26.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1035

tal-25 ta’ Mejju 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/849 (2) li testendi l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta’ Ġunju 2023.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-1 ta’ Ġunju 2024.

(4)

L-entrati għal żewġ persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. Jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati l-entrati għal 19-il persuna fiżika f’dik il-lista.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2024. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

;

(2)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. FORSSELL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tas-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 148, 31.5.2022, p. 52).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima “A. Persuni”, jitħassru ż-żewġ entrati li ġejjin:

122.

Dr. Fayssal ABBAS;

161.

Dr. Mohamad Zafer Mohabak;

(2)

fit-taqsima “A. Persuni”, l-entrati 5, 8, 12, 50, 51, 74, 107, 119, 120, 121, 192, 271, 284, 285, 290, 291, 324, 325, u 326 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“5.

Hafiz (

Image 1
) MAKHLOUF (
Image 2
)

(magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf)

Data tat-twelid: 2.4.1971;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Passaport diplomatiku Nru 014637352;

Sess: raġel

Eks-Kurunell u Kap ta’ Unità fid-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali, il-Fergħa ta’ Damasku, fil-kariga wara Mejju 2011. Membru tal-familja Makhlouf; kuġin tal-President Bashar al-Assad.

9.5.2011

8.

Rami (

Image 3

) MAKHLOUF (

Image 4

)

Data tat-twelid: 10.7.1969;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Passaport Nru 000098044;

Numru tal-ħruġ 002-03-0015187;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b’interessi fis-servizzi finanzjarji, is-settur tat-trasport u dak tal-proprjetà. Għandu interessi finanzjarji fil-fondi ta’ investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding u/jew jokkupa karigi għolja u eżekuttivi fihom.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u huwa marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

9.5.2011

12.

Ghazwan Rifaat Kheir BEK

(magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek)

Data tat-twelid: 10.3.1961;

Post tat-twelid: Al-Shamiyah, Latakia, Syria;

Numru tal-identità: 06010037444;

Sess: raġel

Eks-Ministru għat-Trasport, fil-poter wara Mejju 2011 (maħtur fis-27.8.2014). Qabel kien Direttur Ġenerali tal-Port ta’ Tartous. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

50.

Tarif (

Image 5
) AKHRAS (
Image 6
)

(magħruf ukoll bħala Al Akhras (

Image 7
))

Data tat-twelid: 2.6.1951;

Post tat-twelid: Homs, Syria;

Passaport Sirjan Nru 0000092405;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Huwa l-fundatur ta’ Akhras Group (komoditajiet, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u eks-President tal-Homs Chamber of Commerce (Kamra tal-Kummerċ ta’ Homs). Relazzjonijiet ta’ negozju mill-qrib mal-familja tal-President Bashar al-Assad. Eks-membru tal-Bord tal-Federation of Syrian Chambers of Commerce (Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Sirjani). Ipprovda appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u vetturi li jgħabbu t-tankijiet). Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim Sirjan u qed jappoġġah.

2.9.2011

51.

Issam (

Image 8

) ANBOUBA (

Image 9

)

President ta’ Anbouba for Agricultural Industries Co.;

Data tat-twelid: 1952;

Post tat-twelid: Homs, Syria;

Sess: raġel

Negozjant prominenti attiv f’setturi differenti tal-ekonomija Sirjana, bħall-agrikoltura, il-proprjetà immobbli u s-settur bankarju. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma’ uffiċjali ta’ grad għoli Sirjani. Kofundatur ta’ Cham Holding.

2.9.2011

74.

Mohammad Walid GHAZAL

Data tat-twelid: 1.11.1951;

Post tat-twelid: Aleppo, Syria;

Numru ta’ Identità Nazzjonali Sirjan: 02020332623;

Sess: raġel

Eks-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Iżvilupp Urban (maħtur fis-27.8.2014). Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

107.

Mohammad Ibrahim AL-SHA’AR

Data tat-twelid: 1.10.1956;

Post tat-twelid: Al-Haffah, Latakia, Syria;

Sess: raġel

Eks-Ministru għall-Intern. Bħala eks-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. Viċi President tal-Front Progressiv Nazzjonali tas-Sirja.

1.12.2011

119.

Sufian (

Image 10

) ALLAW (

Image 11

)

Data tat-twelid: 8.2.1944;

Post tat-twelid: al-Bukamal, Deir Ezzor, Syria;

Sess: raġel

Eks-Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu tal-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

120.

Dr. Adnan (

Image 12

) SLAKHO (

Image 13

)

Data tat-twelid: 7.9.1955;

Post tat-twelid: Al-Malihah, Rif Dimashq, Syria;

Sess: raġel

Eks-Ministru għall-Industrija. Eks-Ministru għall-Edukazzjoni u konsulent attwali għall-iżvilupp tan-negozju fil-Ministeru għall-Amministrazzjoni Lokali. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu tal-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

121.

Dr. Saleh (

Image 14

) AL-RASHED (

Image 15

)

Data tat-twelid: 1.8.1964;

Post tat-twelid: Aleppo Province, Syria;

Sess: raġel

Eks-Ministru għall-Edukazzjoni u Kap attwali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fil-Fakultà tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u d-Diplomazija fl-Al-Sham Private University. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu tal-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

192.

Hashim Anwar AL-AQQAD

magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad

Data tat-twelid: 8.8.1961;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Numru ta’ Identità Nazzjonali Sirjan: 01020018085;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’Anwar Akkad Sons Group (AASG) u s-sussidjarja tiegħu United Oil. L-AASG huwa konglomerat b’interessi f’setturi bħaż-żejt, il-gass, is-sustanzi kimiċi, l-assigurazzjoni, il-makkinarju industrijali, il-proprjetà immobbli, it-turiżmu, wirjiet, l-għoti ta’ kuntratti, l-assigurazzjoni u tagħmir mediku. Huwa wkoll kofundatur ta’ ditta ewlenija tas-sigurtà (ProGuard).

Sal-2012 Hashim Anwar al-Aqqad kien għadu qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ membru tal-Parlament Sirjan.

Hashim Anwar Al-Aqqad ma kienx jibqa’ jirnexxi mingħajr għajnuna mir-reġim. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.

23.7.2014

271.

Khaled AL-ZUBAIDI

(magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi

(خالد الزبيدي)

Nazzjonalità: Sirjana;

Pożizzjoni: Koproprjetarju ta’ Zubaidi u Qalei LLC; Direttur ta’ Agar Investment Company; Maniġer Ġenerali tal-kumpanija Al Zubaidi u ta’ Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company; Direttur u Sid ta’ Zubaidi Development Company; koproprjetarju ta’ Enjaz Investment Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u li għaliha r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.

Khaled al-Zubaidi ffirma sponsorizzazzjoni (b’valur ta’ USD 350 000 ) ma’ klabb tal-futbol Sirjan “Wihda FC” permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu “Hijaz Company”. Membru tal-Federation of Syrian Chambers of Tourism (Federazzjoni tal-Kmamar tat-Turiżmu Sirjani) mill-2019. President tas-Syrian-Algerian Business Council (Kunsill tan-Negozju Sirjan-Alġerin).

21.1.2019

284.

Mazin AL-TARAZI

(magħruf ukoll bħala

Image 16
; Mazen al-Tarazi)

(مازن الترزي)

Data tat-twelid: Settembru 1962;

Nazzjonalità: Sirjana;

Pożizzjoni: Negozjant;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B’mod partikolari, Mazin al-Tarazi kkonkluda ftehim ma’ Damascus Cham Holdings għal investiment ta’ USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja. F’Settembru 2019, huwa ħoloq “al-Dana Group Investments LLC”, kumpanija ta’SYP 25 miljun involuta fl-esportazzjoni u l-importazzjoni u fl-investiment f’faċilitajiet turistiċi u kumplessi kummerċjali. Mazin Al-Tarazi huwa membru tas-Syrian-Iranian Business Council ((Kunsill tan-Negozju Sirjan-Iranjan) (SIBC)) u serva bħala intermedjarju għar-reġim Iranjan biex jixtri proprjetà immobbli fis-Sirja.

21.1.2019

285.

Samer FOZ

(magħruf ukoll bħala Samir Foz/Fawz; Samer Zuhair Foz; Samer Foz bin Zuhair)

(سامر فوز)

Data tat-twelid: 20.5.1973;

Post tat-twelid: Homs, Syria;

Nazzjonalitajiet: Sirjana, Torka;

Numru tal-Passaport Tork: U 09471711 (post tal-ħruġ: Turkey; data ta’ skadenza: 21.7.2024);

Numru nazzjonali Sirjan: 06010274705;

Indirizz: Platinum Tower, office No 2405, Jumeirah Lake Towers, Dubai, UAE;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim Sirjan, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta’ ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz tal-kummerċ tal-qamħ u proġetti ta’ rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

Samer Foz fetaħ fabbrika tar-raffinar taz-zokkor (“Samer Foz Factory”) fl-2021 b’appoġġ għall-objettiv tar-reġim Sirjan li jżid il-produzzjoni taz-zokkor madwar il-pajjiż.

21.1.2019

290.

Waseem AL-KATTAN

(وسيم القطان)

(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim; Anouar; al-Kattan, al-Katan, al-Qattan, al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)

Data tat-twelid: 4.3.1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Numru ta’ Identità Nazzjonali Sirjan: 10090110187

Pożizzjoni: President tad-Damascus Countryside (Rural) Province Chamber of Commerce;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Larosa Furniture/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federation of Syrian Chambers of Commerce;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Sid ta’ għadd ta’ negozji u kumpaniji azzjonarji b’interessi u attivitajiet f’diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem al-Kattan laħaq malajr negozjant prominenti billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b’kuntrabandu fil-Lvant ta’ Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f’forom aggressivi ta’ klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.

Fl-2020, Al-Kattan ġie elett membru tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Damasku. F’Novembru 2021, Al-Kattan inħatar segretarju tal-Federation of Syrian chambers of commerce (Federazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ Sirjani) mill-Gvern Sirjan, minkejja li tilef l-elezzjonijiet. Fl-2022, Al-Kattan inħatar President tas-Syrian-Omani Business Council (Kunsill tan-Negozju Sirjan-Omani).

17.2.2020

291.

Amer FOZ

(magħruf ukoll bħala Amer Zuhair Fawz)

(عامر فوز)

Data tat-twelid: 11.3.1976;

Post tat-twelid: Homs, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana; Saint Kitts and Nevis;

Nru Nazzjonali: 06010274747;

Numru tal-passaport: 002-14-L169340

Karta ta’ residenza tal-Emirati Għarab Magħquda: 784-1976-7135283-5

Pożizzjoni: Fundatur ta’ District 6 Company; Sieħeb fundatur ta’ Easy life Company;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Samer Foz; Viċi President ta’ Asas Steel Company; Aman Holding;

Sess: raġel

Negozjant prominenti b’interessi tan-negozju personali u tal-familja u attivitajiet f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Huwa jibbenefika finanzjarjament mill-aċċess għal opportunitajiet kummerċjali u jappoġġa r-reġim Sirjan.

Huwa assoċjat ukoll ma’ ħuh Samer Foz, li ilu ddeżinjat mill-Kunsill minn Jannar 2019 bħala negozjant prominenti li jopera fis-Sirja u li jappoġġa jew jibbenefika mir-reġim. Flimkien ma’ ħuh, huwa jimplimenta għadd ta’ proġetti kummerċjali, b’mod partikolari fiż-żona ta’ Adra al-Ummaliyya (subborgi ta’ Damasku). Dawn il-proġetti jinkludu fabbrika li timmanifattura kejbils u aċċessorji tal-kejbils kif ukoll proġett għall-produzzjoni tal-elettriku bl-użu tal-enerġija solari. Huma kienu involuti wkoll f’diversi attivitajiet mal-ISIL (Da’esh) f’isem ir-reġim ta’ Assad, inkluż il-forniment ta’ armi u munizzjon bi skambju għal qamħ u żejt.

17.2.2020

324.

Ahmed KHALIL KHALIL

(magħruf ukoll bħala Ahmed KHALIL, Ahmad Khalil Khalil)

(احمد خليل خليل)

Data tat-twelid: 1969;

Post tat-twelid: Qayrun;

Sess: raġel

Ahmed Khalil Khalil huwa l-koproprjetarju ta’ Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-kumpanija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna.

Għaldaqstant, Ahmed Khalil Khalil jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

325.

Nasser Deeb DEEB

(magħruf ukoll bħala Nasser Dhib, Nasser Dib, Nasser Deeb)

(ناصر ديب)

Data tat-twelid: 21.2.1974;

Post tat-twelid: Baniyas, Tartus, Syria;

Numru ta’ Identità Nazzjonali Sirjan: 10090110187;

Sess: raġel

Nasser Deeb Deeb huwa l-koproprjetarju ta’ Sanad Protection and Security Services, kumpanija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata minn Wagner Group, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (fosfati, gass u s-sigurtà tas-siti taż-żejt) fis-Sirja. L-isfruttament tar-riżorsi naturali jipprovdi dħul lir-reġim Sirjan. Barra minn hekk, huwa wkoll koproprjetarju tal-kumpanija Ella Services flimkien ma’ Khodr Ali Taher.

F’din il-kapaċità, Nasser Deeb Deeb jappoġġa lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu.

21.7.2022

326.

Issam SHAMMOUT

(magħruf ukoll bħala Mohammed Issam Shammout, Mohamed Essam Shammout, Muhammad Issam Shammout, Muhammad Essam Shammout)

(محمد عصام شموط)

Data tat-twelid: 26.8.1971

Post tat-twelid: 232, Tanzeem Kafarsus, Damascus, Syria

Sess: raġel

Issam Shammout huwa s-sid u l-president tal-bord tad-diretturi tal-linja tal-ajru “Cham Wings” u l-kap ta’ Shammout Group, attiv fis-setturi tal-karozzi, tal-azzar, tal-avjazzjoni, tat-trasportazzjoni tal-merkanzija, tal-kostruzzjoni, u tal-proprjetà immobbli.

F’din il-kapaċità, Issam Shammout huwa negozjant prominenti li jopera fis-Sirja.

21.7.2022”.