deskritt fil-premessa 102, ma kinux li jsalvaw jew jirristrutturaw lil SATA. Il-Portugall jispjega li l-intervent tal-ARA, irrispettivament mill-kompatibbiltà mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kien maħsub biex jikkumpensa lil SATA għall-OSP tagħha. Fil-fatt, l-informazzjoni ppreżentata mill-Portugall (167) turi li ż-żieda kapitali tal-2017 (EUR 21,5 miljun), fl-aħħar mill-aħħar kellha l-għan li tindirizza d-defiċits ta’ kapital ta’ SATA biex din tkun tista’ tkompli ttir u tgħaqqad il-gżejjer tal-Azores. Bl-istess mod, l-evidenza miġbura fil-proċedimenti turi li l-ARA adotta d-deċiżjonijiet sussegwenti ta’ żidiet kapitali tal-2018 (EUR 27 miljun) u tal-2020 (EUR 24 miljun) bil-għan li jikkonforma mal-obbligu tiegħu ta’ azzjonist (uniku) li jiddelibera fir-rigward tat-telf kapitali tal-kumpanija (168), kif ukoll li jippermetti lil SATA żżomm “konformità regolari mal-għan korporattiv tagħha ta’ trasport bl-ajru skedat bejn il-gżejjer (169) u jipprovdilha l-“kundizzjonijiet finanzjarji meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tagħha” (170). Filwaqt li ż-żidiet kapitali tal-passat ma jistgħux jiġu aċċettati bħala li jikkostitwixxu kumpens kompatibbli tal-OSP imwettqa u l-SGEIs ipprovduti minn SATA, l-objettiv u l-effett tagħhom kien li jindirizzaw id-defiċits operattivi ta’ SATA li jirriżultaw mit-twettiq ta’ tali OSP u SGEIs, u għalhekk ma kinux tal-istess tip bħall-għajnuna għar-ristrutturar preżenti li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar (171). |
|
(252) |
Anki jekk iż-żidiet kapitali kienu jammontaw għal għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar, quod non, xorta seta’ jitqies li jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” jekk l-għajnuna l-ġdida għar-ristrutturar kellha titqies li tiżvela diffikultajiet rikorrenti jew dawk li ma kinux indirizzati adegwatament fil-passat, kif imsemmi fil-punt 70 tal-Linji Gwida R&R. Anki fuq dik is-suppożizzjoni, il-Kummissjoni ma tapplikax il-prinċipju b’mod mekkaniku, iżda jeħtieġ li tqis iċ-ċirkostanzi li fihom l-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata tingħata lil SATA bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar” (il-punt 72(c) u n-nota 40 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida R&R). Il-Kummissjoni tista’ tippermetti aktar għajnuna għar-ristrutturar skont l-eċċezzjoni stabbilita fil-punt 72(c) tal-Linji Gwida R&R, jekk dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li għalihom SATA ma tkunx responsabbli jiġu stabbiliti, kif ifakkru d-deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni (172). |
|
(253) |
It-tifqigħa, it-tixrid u l-effetti ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 huma ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli tat-tip imsemmi fil-punt 72(c) tal-Linji Gwida R&R: dawn kienu bla preċedent (minn meta ġew stabbiliti l-Unjoni u s-suq intern tagħha), daqskemm kienu wkoll imprevedibbli u mhux previsti ftit xhur qabel ma seħħew. Huma ma setgħux jiġu antiċipati mill-maniġment tal-benefiċjarju meta ġew ipprovduti ż-żidiet kapitali jew ftit xhur qabel ma nqalgħet il-ħtieġa għal salvataġġ urġenti u r-ristrutturar sussegwenti, u lanqas ma huma minħabba negliġenza jew żbalji ta’ ġestjoni jew deċiżjonijiet tal-grupp SATA, f’konformità mal-kriterji mfakkra fin-nota 40 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida R&R. F’diversi deċiżjonijiet, il-Kummissjoni rrikonoxxiet in-natura eċċezzjonali u l-impatt tal-COVID-19 fil-Portugall u b’mod partikolari fuq l-ekonomija tal-Azores sabiex tikkwalifika bħala tfixkil serju fl-ekonomija skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u kif l-impatt għadu jinħass minħabba t-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista, it-tnaqqis tad-domanda u l-impatt konsegwenti tagħha fuq il-likwidità ta’ ħafna impriżi (173). Iċ-ċirkostanza eċċezzjonali u mhux prevista tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tfixkil ekonomiku serju li fih jeħtieġ li jiġu implimentati l-pjan multidimensjonali u estensiv ta’ SATA għar-ristrutturar u ż-żieda fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet ma jistgħux jiġu attribwiti għar-responsabbiltà tal-benefiċjarju. |
|
(254) |
Jidher li l-impatt ta’ tali ċirkostanza eċċezzjonali ddeterjora b’mod konsiderevoli l-operat ta’ SATA bi tnaqqis bla preċedent fid-domanda li jaqbeż l-40 % mit-tifqigħa tal-COVID-19 sa issa sabiex l-impatt fuq il-benefiċjarju huwa ċar u materjali. Minkejja dan it-tnaqqis drammatiku fl-għadd ta’ passiġġieri li l-ebda tbassir jew projezzjonijiet tal-industrija (IATA, Eurocontrol, eċċ.) ma bassru sew jekk fl-2017 jew ftit qabel it-tifqigħa tal-pandemija, f’konformità mal-obbligi kuntrattwali tiegħu mar-Reġjun, il-benefiċjarju ma setax inaqqas is-servizzi tiegħu abbażi tal-interessi kummerċjali jew finanzjarji tiegħu biss. SATA kompliet twettaq l-OSP tagħha u tiżgura l-konnettività fin-nuqqas ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport matul perjodu li fih il-miżuri ta’ konteniment u t-tnaqqis tad-domanda għat-trasport bl-ajru fil-Portugall jew barra mill-pajjiż relatati mal-pandemija tal-COVID-19 ipproduċew u għadhom qed jipproduċu effetti sinifikanti. Iż-żamma tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bejn il-gżejjer tar-Reġjun u lejn/minn Reġjuni oħra (Madeira u l-Portugall kontinentali) bi frekwenza suffiċjenti għandha rwol kruċjali fl-iżgurar b’mod kontinwu ta’ konnettività bażika mal-Azores, filwaqt li aggravat b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SATA fl-aħħar sentejn 2020 u 2021 (il-premessi 34 sa 36) (174), ferm lil hinn mit-telf dirett li rriżulta mill-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika Portugiżi. |
|
(255) |
Ir-rilevanza tal-eċċezzjoni skont il-punt 72(c) tal-Linji Gwida R&R trid tiġi kkunsidrata u vvalutata fil-kuntest ekonomiku preżenti tal-ħtieġa ta’ ristrutturar li l-pandemija tal-COVID-19 taggrava materjalment: f’dan is-sens, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli ma humiex ir-responsabbiltà ta’ SATA u tas-sid tagħha. Iċ-ċirkostanza eċċezzjonali ta’ pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tagħha fuq id-domanda għat-trasport bl-ajru, b’mod ġenerali jew indirizzati lil SATA, ma kinux previsti u ma setgħux jiġu previsti meta ngħatat xi waħda miż-żidiet kapitali tal-passat jew ftit qabel it-tifqigħa tal-pandemija, li wassal lill-Portugall biex jinnotifika l-ħtieġa urġenti ta’ għajnuna għas-salvataġġ u issa ta’ għajnuna għar-ristrutturar meħtieġa biex tiffinanzja pjan ta’ ristrutturar li jiżgura r-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li SATA kienet qed topera OSP mhux ikkumpensati f’termini ta’ frekwenzi, skedi, prezzijiet u rotot, li kienu bbażati fuq l-objettivi ta’ politika pubblika tal-azzjonist uniku tagħha ta’ konnettività ta’ reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni, li jipprevalu fuq l-interess finanzjarju u kummerċjali tal-benefiċjarju, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe espressjoni ta’ interess ta’ trasportaturi kompetituri fit-twettiq ta’ obbligi simili fiż-żona (il-premessa 21) jew fl-operat tar-rotot inkwistjoni (il-premessa 28). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tarax li ż-żidiet kapitali appoġġaw kwalunkwe mġiba kummerċjali riskjuża ta’ SATA, jew kwalunkwe espansjoni tal-attivitajiet tagħha tat-trasport bl-ajru jew tal-ġestjoni tal-ajruporti billi bdiet rotot ġodda jew espandiet il-faċilitajiet tal-ajruporti fis-suq intern għad-detriment tal-kompetizzjoni, fil-perjodu rilevanti tal-passat (2017-2020) jew matul il-perjodu ta’ ristrutturar li issa huwa previst. |
|
(256) |
Fl-istess ħin, ir-rimborż sħiħ bl-imgħax tal-ammont ta’ kapital ipprovdut illegalment mill-ARA jnaqqas kwalunkwe periklu morali possibbli msemmi fil-Linji Gwida R&R biex jiġi sostnut ir-raġunament tal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”. Ir-rimborż sħiħ jimplika li l-operazzjonijiet ta’ ristrutturar rikorrenti appoġġati b’għajnuna għar-ristrutturar allegatament rikorrenti u ineffettiva ma humiex inċentivati f’dan il-każ jew f’każijiet oħra. Barra minn hekk, ir-rimborż inaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni msemmija fil-Linji Gwida R&R u li diġà huma limitati fis-swieq fejn SATA u s-sussidjarji kkontrollati tagħha huma u se jibqgħu attivi fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri t-trasport bl-ajru intra-Azores u l-ajruporti żgħar tal-gżejjer. |
|
(257) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li SATA ma rċevietx għajnuna fil-passat li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba u tal-aħħar”, u anki jekk iż-żidiet kapitali tal-passat li issa ġew rimborżati kienu jammontaw għal għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar fil-passat, l-għajnuna għar-ristrutturar tissodisfa l-eċċezzjoni stabbilita fil-punt 72 c) tal-Linji Gwida R&R u, għaldaqstant, ma tipproduċix effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern. |
5.4.3.5.
|
(258) |
Kif spjegat fil-punti 87 sa 93 tal-Linji Gwida R&R, il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali għall-effetti distortivi tal-għajnuna, u b’mod partikolari: għal (i) id-daqs u n-natura tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom tingħata; (ii) id-daqs u l-importanza relattiva tal-benefiċjarju fis-suq u l-karatteristiċi tas-suq ikkonċernat u (iii) il-punt sa fejn jibqa’ tħassib dwar il-periklu morali wara l-applikazzjoni tal-kontribuzzjoni proprja u l-miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li ma jikkompromettux il-prospetti tar-ritorn għall-vijabbiltà, u lanqas ma jenħtieġ li jkunu għad-detriment tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni (175). |
|
(259) |
Il-miżuri strutturali jistgħu jinkludu ċ-ċessjoni ta’ assi, it-tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq. Huma jenħtieġ li jiffavorixxu d-dħul ta’ kompetituri ġodda, kif ukoll l-espansjoni ta’ kompetituri żgħar eżistenti jew ta’ attività transfruntiera, b’kont meħud tas-suq jew tas-swieq fejn il-benefiċjarju se jkollu pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar, b’mod partikolari dawk b’kapaċità żejda. Il-miżuri ta’ mġiba jenħtieġ li jiżguraw li l-għajnuna tiffinanzja biss ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul. |
|
(260) |
Kif stabbilit hawn fuq fil-premessa 62, il-Portugall jikkonferma li SATA se tieħu l-miżuri li ġejjin li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, li se japplikaw sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2025:
|
Miżuri strutturali
|
(261) |
Skont il-punt 80 tal-Linji Gwida R&R, il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li ma jwasslux għal deterjorament fl-istruttura tas-suq. Il-miżuri strutturali jenħtieġ li għalhekk normalment jieħdu l-forma ta’ ċessjonijiet fuq bażi ta’ negozju avvjat ta’ negozji awtonomi vijabbli li, jekk jiġu operati minn xerrej xieraq, ikunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv fit-tul. |
|
(262) |
Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat il-miżuri ta’ ċessjoni proposti sabiex tiżgura li dawn jikkostitwixxu negozju awtonomu vijabbli li jkun jista’ jikkompeti b’mod effettiv fis-swieq rilevanti fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar u lil hinn (il-premessa 260). |
Iċ-ċessjoni ta’ sehem kontrollanti f’Azores Airlines
|
(263) |
Fir-rigward tal-ewwel miżura strutturali li l-Portugall impenja ruħu li jistabbilixxi (il-premessa 260(a) flimkien ma’ (260)(c)), il-Kummissjoni tinnota mill-bidu nett li SATA Air Açores hija linja tal-ajru reġjonali relattivament żgħira, li n-negozju tagħha essenzjalment idur madwar il-forniment ta’ rotot ta’ OSP lejn u mir-Reġjun tal-Azores. Bl-istess mod, Azores Airlines hija wkoll linja tal-ajru żgħira, b’għadd limitat ta’ titjiriet ikkonċentrati lejn l-Istati Uniti u l-Kanada, flimkien ma’ għadd limitat ta’ OSP (fuq erba’ rotot, taħt ix-xenarju bażi tal-każ ewlieni, jew xejn, taħt ix-xenarju alternattiv fejn ma tingħatax il-kuntratti ta’ OSP), u għadd limitat ta’ titjiriet charter u servizzi tal-merkanzija. Iċ-ċessjoni ta’ Azores Airlines għalhekk tikkostitwixxi ċessjoni importanti tal-assi għal SATA. |
|
(264) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li: (i) filwaqt li Azores Airlines tabilħaqq ilha tagħmel it-telf għal numru ta’ snin, dan kien b’mod konsiderevoli dovut għall-flotta antika tagħha u minħabba n-nuqqas ta’ kumpens għas-servizzi ta’ OSP, li hija kienet topera bejn il-kontinent u d-destinazzjonijiet tal-Azores; u (ii) kif juri l-pjan ta’ ristrutturar, il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ ristrutturar huma adottati preċiżament sabiex Azores Airlines titqiegħed fit-triq lejn il-profittabbiltà fit-tul. Kif ivvalutat fid-dettall fit-taqsima 2.3.1, dawn il-miżuri huma adattati sew biex jindirizzaw il-kawżi tad-diffikultà, u huma kredibbli u kkalibrati b’mod xieraq biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul. |
|
(265) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-punt 78 tal-Linji Gwida R&R, l-ARA se jċedi s-sehem kontrollanti f’Azores Airlines sa mhux aktar tard minn tmiem l-2025, sa meta Azores Airlines tikseb EBITDA normalizzat/rikorrenti ta’ madwar EUR […] miljun, suffiċjenti biex in-negozju jitqies profittabbli. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, Azores Airlines hija mistennija li […] , issir profittabbli […] , bi dħul li mistenni jilħaq madwar EUR […] miljun sal-2025, flotta ta’ tmien ġettijiet ( […] ) u EBIT ta’ EUR […] miljun sal-2025, li jirriżulta f’marġni ta’ EBIT ta’ madwar […] %, allinjat mal-parametri referenzjarji tal-industrija (bejn 8-12 % bħala medja għall-grupp ta’ pari). Barra minn hekk, […] . |
|
(266) |
Il-Kummissjoni tqis li s-soluzzjonijiet alternattivi ppreżentati mill-Portugall li fihom l-OSP jista’ ma jingħatax lil Azores Airlines fil-futur huma kredibbli, u li n-nuqqas potenzjali li jinkisbu tali kuntratti wara l-iskadenza tal-ftehimiet attwali fis-seħħ ma jipperikolax il-vijabbiltà tal-linja tal-ajru wara ċ-ċessjoni tagħha. |
|
(267) |
Kif deskritt (il-premessi 24 sa 26), Azores Airlines diġà topera ftit titjiriet kummerċjali, b’mod partikolari lejn l-Amerika ta’ Fuq (Boston, Oakland, Toronto u Montreal), minbarra l-erba’ rotot ta’ OSP, kif ukoll servizzi charter u tal-merkanzija. Għalhekk, f’termini ta’ preżenza fis-suq, anki jekk fis-suq ġenerali tat-trasport bl-ajru Portugiż, SATA tinsab ferm wara l-akbar fornitur ta’ servizzi, (il-grupp TAP), hija għandha l-aktar preżenza b’saħħitha fis-suq fir-rotot lejn/mill-Azores (176). Fl-2020, Azores Airlines kellha sehem ta’ [35-45] % tal-passiġġieri li waslu fl-Azores, filwaqt li f’termini ta’ servizzi tal-merkanzija bl-ajru, Azores Airlines kienet tirrappreżenta aktar minn [60-70] % tal-merkanzija bl-ajru minn jew ’il barra mill-Azores (177). Għalhekk, il-kompetituri jistgħu jieħdu l-opportunità li jissostitwixxu lil SATA f’pożizzjoni ta’ importanza relattiva f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tali rotot reġjonali. |
|
(268) |
Anki jekk […] , il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ppjanati jippermettu lill-kompetituri jidħlu fis-suq fejn SATA, wara r-ristrutturar, xorta se tkun preżenti, għalkemm prinċipalment b’attivitajiet ta’ OSP u ta’ SGEI u flotta mnaqqsa ħafna ta’ sitt inġenji tal-ajru, kif żgurat mill-miżura taħt il-premessa 260(c). Għalhekk, billi jakkwistaw il-kontroll tas-sussidjarja, il-kompetituri ta’ SATA jistgħu jiddeċiedu li jissostitwixxu jew jikkomplementaw parzjalment ir-rotot ta’ OSP ta’ Azores Airlines billi joffru konnessjonijiet lejn il-Portugall kontinentali u Madeira fuq bażi kummerċjali, kif ukoll li jikbru fuq titjiriet internazzjonali oħra jew rotot turistiċi niċċa u servizzi charter. |
|
(269) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl ta’ (i) ir-riorganizzazzjoni korporattiva mwettqa minn SATA, fejn il-kumpaniji operattivi tagħha se jkunu separati b’mod ċar bejniethom u mqiegħda taħt il-kontroll ta’ kumpanija azzjonarja, (ii) ir-ristrutturar tal-attivitajiet ta’ Azores Airlines fuq bażi aktar effiċjenti, inkluża r-remunerazzjoni possibbli tal-operazzjonijiet ta’ OSP jew it-twaqqif tal-OSP li jagħmlu t-telf u, possibbilment, id-diversifikazzjoni lejn attivitajiet ġodda u vijabbli, kif ukoll (iii) l-iskeda ta’ żmien riveduta għaċ-ċessjoni, li għandha titwettaq fil-perjodu ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni m’għadx għandha dubji dwar l-effettività taċ-ċessjoni biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet ikkawżati mill-interessi possibbilment konfliġġenti tal-azzjonisti ta’ Azores Airlines (il-premessa 75). |
Ċessjoni tal-unità l-ġdida tal-groundhandling
|
(270) |
It-tieni, fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 260(b), din tikkonċerna t-tieni ċessjoni iżgħar, jiġifieri tal-unità l-ġdida tal-groundhandling, li hija relatata vertikalment mal-operazzjonijiet ewlenin tal-linji tal-ajru ta’ SATA. Din iċ-ċessjoni sseħħ fi […], u żżid mal-pakkett tal-miżuri strutturali, fi żmien li jippermetti lill-benefiċjarju jikseb EBITDA rikorrenti ta’ madwar EUR […] miljun/sena għal dan in-negozju tal-groundhandling. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet għall-unità l-ġdida tal-groundhandling juru EBIT pożittiv minn [...] ’il quddiem (ara t-tabella 1.A). Għalhekk, wara r-ristrutturar, huwa mistenni li dawn in-negozji l-ġodda tal-groundhandling ikunu jikkonsistu wkoll f’negozji vijabbli u awtonomi. |
Konklużjonijiet dwar il-miżuri strutturali
|
(271) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għar-ristrutturar lil SATA skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE hija ppjanata li tingħata f’ċirkostanzi ta’ tfixkil ekonomiku serju tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. L-effetti ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 minn Marzu 2020 kienu partikolarment akuti fuq il-provvista u d-domanda għas-servizzi tat-trasport bl-ajru u tat-turiżmu (178). Barra minn hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar hija pprovduta lil operatur li jinsab f’żona megħjuna bil-għan li jiġi żgurat li SATA, li attwalment hija responsabbli mill-OSP u l-SGEIs għall-komunità tal-Azores, tkompli tiggarantixxi l-kontinwità territorjali tar-Reġjun tal-Azores kemm internament kif ukoll mal-kontinent u Madeira, kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. |
|
(272) |
F’dan ir-rigward, SATA hija linja tal-ajru reġjonali żgħira, b’riżultati operattivi negattivi diġà qabel il-pandemija tal-COVID-19 u saret aktar fraġli minn din tal-aħħar, (it-Taqsima 2.3.1.4). In-negozju li qed jiġi ċedut, jiġifieri Azores Airlines u l-operazzjonijiet tal-groundhandling, bħalissa jammonta għal [50-60] % tad-dħul tal-benefiċjarju. Fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, sa meta ċ-ċessjoni trid titlesta, il-proporzjon tad-dħul huwa pproġettat li jammonta għal […] % (jew […] ). Minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja attwali tagħha, il-Kummissjoni għalhekk tqis li SATA ma tiflaħx għal aktar ċessjonijiet jew aktar irtirar tal-kapaċità mingħajr ma tfixkel ir-ritorn għall-vijabbiltà. |
|
(273) |
Barra minn hekk, iċ-ċessjonijiet ippjanati jidhru adegwati biex jikkontrobilanċjaw il-kontribuzzjoni proprja limitata ta’ SATA għall-kostijiet tar-ristrutturar, li hija aċċettata b’mod eċċezzjonali f’dan il-każ, kif spjegat fil-premessi 231 sa 236, minħabba:
|
Miżuri ta’ mġiba
|
(274) |
Bil-limitu massimu fuq id-daqs tal-flotta (il-premessa 260(c)), SATA se tnaqqas b’mod sinifikanti b’7 % id-daqs tal-flotta tal-inġenji tal-ajru tagħha meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2019, qabel il-perjodu ta’ ristrutturar. Dan it-tnaqqis itaffi l-provvista żejda possibbli fis-suq tal-ivvjaġġar bl-ajru Portugiż fejn hija se tibqa’ attiva, sa punt li huwa xieraq fid-dawl tal-pożizzjoni relattivament limitata tagħha fih. Fil-fatt, bi flotta ta’ inġenji tal-ajru mnaqqsa u b’limitu massimu fuqha, SATA tkun f’pożizzjoni li taqdi lill-klijenti u tiflaħ għall-kompetizzjoni minn linji tal-ajru li ma humiex soġġetti għal limitazzjonijiet simili biss jekk tkun tista’ tuża l-inġenji tal-ajru b’mod aktar effiċjenti, b’fatturi ta’ tagħbija ogħla u bi frekwenza ogħla. |
|
(275) |
SATA se tkun limitata aktar fir-rigward tat-tkabbir permezz tal-akkwiżizzjonijiet esterni ta’ kompetituri jew fornituri ta’ prodotti jew servizzi komplementari għal tagħha sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, sakemm dawn ma jkunux indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha (il-premessa 260(e)). F’dak il-każ, il-Portugall se jkollu jinnotifika l-akkwiżizzjoni ppjanata lill-Kummissjoni, jissostanzja l-indispensabbiltà allegata tagħha u jżomm lura milli jimplimenta l-akkwiżizzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkonferma li l-akkwiżizzjoni tkun meħtieġa biex issostni l-vijabbiltà fit-tul ta’ SATA. |
|
(276) |
Barra minn hekk, SATA se toqgħod lura wkoll milli tippubbliċizza l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta tikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi ta’ hawn fuq (il-premessa 260(d)). |
Konklużjoni dwar il-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(277) |
F’konformità mal-punt 83 tal-Linji Gwida R&R, dawk il-miżuri se jiżguraw li l-għajnuna tintuża biss biex tiffinanzja r-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u li ma tiġix abbużata biex jiġu estiżi d-distorsjonijiet serji u persistenti tal-istruttura tas-suq jew biex il-benefiċjarju jiġi protett minn kompetizzjoni sana. |
|
(278) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri biex jiġu limitati r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni jnaqqsu b’mod xieraq l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
5.4.3.6.
|
(279) |
Skont il-punt 38(g) tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jeħtieġ li jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna mogħtija. Għalhekk, f’konformità mal-punt 96 tal-Linji Gwida R&R, l-awtoritajiet Portugiżi jimpenjaw ruħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza u jagħmlu l-informazzjoni rilevanti disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/sobre-nos/gestao-e-transparencia/documentos-legais |
6. KONKLUŻJONI DWAR IL-KOMPATIBBILTÀ
|
(280) |
Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2015/1589, id-deċiżjonijiet li jagħlqu l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandhom jittieħdu malli jitneħħew id-dubji mqajmin dwar il-kompatibbiltà ta’ miżura notifikata mas-suq intern. |
|
(281) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li d-dubji li qajmet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tneħħew, l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq is-settur tat-trasport bl-ajru huma limitati, minħabba d-daqs żgħir ta’ SATA, kif ukoll il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, li l-Portugall jenħtieġ li jiżgura li jiġu implimentati. Konsegwentement, dment li l-Portugall jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, l-effetti pożittivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika - fir-rigward tat-trasport bl-ajru li jiżgura l-konnettività tar-Reġjun tal-Azores, kif ukoll l-attivitajiet relatati li jibbenefikaw minnu - jegħlbu l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, li għalhekk ma humiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, l-impenji pprovduti mill-Portugall jenħtieġ li jiġu stabbiliti bħala kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
|
(282) |
Fil-valutazzjoni ġenerali tagħha, għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE peress li tiffaċilita l-iżvilupp tat-trasport reġjonali bl-ajru u l-attivitajiet relatati, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, fl-Azores u ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(283) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar fl-obbligu tal-Portugall li jiżgura li l-benefiċjarju jimplimenta b’mod sħiħ il-pjan ta’ ristrutturar (179), kif ukoll li jipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull 6 xhur sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż tal-finanzjament impenjat mill-Portugall u tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, l-iżviluppi fir-rigward tal-inġenji tal-ajru u l-kapaċità tal-flotta ta’ SATA, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar f’termini ta’ dħul, konteniment tal-kostijiet u tnaqqis fil-kostijiet mill-miżuri ta’ ristrutturar u l-qligħ, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħuda mill-Portugall jew mill-benefiċjarju fejn ikun xieraq. |
|
(284) |
Fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ, il-Kummissjoni tinnota li l-Portugall irtira n-notifika tiegħu ta’ dik l-għajnuna u li l-għajnuna għas-salvataġġ ma ngħatatx. B’riżultat ta’ dan, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ saret mingħajr skop (il-premessa 136). |
|
(285) |
Fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat, il-Kummissjoni tqis li dawn jirrappreżentaw għajnuna illegali u li tali għajnuna ma hijiex kompatibbli mas-suq intern (il-premessa 245). Madankollu, peress li l-Portugall irkupra l-ammont korrispondenti bl-imgħax, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija tista’ tagħlaq l-investigazzjoni fir-rigward taż-żidiet kapitali tal-passat mingħajr ma tordna l-irkupru tagħhom. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna għar-ristrutturar li l-Portugall qed jippjana li jimplimenta għall-benefiċċju ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A. u s-sussidjarji kkontrollati kollha tagħha, fil-forma ta’ miżuri ta’ ekwità li jammontaw għal EUR 318,25-il miljun u garanzija fuq is-self li tammonta għal EUR 135 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-Portugall għandu jiżgura li SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A., u/jew is-sussidjarji tagħha kif ikun xieraq, jimplimentaw b’mod sħiħ, fl-iskedi ta’ żmien rilevanti, il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar stabbilit f’din id-Deċiżjoni.
2. Il-Portugall għandu jiżgura li SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A., u/jew is-sussidjarji tagħha kif ikun xieraq, jimplimentaw b’mod sħiħ, fl-iskedi ta’ żmien rilevanti u mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2025, il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif deskritti f’din id-Deċiżjoni, jiġifieri:
|
(a) |
iċ-ċessjoni sħiħa ta’ mill-anqas 51 % tal-kapital azzjonarju ta’ SATA Internacional - Azores Airlines, S.A., |
|
(b) |
iċ-ċessjoni sħiħa tal-unità tan-negozju li bħalissa tipprovdi servizzi ta’ groundhandling lill-ajruporti u lill-ajrudromi fir-Reġjun tal-Azores taħt il-kontroll uniku ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A.; |
|
(c) |
ir-rispett ta’ limitu massimu fuq il-flotta tal-inġenji tal-ajru taħt il-kontroll ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A. li ma jaqbiżx massimu ta’ 14-il inġenju tal-ajru u, wara l-bejgħ tal-ishma f’SATA Internacional - Azores Airlines, S.A., imsemmi fil-punt (a), sitt inġenji tal-ajru; |
|
(d) |
iż-żamma lura mill-akkwiżizzjoni ta’ ishma fi kwalunkwe kumpanija ħlief fejn indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A., u/jew is-sussidjarji tagħha kif ikun xieraq, u, f’dak il-każ soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni; u |
|
(e) |
iż-żamma lura mill-pubbliċizzazzjoni tal-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jiġu kkummerċjalizzati l-prodotti u s-servizzi ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A., u/jew tas-sussidjarji tagħha. |
3. Il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull 6 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2025. Dawk ir-rapporti għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari: id-dati tal-iżborż effettiv tal-finanzjament impenjat mill-Portugall u l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju; l-iżviluppi fin-network, il-pożizzjoni tas-suq, l-inġenji tal-ajru u l-kapaċità ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A.; kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar f’termini ta’ dħul, trażżin tal-kostijiet u tnaqqis tal-kostijiet, u qligħ miksub mill-miżuri ta’ ristrutturar; u kwalunkwe miżura korrettiva prevista jew meħuda mill-Portugall jew mill-benefiċjarju fejn ikun xieraq.
Artikolu 3
Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali hija magħluqa fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija pubblika għal self bankarju ta’ EUR 169 miljun għas-salvataġġ ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A. minħabba li l-proċedura saret mingħajr skop, peress li l-Portugall irtira n-notifika ta’ dik l-għajnuna mill-Istat mingħajr ma daħħal fis-seħħ l-għajnuna.
Artikolu 4
1. It-tliet żidiet kapitali ta’ SATA Air Açores - Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos S.A. sottoskritti mill-Portugall mill-2017 għal ammont totali ta’ EUR 72,6 miljun jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
2. Dik l-għajnuna mill-Istat iddaħħlet fis-seħħ b’mod illegali mill-Portugall bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u hija inkompatibbli mas-suq intern.
3. Peress li l-Portugall diġà rkupra l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mill-benefiċjarju bl-imgħax mid-data li fiha t-tliet żidiet kapitali tpoġġew rispettivament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex titlob l-irkupru tal-għajnuna.
Artikolu 5
Il-Portugall għandu jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri meħuda u previsti li jittieħdu biex tinkiseb il-konformità magħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 294, 4.9.2020, p. 41.
(2) ĠU C 223, 11.6.2021, p. 37.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(4) ĠU C 294, 4.9.2020, p. 41.
(5) ĠU C 223, 11.6.2021, p. 37.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2021, SA.58101 u SA.62043 – Il-Portugall – Rescue and restructuring aid to SATA – Urgent liquidity support, ippubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea (https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=3_SA_58101), fejn il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda oġġezzjoni, fil-limitu tal-ammont baġitarju diġà awtorizzat ta’ EUR 255,5 miljun, għal (i) l-estensjoni tal-garanziji diġà mogħtija fuq is-self, jew (ii) is-sostituzzjoni ta’ dan is-self b’self mill-azzjonisti pprovdut direttament lil SATA Azores Airlines.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(9) Sociedade Anónima hija elenkata fl-Anness I (Tipi ta’ impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(10) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 21-24.
(11) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 7.
(12) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 7 sa 9.
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
(14) Bħala eżempju, il-Liġi 105/2019, li temenda d-Digriet Liġi 134/2015 (dwar l-għoti ta’ allowance għall-mobilità soċjali liċ-ċittadini li huma benefiċjarji, fil-kuntest tas-servizzi bl-ajru u dawk marittimi bejn il-kontinent u r-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira u bejn dan tal-aħħar u r-Reġjun Awtonomu tal-Azores, biex jintlaħqu l-objettivi ta’ koeżjoni soċjali u territorjali) tgħid li t-tariffa massima tal-biljetti hija ta’ EUR 30,00.
(15) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 24.
(16) Ir-rotot definiti bħala OSP bejn il-gżejjer u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali (ara l-avviżi ta’ informazzjoni fil-ĠU C 29, 28.1.2020, p. 8 u p. 9) huma l-15-il rotta li ġejjin, li huma essenzjalment organizzati fi tliet raggruppamenti ta’ ċentri urbani ewlenin li jikkorrispondu għal Ponta Delgada, Terceira u Horta: a) Ponta Delgada-Santa Maria-Ponta Delgada (PDL-SMA-PDL), b) Ponta Delgada-Terceira-Ponta Delgada (PDL-TER-PDL), c) Ponta Delgada – Graciosa – Ponta Delgada (PDL-GRW-PDL), d) Ponta Delgada-Horta-Ponta Delgada (PDL-HOR-PDL), e) Ponta Delgada-Pico-Ponta Delgada (PDL-PIX-PDL), f) Ponta Delgada-São Jorge-Ponta Delgada (PDL-SJZ-PDL), g) Ponta Delgada-Flores-Ponta Delgada (PDL-FLW-PDL), h) Ponta Delgada – Corvo – Ponta Delgada (PDL-CVU-PDL), i) Terceira-Graciosa-Terceira (TER-GRW-TER), j) Terceira-São Jorge-Terceira (TER-SJZ-TER), k) Terceira-Pico-Terceira (TER-PIX-TER), l) Terceira-Horta-Terceira (TER-HOR-TER), m) Terceira-Flores-Terceira (TER-FLW-TER), n) Horta-Flores-Horta (HOR-FLW-HOR) and o) Horta-Corvo-Horta (HOR-CVU-HOR). Peress li xi rotot jistgħu jiġu aggregati – b’mod partikolari, PDL-FLW-PDL tista’ tiġi kkombinata ma’ TER-FLW-TER jew HOR-FLW-HOR u HOR-CVU-HOR tista’ tiġi kkombinata ma’ HOR-FLW-HOR – bħalissa l-għadd reali ta’ rotot ta’ OSP operati minn SATA Air Açores huwa ta’ 14.
(17) Is-sit web uffiċjali tal-Gvern tal-Azores, il-pubblikazzjoni bit-titolu “Novas Obrigações de Serviço Público do Transporte Aéreo nos Açores” tad-29 ta’ Ottubru 2021:
https://portal.azores.gov.pt/en/web/comunicacao/news-detail?id=4797175 .
(18) B’mod partikolari, il-Gvern Reġjonali tal-Azores approva, fit-2 ta’ Ġunju 2021, ir-Riżoluzzjoni Nru 141/2021 li fiha awtorizza uffiċjalment it-tnedija tal-Offerta Pubblika Internazzjonali għall-OSP bejn il-gżejjer għall-għoti ta’ kuntratt għal 5 snin, f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
(19) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 24.
(20) Ara l-Ħarsa ġenerali lejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u r-regoli dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku applikabbli għas-settur tat-trasport bl-ajru matul it-tifqigħa tal-COVID-19, disponibbli minnhttps://ec.europa.eu/competition/state_aid/what_is_new/air_transport_overview_sa_rules_during_coronavirus.pdf .
(21) L-awtorità kompetenti li tissottoskrivi l-kuntratti ta’ servizz pubbliku hija r-Repubblika Portugiża, u mhux l-ARA, skont il-liġi nazzjonali (id-Digriet-Liġi Nru 138/99 tat-23 ta’ April 1999).
(22) Il-konċessjoni relatata mas-servizzi pubbliċi tal-ajruporti b’appoġġ għall-avjazzjoni ċivili fil-gżejjer ta’ Graciosa, Pico, São Jorge u Corvo ngħatat lil SGA b’kuntratt tal-1 ta’ Lulju 2005, eżegwit skont it-termini tar-Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali Nru 102/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, għal perjodu ta’ 10 snin, li jista’ jiġġedded għal perjodi ta’ 5 snin, sa durata massima ta’ 20 sena.
(23) Fl-2019, meta l-għadd ta’ passiġġieri (li telqu u waslu) bejn l-2017 u l-2019 kien l-ogħla fil-ħames ajruporti kollha, l-għadd ta’ passiġġieri kien kif ġej: Pico (144 787), Graciosa (57 013), Corvo (8 825) São Jorge (80 629) u Flores (63 568).
(24) Ir-rapport f’https://ec.europa.eu/competition/state_aid/public_services/2016_2017/portugal_en.pdf
(25) Il-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru, il-punti 72 u 75(a), ĠU C99, 4.4.2014, p. 3. Fil-punt 72, il-Kummissjoni tqis li l-ġestjoni ġenerali ta’ ajruport tista’ titqies bħala SGEI speċjalment fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi -il-gżejjer- tal-Unjoni u fil-punt 75 (a) il-Kummissjoni tfakkar li d-Deċiżjoni 2012/21/UE tkopri l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ajruporti fejn it-traffiku annwali medju ma jaqbiżx il-200 000 passiġġier matul id-durata tal-inkarigu.
(26) It-tweġiba tal-Portugall tas-6 ta’ Awwissu 2020 għal talba ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni.
(27) Id-data għall-2019, fis-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 24.
(28) Sors: Servizzi ta’ rapportar-Ishma mis-suq, fit-tweġiba tal-Portugall tas-6 ta’ Awwissu 2020, ikkwotata hawn fuq.
(29) Sors: Amadeus market Insight, fit-tweġiba tal-Portugall tas-6 ta’ Awwissu 2020, ikkwotata. Id-data tirreferi biss għall-konnessjonijiet diretti, peress li hemm offerti indiretti oħra, jiġifieri minn TAP Air Portugal, minn Liżbona.
(30) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-20 ta’ Lulju 2020, l-Anness 6 - Xenarju kompetittiv fl-avjazzjoni fis-suq tal-Azores.
(31) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 18.
(32) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-20 ta’ Lulju 2020, il-punt 42 u ff.
(33) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 11 sa 22 u d-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 13 u 14.
(34) In-notifika tal-Portugall tat-13 ta’ Awwissu 2020, il-Kontijiet annwali konsolidati u l-Anness 2.2 tan-notifika.
(35) In-notifika tal-Portugall tat-13 ta’ Awwissu, l-Anness 1.1. – Il-Karta tal-Bilanċ Ikkonsolidata tal-Grupp SATA għall-2018 u għall-2019.
(36) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 4 – Rekwiżiti ta’ Finanzjament ta’ SATA, p. 10.
(37) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 9.
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021 fil-każ SA.62505 (2021/N) COVID-19: Amendment of SA.56873 Direct grant scheme and loan guarantee scheme (ĠU C 195, 21.5.2021, p. 22).
(39) It-tweġiba tal-Portugall għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata fis-6 ta’ April 2022, p. 8-10.
(40) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021 fil-każ SA.61771 (2021/N) - COVID-19 - SATA - Compensation of damages resulting from extraordinary events (ĠU C 285, 16.7.2021, p. 7).
(41) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-10 ta’ Ġunju 2021, p. 8, li telenka l-kuntratti diġà nnegozjati mal-fornituri, it-trade unions, il-banek, eċċ.
(42) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-22 ta’ Ottubru 2021, p. 7.
(43) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 3, Ir-Riżultati u l-Prestazzjoni tal-Grupp SATA YTD.2021, Novembru 2021, p. 11, u s-sottomissjoni tas-6 ta’ April 2022, p. 12-13. Il-Portugall jispjega li, għad-data storika, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SATA juża data tas-suq minn Sabre AirVision Market Intelligence Global Demand Data (DGG) u OAG; għall-evoluzzjoni tas-suq u l-istimi tat-tkabbir, il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq it-Tbassir tad-Domanda għall-Ivvjaġġar bl-Ajru tal-IATA/Oxford Economics 2019-25 (tal-ħruġ ta’ Novembru 2020); barra minn hekk, il-Portugall juża l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO - Effects of Novel Coronavirus (COVID-19) on Civil Aviation: Economic Impact Analysis, Montréal, il-Kanada, 12 ta’ Jannar 2022).
(44) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, p. 1.
(45) Is-sottomissjoni tal-Portugall tas-6 ta’ April 2022, p. 18.
(46) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, p. 5.
(47) Il-proporzjon tad-dejn finanzjarju nett mal-EBITDA jkejjel il-kapaċità ta’ kumpanija li tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha (fuq perjodu ta’ żmien qasir u fit-tul), billi juri kemm-il sena l-kumpanija teħtieġ biex tħallas id-dejn kollu tagħha, jekk topera fil-livelli attwali tad-dejn u tal-EBITDA.
(48) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, p. 5.
(49) Dak is-self ingħata biex jissostitwixxi self li qabel kien iggarantit mill-ARA, f’konformità mal-premessi 13 u 18 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2021 imsemmija fil-premessa 11.
(50) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021 - l-Anness 3 – Preżentazzjoni tar-Riżultati u l-Prestazzjoni tal-Grupp SATA YTD 2021 ta’ Novembru 2021, kif aġġornata mit-tweġiba tal-Portugall għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni ppreżentata fis-6 ta’ April 2022, p. 18 u l-Anness 8.
(51) It-tweġiba tal-Portugall għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata fis-6 ta’ April 2022, p. 18 u l-Anness 8.
(52) It-tweġiba tal-Portugall għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata fis-6 ta’ April 2022, p. 18, u l-Anness 8.
(53) It-tweġiba tal-Portugall għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata fis-6 ta’ April 2022, p. 18 u l-Annessi 12-13.
(54) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-28 ta’ Ottubru 2021, p. 6.
(55) Klassifikazzjoni tal-istrumenti […] flimkien ma’ marġni ta’ […] soġġett għal […].
(56) Maturità fi […] u rata tal-imgħax […] flimkien ma’ marġni ta’ […] skont […] .
(57) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, p. 3.
(58) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021 - l-Anness 3 – Preżentazzjoni tar-Riżultati u l-Prestazzjoni tal-Grupp SATA YTD 2021 ta’ Novembru 2021.
(59) L-ROCE fis-sena t huwa definit bħala l-EBIT wara t-taxxa fis-sena t diviż bil-kapital medju użat fis-sena t u t-1.
(*1) Kalkoli tal-Kummissjoni
(*2) tassumi ċessjonijiet kummerċjali ta’ sehem maġġoritarju f’Azores Airlines u fl-unità tal-groundhandling;
(*3) mill-2021 ’il quddiem ma tinkludix l-immaniġġjar jew is-sussidji straordinarji tal-COVID-19, iżda sussidji operattivi rikorrenti bħall-kumpens reġjonali għall-OSP.
(60) Is-sottomissjoni tal-Portugall tad-19 ta’ Ottubru 2020, il-punti 150-151 u l-Anness 4.
(61) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 - Pjan ta’ ristrutturar u strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 39.
(62) Sors: Analiżi tal-Profittabilità tar-Rotot, Data tal-Kumpanija, Analiżi tal-BCG, fis-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 - Pjan strateġiku u ta’ ristrutturar ta’ SATA 2021-25, p. 41.
(63) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-10 ta’ Ġunju 2021, il-punt 23, p. 6.
(64) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-15 ta’ Lulju 2021, l-Anness 4 – Rekwiżiti ta’ Finanzjament ta’ SATA (IMAP ta’ Lulju 2021), kif sussegwentement riveduta fit-2 ta’ Diċembru 2021.
(65) L-ittra tal-Portugall tat-22 ta’ Ottubru 2021 […].
(66) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-10 ta’ Ġunju 2021, p. 9, 11 u 16.
(67) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021 - l-Anness 3 – Preżentazzjoni tar-Riżultati u l-Prestazzjoni tal-Grupp SATA YTD 2021 ta’ Novembru 2021, is-slajd 4.
(68) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-28 ta’ Ottubru 2021, p. 9.
(69) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, p. 4.
(70) Ir-reġjun ultraperiferiku NUTS 2 ta’ PT20 Região Autónoma dos Açores ġie indikat mill-Portugall bħala żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 2022 fil-każ SA.100752 (2021/N), Regional aid map for Portugal (2022-2027) (ĠU C 82, 18.2.2022, p. 1).
(71) Sors: SREA, Tfittxija għall-istampa.
(72) Sors: INE, SREA (data għall-2018/2019).
(73) Sors: OAG, Skeda ta’ titjiriet operattivi għal trasportaturi ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019. Id-data tinkludi l-operazzjonijiet kollha b’50 titjira jew aktar fis-sena minn kull reġjun lejn destinazzjoni oħra.
(74) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 68 sa 77, u d-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 55 sa 61.
(75) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 64-65.
(76) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 86-87.
(77) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 83-86.
(78) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 58-60.
(79) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 97-98.
(80) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 69.
(81) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 71.
(82) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 74.
(83) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 72-73.
(84) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 89.
(85) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 73-74.
(86) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 88.
(87) Kienu ppreżentati osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mill-Partido Popular Monarquico (PPM), Ryanair, A.J.F. Accounting (AJFA), Casa dos Acores do Quebeque (CAQ), SDA Building Services (SDABS), Casa dos Acores do Ontario (CAO), Montreal TEM (MTEM), Associacao de Municipios da Regiao Autonoma dos Acores (AMRAA), Câmara do Comércio e Indústria de Ponta Delgada/Associação Empresarial das Ilhas de S. Miguel e Santa Maria (CCIPD), Hotelaria de Portugal (AHP), Casas dos Acores do Norte (CAN), Federação Agrícola dos Açores (FAA), California Portuguese-American Coalition (CPAC), Casas dos Acores de Winnipeg Canada (CAWC), l-Assoċjazzjonijiet Portugiżi tal-Aġenziji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (APAVT), Visitazores Travel (ATA), il-Comissão da Festas do Senhor Santo Cristo dos Milagres u tal-Amigos da Ribeira Quente, Federacao das Pescas dos Acores (FPA), Brampton Travel Agency (BTA), u Conselho Económico e Social dos Açores (CESA).
(88) Il-partijiet terzi li ġejjin issottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni: Brampton Travel Agency (BTA), Casas dos Acores do Quebeque, J.F. Accounting & Services, SDA Building Services, Comissão da Festas do Senhor Santo Cristo dos Milagres u tal-Amigos da Ribeira Quente, Federação Agrícola dos Açores (FAA), Ryanair, Associaçao Açoriana De Formaçao Turistica e Hoteleira (AAFTH), l-Assoċjazzjoni Portugiża tal-Aġenziji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (APAVT), Hotelaria de Portugal (AHP), Sindicato Nacional do Pessoal de Voo da Aviação Civil (SNPVAC), Sindicato dos Pilotos da Aviaçao Civil (SPAC), Comissão de Trabalhadores da Sata Internacional-Azores Airlines, Câmara do Comércio e Indústria de Ponta Delgada/Associação Empresarial das Ilhas de S. Miguel e Santa Maria (CCIPD) u Associação Turismo dos Açores (ATA).
(89) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.
(90) L-assoċjazzjonijiet tad-dijaspora CAQ u CAO huma wkoll parti mill-istess organizzazzjoni umbrella CAN. Komunitajiet oħra tad-dijaspora fil-Kanada u fl-Istati Uniti huma CPAC u CAWC.
(91) Ryanair issostni li SATA Air Açores topera żewġ ajruplani Bombardier Dash 8-Q200 (b’kapaċità ta’ 37 passiġġier), erba’ Bombardier Dash 8-Q400 (b’kapaċità ta’ 80 passiġġier) u Azores Airlines topera sitt Airbus A320 u A321 (sors https://en.wikipedia.org/wiki/SATA Air A%C3%A7ores).
(92) Id-data tal-Unità tal-Intelligence tal-Avjazzjoni (AIU) tal-EUROCONTROL dwar il-flotot li ma humiex qegħdin itiru Sors: https://ansperformance.eu/covid/acft_ground/ (parti mill-Unità tal-Intelligence tal-Avjazzjoni (AIU) tal-EUROCONTROL, murija fit-2 ta’ Ottubru 2020).
(93) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 70.
(94) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 10.
(95) Ir-rotot minn São Miguel (PDL) u Terceira (TER) għal Liżbona (LIS) u Oporto (OPO).
(96) Ir-rotot minn São Miguel (PDL) lejn u minn Boston (BOS).
(97) Ir-rotot bejn Liżbona (LIS) u Pico (PIX); Faial (HOR) u Santa Maria (SMA) u anki bejn Madeira (FNC) u São Miguel (PDL).
(98) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 16.
(99) São Miguel (PDL) għal Liżbona (LIS).
(100) Is-sottomissjoni mill-Koalizzjoni Portugiża-Amerikana ta’ California (CPAC) tat-2 ta’ Ottubru 2020, u l-Casas dos Acores de Winnipeg Canada tat-3 ta’ Ottubru 2020.
(101) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08, ECLI:EU:T:2011:209, il-punt 110.
(102) Awtorizzata bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern tal-Azores Nru 13/2017.
(103) Awtorizzata bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern tal-Azores Nru 85/2018, emendata bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Nru 112/2018.
(104) Awtorizzata bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern tal-Azores Nru 66/2020.
(105) Is-sottomissjoni tal-Portugall tad-19 ta’ Ottubru 2020, il-punti 142-155 u 167-189.
(106) Dan l-ammont iqis biss id-differenza bejn l-ammonti dovuti mill-ARA, kif iċċertifikati mill-awditi pubbliċi rilevanti, u l-ammonti effettivament imħallsa mill-ARA, ara s-sottomissjoni tal-Portugall tad-19 ta’ Ottubru 2020, il-punti 143-155 u l-Annessi 2-4 u l-Anness 7.
(107) Is-sottomissjoni tal-Portugall tad-19 ta’ Ottubru 2020, il-punt 151.
(108) Ir-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri Nru 01/2016 ta’ Jannar 2016, p. 14.
(109) L-Artikolu 35 tal-Kodiċi tal-Kumpaniji Portugiż isostni li, f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ telf ta’ aktar minn nofs il-kapital azzjonarju mħallas minħabba telf akkumulat, l-azzjonisti jenħtieġ li jiddeliberaw dwar opzjonijiet biex jikkoreġu s-sitwazzjoni, li jinkludu l-opzjoni ta’ injezzjoni ta’ kapital.
(110) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.
(111) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Anness 1 – Pjan ta’ Ristrutturar u Strateġiku ta’ SATA 2021-25, p. 40.
(112) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(113) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, p. 3.
(114) Ara n-nota 69 f’qiegħ il-paġna.
(115) Is-sottomissjoni tal-Portugall tal-10 ta’ Ġunju 2021, il-punt 76.
(116) Ir-Rapport u l-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża dwar il-kontijiet tal-ARA tal-2020 https://www.tcontas.pt/pt-pt/ProdutosTC/PareceresTribunalContas/pareceres-craa/Documents/2020/sratc-cra-2020.pdf .
(117) Ir-Rapport dwar il-Ġestjoni ta’ SATA għall-2020, https://portal.azores.gov.pt/documents/36626/729805/SATA+GA+RC+2020.pdf/98844e5b-93c0-709c-3a13-e9cadaf5e6d4?t=1627401511597 .
(118) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 1993, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:157, il-punt 20.
(119) L-osservazzjonijiet tal-Portugall għall-kummenti tal-partijiet interessati tat-12.8.2021, il-punti 14-19.
(120) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-13 ta’ Awwissu 2020, l-Anness 6 - Xenarju kompetittiv fl-avjazzjoni fis-suq tal-Azores, li tindika li Air Berlin, Air Europa*, Delta, Easy Jet, Flylal*, Germania*, JetTime*, Niki*, Norwegian*, Primera*, Travel Service* u TUI NL* (it-trasportaturi kollha mmarkati b’* kienu jipprovdu titjiriet charter) ilhom li interrompew ir-rotot lejn l-Azores mill-2016.
(121) L-Anness 1 tas-sottomissjoni tal-Portugall tat-12 ta’ Awwissu 2021.
(122) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata bil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C(2020) 2215 (ĠU C 122I, 4.4.2020, p. 1), C(2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C(2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), C(2020) 7127 (ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1), C(2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6), u C(2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1) (il-“Qafas Temporanju”).
(123) Ara n-nota 117 f’qiegħ il-paġna.
(124) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-13 ta’ Novembru 2020, p. 9.
(125) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 52, 55, 58-59, 91 u 112.
(126) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI et, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.
(127) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 44 sa 48.
(128) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.
(129) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 19.
(130) Il-Linji Gwida R&R, il-punt 38.
(131) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 18 sa 20.
(132) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 59.
(133) Il-punt 44 (b), (c) u (d) tal-Linji Gwida R&R.
(134) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 57-58, li jirreferu għall-valutazzjoni espressa fil-premessi 69-71 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(135) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 58.
(136) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 60, li tirreferi għall-valutazzjoni espressa fil-premessi 75-76 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(137) Id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessi 57-59 li jirreferu għall-valutazzjoni espressa fil-premessi 71 sa 74 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(138) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 73.
(139) Il-punti 45, 47 u 48 tal-Linji Gwida R&R.
(140) Il-punti 50 sa 52 tal-Linji Gwida R&R.
(141) Ara l-istqarrija għall-istampa tal-IATA tal-1 ta’ Marzu 2022 minn https://www.iata.org/en/pressroom/2022-releases/2022-03-01-01/.
(142) Is-sottomissjoni tal-Portugall tat-18 ta’ Frar 2022, il-paġna 1.
(143) Is-sottomissjoni tal-Portugall ta’ April 2021, Sommarju tal-iffrankar potenzjali fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sata.
(144) Il-kampjun jinkludi: Lufthansa, Norwegian, Eurowings, Ryanair, IAG, Easyjet, Wizz Air u Brussels Airlines (ara l-premessa 55).
(145) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(146) https://www.chathamfinancial.com/technology/european-market-rates
(147) Il-parametru referenzjarju użat minn SATA għat-tqabbil ta’ Azores Airlines mal-parametru referenzjarju tal-industrija (ara l-Anness 1, il-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ SATA 2021-25, is-slajd 69).
(148) Id-WACC jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-kost tal-ekwità tal-benefiċjarju (16 %) u l-kost tad-dejn wara t-taxxa (9,1 %), b’ponderazzjonijiet ugwali għad-dejn fil-mira tal-benefiċjarju għad-dejn flimkien mal-proporzjon tal-ekwità (473,8 %), f’konformità mal-metodoloġija standard. Rata ħielsa mir-riskju li tikkonsisti fir-rendiment medju sal-maturità tal-Bonds tal-Azores 2030 (Bloomberg), il-primjum tar-riskju tas-suq mill-kunsens tal-industrija “Primjum tar-Riskju tas-Suq tal-Ekwità – Sommarju tar-Riċerka – 2020 – KPMG”, il-primjum għas-small cap u s-suppożizzjoni IMAP għall-primjum tal-ultraperiferija. Il-firxa tad-dejn korporattiv TAP 4 3/8 2023, il-mira D/E minn Bloomberg (pari magħżula).
(149) Il-punt 38(e) tal-Linji Gwida R&R.
(150) Il-punt 61 tal-Linji Gwida R&R.
(151) Il-punt 98 tal-Linji Gwida R&R.
(152) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2011 fil-każ SA 31250 (N/2011) - Restructuring of BDZ – Il-Bulgarija (ĠU C 10, 12.1.2012, p. 9), il-premessa 79: “[…] It-tnaqqis fil-pagi kif ukoll l-iffrankar futur fuq il-kostijiet għas-sigurtà soċjali jidhru li huma miżuri ta’ ristrutturar meħtieġa aktar milli kontribuzzjoni proprja […]”.
(153) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021 fil-każ SA.58101 (2020/C) u SA.62043 (2021/N) – Il-Portugall - Rescue aid and Restructuring aid to SATA Group (ĠU C 223, 11.6.2021, p. 37), il-premessa 72; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2021 fil-każ SA.63203 (2021/N) – Il-Ġermanja - Restructuring aid for Condor (għadha ma ġietx ippubblikata), il-premessa 132(c); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-każ SA.40419 (2015/NN) – Restructuring aid for Polzela (ĠU C 258, 15.7.2016, p. 3), il-premessa 119.
(154) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li s-Slovenja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Grupp Cimos (SA.37792 (2014/C) (ex 2013/N)) (ĠU L 59, 4.3.2016, p. 168), il-premessa 80.
(155) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2018 fil-każ SA.51408 (2018/N) – Aid to Terramass B.V. (ĠU C 406, 19.11.2018, p. 10), il-premessi 22 u 71.
(156) Ara s-sottomissjoni mill-Portugall fit-2 ta’ Diċembru 2021.
(157) Fid-Deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2022, SA.59974 (2021/C) – Ir-Rumanija - Restructuring of CE Oltenia (għadha ma ġietx ippubblikata), il-premessi 214 sa 219, il-Kummissjoni qieset aċċettabbli livell ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ 32 % tal-kostijiet tar-ristrutturar. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2021, SA.60165 - Il-Portugall - Restructuring aid to TAP SGPS (għadha mhix ippubblikata), il-premessa 263, il-Kummissjoni aċċettat kontribuzzjoni proprja ugwali għal 35 % tal-kostijiet tar-ristrutturar. Skont il-Linji Gwida R&R tal-1999, li kienu jeħtieġu li l-kontribuzzjoni proprja kellha tkun sinifikanti, mingħajr ma jispeċifikaw limitu minimu ta’ applikazzjoni, li ġie stabbilit għal 50 % fil-Linji Gwida R&R tal-2004, fid-Deċiżjoni tal-24 ta’ April 2007 rigward il-miżura ta’ għajnuna imwettqa mill-Belġju favur l-InterFerryBoats (C 46/05 (ex NN 9/04 u ex N 55/05)) (ĠU L 225, 27.8.2009, p. 1), il-premessi 348-350, il-Kummissjoni kienet aċċettat ukoll kontribuzzjoni proprja ta’ 24 %.
(158) Il-punt 38(f) tal-Linji Gwida R&R.
(159) Il-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida R&R.
(160) Il-punti 72(a) u 72(c) tal-Linji Gwida R&R.
(161) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.61771 (2021/N) COVID-19 - SATA - Compensation of damages resulting from extraordinary events (ĠU C 285, 16.7.2021, p. 7).
(162) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011), il-punti 15 sa 17.
(163) Il-premessaa 13 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(164) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2012, Il-Kummissjoni vs Spanja (“Magefesa II”), C-610/10, ECLI:EU:C:2012:781, il-punt 105; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-496/09, ECLI:EU:C:2011:740, il-punt 61.
(165) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ April 1995, Il-Kummissjoni vs L-Italja (“ALFA Romeo”), C-348/93, ECLI:EU:C:1995:95, il-punt 27.
(166) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995, Siemens vs Il-Kummissjoni, T-459/93, ECLI:EU:T:1995:100, il-punti 97-101.
(167) Is-sottomissjoni tal-Portugall tad-19 ta’ Ottubru 2020, il-punt 167 ff. u l-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża dwar il-kontijiet tal-ARA tal-2017 https://www.tcontas.pt/pt-pt/ProdutosTC/PareceresTribunalContas/pareceres-craa/Documents/2017/sratc-cra-2017.pdf.
(168) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 109.
(169) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Nru 85 tat-18 ta’ Lulju 2018.
(170) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Nru 66/2020.
(171) Il-punt 71 u n-nota 38 f’qiegħ il-paġna tal-Linji Gwida R&R.
(172) Il-premessi 90 u 91 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u 79 u 80 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(173) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2021 fil-Każ SA.62505 (2021/N) COVID-19: Amendment of SA.56873 Direct grant scheme and loan guarantee scheme (ĠU C 177, 7.5.2021, p. 21), tas-7 ta’ Marzu 2022 fil-Każ SA.100205 (2022/N) – Il-Portugall - COVID-19: Direct grants to micro, small and medium-sized enterprises in specific sectors established in the Outermost Region of the Azores (“APOIAR.PT Açores”) - November 2021 to January 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata), tal-4 ta’ Ġunju 2021 fil-każ SA.63010 (2021/N) “COVID-19: Aid to passengers transport sector in Azores”, (ĠU C 233, 11.6.2021, p. 33), tat-13 ta’ Settembru 2021 fil-każ SA.64599 (2021/N) “COVID-19: Aid to passengers transport sector in Azores for 2021” (ĠU C 389, 24.9.2021, p. 16), tas-6 ta’ April 2022 fil-każ SA.102334 (2022/N) – Il-Portugall – COVID-19: Aid to passengers transport sector in Azores for 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata) (b’mod partikolari l-premessi 4, 36 u 37).
(174) Analiżi simili twettqet mill-Kummissjoni, inter alia, fid-Deċiżjoni tagħha tas-7 ta’ Awwissu 2020 fil-każ SA.57675 (2020/N) – Il-Ġermanja - COVID-19 - scheme for regional and local public passenger transport (ĠU C 277, 21.8.2020), il-premessi 18-20, 54-55 u 65-66, fejn il-Kummissjoni sabet li t-tfixkil ikkawżat mill-COVID-19 huwa b’mod ċar barra mill-funzjonament normali tas-suq u affettwa b’mod partikolari lill-fornituri ta’ servizz pubbliku fis-settur tat-trasport, peress li “[h]uma ma kellhomx l-għażla li jnaqqsu l-kapaċità tagħhom u b’hekk inaqqsu l-kost fiss tagħhom, bħal kumpaniji f’setturi oħra. Bħala tali, [huma] kellhom ikomplu joffru kapaċità kważi sħiħa minkejja l-għadd li kien għadu baxx ħafna ta’ passiġġieri ” (il-premessa 66). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2020, fil-każ SA.58738 (2020/N) – L-Olanda COVID-19 – Support for regional and long-distance public passenger transport (ĠU C 397, 20.11.2020), il-premessi 57-62, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2021, fil-każ SA.59747 (2020/N) COVID-19: Damage compensation to operators of rail passenger services that concluded net-cost public service contracts (ĠU C 50, 12.2.2021), il-premessi 58-62 u 67-68.
(175) Il-punti 87 sa 90 u 92 tal-Linji Gwida R&R.
(176) Autoridade Nacional da Aviação Civil (ANAC) – il-Bulettin Statistiku Trimestrali Nru 49, JAN-MAR 21
(177) Sors: SREA u data tal-kumpanija.
(178) Il-punti 1 sa 4 tal-Qafas Temporanju.
(179) Il-punt 122 tal-Linji Gwida R&R.