10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/546

tas-7 ta’ Marzu 2023

li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Sloven,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Jasna GABRIČ sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Tine RADINJA u tas-Sur Tomaž ROŽEN bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti (3).

(5)

Il-Gvern Sloven ippropona, abbażi ta’ mandat elettorali differenti, lis-Sa Jasna GABRIČ, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità, članica občinskega sveta, Občina Trbovlje (membru tal-kunsill muniċipali, Muniċipalità ta’ Trbovlje), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Sloven ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Marko DIACI, župan, Občina Šentjur (Sindku, Muniċipalità ta’ Sentjur), u s-Sur Nejc SMOLE, župan, Občina Medvode (Sindku, Muniċipalità ta’ Medvode),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sa Jasna GABRIČ, članica občinskega sveta, Občina Trbovlje (membru tal-kunsill muniċipali, Muniċipalità ta’ Trbovlje) (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Marko DIACI, župan, Občina Šentjur (Sindku, Muniċipalità ta’ Sentjur),

Is-Sur Nejc SMOLE, župan, Občina Medvode (Sindku, Muniċipalità ta’ Medvode).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

L. EDHOLM


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678 tas-26 ta’ Settembru 2022 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 252, 30.9.2022, p. 70).