|
11.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/743
tal-4 ta’ April 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1681 (EUNAVFOR MED IRINI/1/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI). |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(3) |
Fis-27 ta’ Settembru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1681 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Stylianos DIMOPOULOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2022. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Viċi Ammirall (Forza Navali) Valentino RINALDI biex jieħu post il-Viċi Ammirall Stylianos DIMOPOULOS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ April 2023. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE appoġġa dik il-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fit-3 ta’ Marzu 2023, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Taljani. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Valentino RINALDI. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1681 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Valentino RINALDI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1681(EUNAVFOR MED IRINI/4/2022) hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2023.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1681 tas-27 ta’ Settembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/513 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2022) (ĠU L 252, 30.9.2022, p. 74).