|
17.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/176 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/601
tat-13 ta’ Marzu 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 fir-rigward tal-istandards armonizzati għad-disinn u l-ittestjar tal-vacuum cleaners għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi għall-gassijiet li jaqbdu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“it-talba”). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE. Dawk ir-rekwiżiti attwalment huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. |
|
(3) |
B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standards ġodda dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuż mat-talba. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN 17348:2022 -Rekwiżiti għad-disinn u l-ittestjar tal-vacuum cleaners għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi. Is-CEN emenda wkoll l-istandard armonizzat li ġej, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1668 (4): EN 60079-29-1:2016 - Atmosferi splussivi - Parti 29-1: Detetturi tal-gass - Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi għall-gassijiet li jaqbdu. Dan wassal għall-adozzjoni taż-żewġ emendi li ġejjin: EN 60079-29-1:2016/A1:2022 u EN 60079-29-1:2016/A11:2022. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards EN 17348:2022 kif ukoll EN 60079-29-1:2016 kif emendat b’ EN 60079-29-1:2016/A1:2022 u EN 60079-29-1:2016/A11:2022 jikkonformawx mat-talba. |
|
(6) |
L-istandards EN 17348:2022 u EN 60079-29-1:2016 kif emendati b’EN 60079-29-1:2016/A1:2022 u EN 60079-29-1:2016/A11:2022 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dawk l-istandards u tal-emendi għall-istandard EN 60079-29-1:2016 tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/34/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 17348:2022 u EN 60079-29-1:2016 kif emendati b’EN 60079-29-1:2016/A1:2022 u EN 60079-29-1:2016/A11:2022 jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(8) |
Jeħtieġ li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60079-29-1:2016 tiġi rtirata mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ġiet emendata. Għalhekk, jixraq li dik ir-referenza titħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668. |
|
(9) |
Sabiex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 60079-29-1:2016 kif emendat b’EN 60079-29-1:2016/A1:2022 u EN 60079-29-1:2016/A11:2022, l-irtirar tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 60079-29-1:2016 jeħtieġ jiġi differit. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-17 ta’ Settembru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(3) Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1668 tat-28 ta’ Settembru 2022 dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 251, 29.9.2022, p. 6).
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
titħassar ir-ringiela 82; |
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
|
(3) |
tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|