|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1196
tas-16 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ April 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Malta (BĊE/2023/12) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat ta’ KPMG bħala awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ġie tterminat bi ftehim reċiproku. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għażel lil Deloitte Audit Ltd bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit Ltd jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15. Deloitte Audit Ltd huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).