5.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1099

tal-5 ta’ Ġunju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Barranija u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha.

(3)

L-Unjoni hija mħassba dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja. Il-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna amplifikat ir-repressjoni interna fir-Russja, billi llimitat drastikament il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u l-libertà tal-media u introduċiet iċ-ċensura tal-gwerra.

(4)

L-Unjoni tkompli tikkundanna bil-qawwa l-espansjoni severa tal-leġiżlazzjoni restrittiva u r-repressjoni sistematika kontra s-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll ir-repressjoni bla rażan tal-media indipendenti, ġurnalisti individwali, membri tal-oppożizzjoni politika u ilħna kritiċi oħra.

(5)

L-Unjoni tikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni minn qorti ta’ Moska li tikkundanna lil Vladimir Kara-Murza, politiku tal-oppożizzjoni, attivist tad-demokrazija u kritiku vokali tal-Kremlin, għal 25 sena ħabs fuq akkużi politikament motivati. L-Unjoni tappella lir-Russja biex teħles minnufih u mingħajr kondizzjonijiet lil dawk kollha miżmuma l-ħabs għal akkużi politikament motivati.

(6)

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li disa’ persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“36.

Oleg Mikhailovich SVIRIDENKO

Олег Михайлович СВИРИДЕНКО

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 29.7.1962

Post tat-twelid: Potapovka, Buda-Koshelyovsky district, Gomel region, Belarus

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 772704610955

Bħala Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa, Oleg Sviridenko jissorvelja direttament id-Dipartiment tal-Leġiżlazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi fis-Sfera ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Kummerċjali kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Interess Nazzjonali mill-Influwenza Esterna, li huma responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-‘aġenti barranin’, inkluż l-awtorità li jiddeċiedu dwar deżinjazzjonijiet fil-‘Lista ta’ Aġenti Barranin’.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-‘aġenti barranin’ kienet fil-qalba ta’ mewġa ta’ liġijiet repressivi li jrażżnu s-soċjetà ċivili indipendenti, il-media kif ukoll individwi dissidenti, filwaqt li jiksru l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni tagħhom. Bħala konsegwenza, mijiet ta’ NGOs u individwi, ħafna personalitajiet prominenti tas-soċjetà ċivili Russa u l-avversarji politiċi tal-Kremlin, inkluż Vladimir Kara-Murza, ġew inklużi fil-Lista ta’ Aġenti Barranin li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ Sviridenko fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Sviridenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

37.

Andrei Andreevich ZADACHIN

Андрей Андреевич ЗАДАЧИН

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur tal-Major Investigative Unit at the Investigative Committee of the Russian Federation; Maġġur

Data tat-twelid: 22.8.1990

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur tal-Unità Investigattiva Ewlenija fil-Kumitat Investigattiv (Major Investigative Unit at the Investigative Committee) tal-Federazzjoni Russa, Zadachin ħareġ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Zadachin talab ukoll lill-qorti biex Kara-Murza jiġi detenut u pprovda xhieda li ssostni dan fil-qorti.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

38.

Danila Yurievich MIKHEEV

Данила Юрьевич МИХЕЕВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur ta’ organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ‘Independent expert’

Data tat-twelid: 1.3.1999

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559

Mikheev iservi bħala ‘xhud espert’ għall-gvern Russu f’kawżi tal-qorti politikament motivati. Huwa aġixxa bħala espert fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa responsabbli li appoġġa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

39.

Denis Vladimirovich KOLESNIKOV

Денис Владимирович

КОЛЕСНИКОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Investigative Department at the Investigative Committee of the Russian Federation. Grad ta’ Logutenent Ġeneral.

Data tat-twelid: 29.6.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Investigattiv fil-Kumitat Investigattiv (Investigative Department at the Investigative Committee) tal-Federazzjoni Russa, Kolesnikov awtorizza l-ħruġ ta’ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

40.

Diana Igorevna MISHCHENKO

(Kunjom ta’ xebba: GARIPOVA)

Диана Игоревнa МИЩЕНКО

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khamovniki District Court of Moscow

Data tat-twelid: 12.5.1977

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: Mara

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Khamovniki (Khamovniki District Court) ta’ Moska, Mishchenko hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija tat sentenza biex tapprova l-arrest amministrattiv ta’ Kara-Murza għal 15-il jum.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

41.

Elena Anatolievna LENSKAYA

Елена Анатольевна ЛЕНСКАЯ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmaniy District Court of Moscow

Data tat-twelid: 22.1.1979

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: Mara

Numru tal-Kontribwent Individwali: 770905658030

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Basmaniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska, Lenskaya hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet id-deċiżjoni biex tapprova l-arrest ta’ Kara-Murza għal xahrejn.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

42.

Ilya Pavlovich KOZLOV

Илья Павлович КОЗЛОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 17.10.1973

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt (City Court) ta’ Moska, Kozlov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ċaħad it-talba għall-appell ta’ Kara-Murza dwar l-arrest amministrattiv tiegħu.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

43.

Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV

Сергей Геннадьевич ПОДОПРИГОРОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 8.1.1974

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz

Shmitovskiy Proyezd, 16c2, Moscow, Russia, 123100. Apartment 52.

(Шмитовский пр-д, 16с2, Москва, Россия, 123100. Квартира 52)

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt (City Court) ta’ Moska, Podoprigorov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ppresieda l-kulleġġ tal-Imħallfin fil-Qorti tal-Belt ta’ Moska li fis-17 ta’ April 2023 ikkundanna lill-attivist tal-oppożizzjoni Kara-Murza għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Qabel, Podoprigorov, bħala Mħallef fil-qorti distrettwali ta’ Tverskoi ta’ Moska, għamel żewġ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ Sergei Magnitsky, li kixef il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina minn uffiċjali tal-gvern Russu, u aktar tard ġie ppersegwitat u miet f’ħabs Russu.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

44.

Dmitriy Viktorovich KOMNOV

Дмитрий Викторович КОМНОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Logutenent Kurunell, Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska - SIZO-5 ‘Vodnik’.

Data tat-twelid: 17.5.1977

Post tat-twelid: Kashira Region, Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Komnov huwa uffiċjal għoli tas-sistema penitenzjarja Russa. Huwa l-Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska SIZO-5 ‘Vodnik,’ fejn qed jinżamm Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Kara-Murza ddeterjorat b’mod konsiderevoli minn meta bdiet id-detenzjoni tiegħu f’April 2022. Komnov huwa responsabbli għat-trattament degradanti ta’ Kara-Murza peress li ntbagħat f’ċellola ta’ kastig minkejja disturb serju fin-nervituri kkawżat minn żewġ avvelenamenti preċedenti.

It-trattament ħażin ta’ Kara-Murza fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ġestit minn Komnov jikkonferma x-xejra ta’ prattika stabbilita ta’ trattament inuman ta’ avversarji tar-reġim detenuti. Huwa kien il-gwardja taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ‘Butyrka’ fi żmien meta l-kundizzjonijiet intollerabbli wasslu għall-mewt tal-attivist kontra l-korruzzjoni Sergei Magnitsky.

Għalhekk, Komnov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż trattament degradanti u ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023”