|
29.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/693
tas-27 ta’ Marzu 2023
li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218, (UE) 2017/1219 u (UE) 2018/680 fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati
(notifikata bid-dokument C(2023) 1886)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li l-Ekotikketta tal-UE tista’ tiġi mgħotija lill-prodotti li jħallu l-anqas impatt ambjentali tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. Se jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 (2), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 (3), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 (4), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1217 (5), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 (6), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(7) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 (7), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Ġunju 2023. |
|
(8) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/680 (8), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “servizzi tat-tindif ta’ ġewwa”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fit-3 ta’ Mejju 2023. |
|
(9) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2017 (9), il-Kummissjoni, bil-pariri u l-assistenza tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, ivvalutat u kkonfermat ir-rilevanza tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-gruppi ta’ prodotti msemmija hawn, filwaqt li implimentat soluzzjonijiet biex jittejbu s-sinerġiji bejn il-gruppi ta’ prodotti u biex tiżdied l-adozzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Dan jinkludi r-raggruppament ta’ gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib, fejn ikun xieraq, u l-iżgurar li, matul il-proċess ta’ reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lill-koerenza bejn il-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-evidenza xjentifika rilevanti tal-Unjoni. |
|
(10) |
Il-valutazzjoni msemmija hawn fuq żvelat li, għall-gruppi ta’ prodotti tad-deterġenti, meħtieġa reviżjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni. Dik ir-reviżjoni se tqis l-eżitu tar-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa, il-kriterji tqiesu li għadhom aġġornati u x’aktarx li jkunu aġġornati fis-snin li ġejjin. Għalhekk, ir-reviżjoni tal-kriterji relatati tista’ tibda fi stadju aktar tard li tippermetti wkoll referenzi għall-kriterji riveduti dwar id-deterġenti. |
|
(11) |
Għalhekk, sabiex il-Kummissjoni twettaq ir-reviżjoni tal-kriterji relatati f’sinerġija mal-inizjattivi leġiżlattivi li jmiss u tirraggruppahom flimkien, jekk possibbli, huwa xieraq li l-validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti fid-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218, (UE) 2017/1219 u (UE) 2018/680 tiġi estiża. |
|
(12) |
Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ reviżjoni u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-suq għad-detenturi tal-liċenzji bejn il-verżjonijiet attwali u dawk riveduti tal-kriterji, il-perjodu ta’ validità tal-kriterji attwali u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2026 għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali, għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin, għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali. Għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa, il-perjodu ta’ validità tal-kriterji attwali u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219, (UE) 2018/680 jiġu emendati skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1214
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1214 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn’, u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sat-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1215
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1215 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali’, u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1216
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1216 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti’, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1217
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1217 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin’ u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 5
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1218
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1218 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ’, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 6
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1219
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1219 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali’, u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”.
Artikolu 7
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2018/680
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/680 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti ‘servizzi tat-tindif ta’ ġewwa’, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2027.”
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 16).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 31).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1217 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 45).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 79).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/680 tat-2 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa (ĠU L 114, 4.5.2018, p. 22).
(9) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti, (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).