20.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1188

tad-19 ta’ Ġunju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1).

(2)

L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u tibqa’ tikkundannaha bħala ksur tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni għadha soda fl-impenn tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u tibqa’ ddedikata għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent.

(3)

Fuq il-bażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sat-23 ta’ Ġunju 2024.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Ġunju 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BUSCH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).