10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/545

tas-7 ta’ Marzu 2023

li taħtar tliet membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2011/2112 (3), li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Birgit HONÉ u r-riżenji tas-Sur Franz RIEGER u s-Sur Bernd Claus VOß saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Claus Christian CLAUSSEN u s-Sur Clemens LAMMERSKITTEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Alex DOROW, Mitglied des Bayerischen Landtags (Membru tal-Parlament tal-Istat tal-Bavarja), is-Sa Erika VON KALBEN, Mitglied des Schleswig-Holsteinischen Landtages (Membru tal-Parlament tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein), u s-Sur Matthias WUNDERLING-WEILBIER, Staatssekretär für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung, Niedersächsisches Ministerium für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali, Ministeru għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali tal-Istat tas-Sassonja t’Isfel).

(6)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Anna KEBSCHULL, Landrätin des Landkreises Osnabrück (Kummissarju Distrettwali ta’ Osnabrück), u s-Sur Werner SCHWARZ, Minister für Landwirtschaft, ländliche Räume, Europa und Verbraucherschutz des Landes Schleswig-Holstein (Ministru għall-Agrikoltura, iż-Żoni Rurali, l-Affarijiet Ewropej u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Alex DOROW, Mitglied des Bayerischen Landtags (Membru tal-Parlament tal-Istat tal-Bavarja),

Is-Sa Erika VON KALBEN, Mitglied des Schleswig-Holsteinischen Landtages (Membru tal-Parlament tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein),

Is-Sur Matthias WUNDERLING-WEILBIER, Staatssekretär für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung, Niedersächsisches Ministerium für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali, Ministeru għall-Affarijiet Federali u Ewropej u l-Iżvilupp Reġjonali tal-Istat tas-Sassonja t’Isfel),

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sa Anna KEBSCHULL, Landrätin des Landkreises Osnabrück (Kummissarju Distrettwali ta’ Osnabrück),

Is-Sur Werner SCHWARZ, Minister für Landwirtschaft, ländliche Räume, Europa und Verbraucherschutz des Landes Schleswig-Holstein (Ministru għall-Agrikoltura, iż-Żoni Rurali, l-Affarijiet Ewropej u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Istat ta’ Schleswig-Holstein).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

L. EDHOLM


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2112 tal-25 ta’ Novembru 2021 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 429, 1.12.2021, p. 151).