22.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1205

tal-20 ta’ Ġunju 2023

li taħtar membru u ħames membri supplenti, proposti mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Żvediż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Karin WANNGÅRD, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sa Linda ALLANSSON WESTER, is-Sa Suzanne FRANK, is-Sa Sara HELGE VIKMÅNG u s-Sa Charlotte NORDSTRÖM saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Åsa ÅGREN WIKSTRÖM bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Żvediż ippropona lis-Sa Åsa ÅGREN WIKSTRÖM, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li għandha mandat elettorali, Ledamot i regionfullmäktige, Region Västerbotten (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Västerbotten), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemmu fil-25 ta’ Jannar 2025.

(7)

Il-Gvern Żvediż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur William ELOFSSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Gävle kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Gävle), is-Sur Anders JOSEFSSON, Ledamot i regionfullmäktige, Region Norrbotten (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Norrbotten), is-Sa Elisabet LANN, Ledamot i kommunfullmäktige, Göteborgs kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Gothenburg), is-Sur Michael ROSENBERG, Ledamot i kommunfullmäktige, Helsingborgs kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Helsingborg), u s-Sa Anna-Karin SKATT, Ledamot i regionfullmäktige, Västra Götalandsregionen (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Västra Götaland),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sa Åsa ÅGREN WIKSTRÖM, Ledamot i regionfullmäktige, Region Västerbotten (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Västerbotten),

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur William ELOFSSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Gävle kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Gävle),

Is-Sur Anders JOSEFSSON, Ledamot i regionfullmäktige, Region Norrbotten (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Norrbotten),

Is-Sa Elisabet LANN, Ledamot i kommunfullmäktige, Göteborgs kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Gothenburg),

Is-Sur Michael ROSENBERG, Ledamot i kommunfullmäktige, Helsingborgs kommun (Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Helsingborg),

Is-Sa Anna-Karin SKATT, Ledamot i regionfullmäktige, Västra Götalandsregionen (Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Västra Götaland).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

R. POURMOKHTARI


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).