23.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/116


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/992

tas-16 ta’ Mejju 2023

li taħtar 16-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”).

(2)

Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza esperta rilevanti tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, u fuq il-bażi li fost il-membri tal-bord hemm disponibbli l-kompetenza esperta rilevanti fl-oqsma ta’ affarijiet ġenerali, finanzjarji u legali.

(3)

It-tul ta’ żmien tal-mandat huwa ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded darba.

(4)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Mejju 2019 (2) u tas-6 ta’ Mejju 2021 (3), il-Kunsill ħatar 15-il u 12-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija rispettivament.

(5)

Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija nnominati mill-Ġermanja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, l-Estonja, il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda u Franza nħatru għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2027.

(6)

Il-Kunsill irċieva nominazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta’ Tmexxija għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2027 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

is-Sa Ingrid BORG, Maltija, (*1);

is-Sa Claudia-Sorina DUMITRU, Rumena, (*1);

is-Sa Tasoula KYPRIANIDOU – LEONTIDOU, Ċiprijotta, (*1);

is-Sa Anna Katarzyna LEWANDOWSKA, Pollakka, (*1);

is-Sa Donata PIPIRAITĖ-VALIŠKIENĖ, Litwana, (*1);

is-Sa Teodora VALKOVA, Bulgara, (*1);

Dr Axel Otto VORWERK, Ġermaniż, (*1);

is-Sa Sofia ZISI, Griega, (*1).

Artikolu 2

Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta’ Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2027 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

is-Sa Catheline Irène DANTINNE, Belġjana, (*1);

is-Sa Kristīne KAZEROVSKA, Latvjana, (*1);

is-Sa Agnès LEFRANC, Franċiża, (*1);

is-Sa Dília Maria LIMA JARDIM, Portugiża, (*1);

is-Sa Annemari LINNO, Estonjana, (*1);

is-Sa Yvonne Marie MULLOOLY, Irlandiża, (*1);

is-Sa Charlotta Amalia WALLENSTEIN, Daniża, (*1);

is-Sa Katarína ZGALINOVIČOVÁ, Slovakka, (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SVANTESSON


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2019 li taħtar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 185, 29.5.2019, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2021 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 185, 12.5.2021, p. 4).

(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.