|
3.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/51 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/458
tal-1 ta’ Marzu 2023
dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fi prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti li huma inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali. |
|
(2) |
Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ppubblikat stedina miftuħa biex tiegħu f’idejha r-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx ittieħed qabel. Għal dawk il-kombinamenti ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodott, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ li ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodotti indikati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
ANNESS
Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati:
|
Numru tal-Entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014 |
Isem is-sustanza |
Stat Membru Relatur |
Numru KE |
Nru CAS |
Tip ta’ prodott(i) |
|
1022 |
Pentaidrossidu tal-klorur tad-dialuminju |
NL |
234-933-1 |
12042–91–0 |
2 |
|
691 |
N-(idrossimetil)gliċinat tas-sodju |
AT |
274-357-8 |
70161-44-3 |
6 |
|
459 |
Massa tar-reazzjoni tad-diossidu tat-titanju u tal-klorur tal-fidda |
SE |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
1, 2, 6, 7, 9, 10, 11 |
|
531 |
(benżilossi)metanol |
AT |
238-588-8 |
14548-60-8 |
13 |
|
1016 |
Klorur tal-fidda |
SE |
232-033-3 |
7783-90-6 |
1 |
|
444 |
7a-etildiidro-1H,3H,5H-ossażolo[3,4-c]ossażol (EDHO) |
PL |
231-810-4 |
7747-35-5 |
6, 13 |
|
797 |
Klorur tas-cis-1-(3-kloroallil)-3,5,7-triaża-1-ażonjadamantan (cis CTAC) |
PL |
426-020-3 |
51229-78-8 |
6, 13 |
|
368 |
3-Kloroalliloklorur tal-metenammina (CTAC) |
PL |
223-805-0 |
4080-31-3 |
6, 12, 13 |