|
25.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 59/583 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/433
tal-25 ta’ Frar 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2197 (2), li ddeżinjat lill-Wagner Group u tlieta mill-membri tiegħu involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’partijiet differenti tad-dinja. |
|
(4) |
L-Unjoni tibqa’ mħassba ħafna dwar ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tortura u trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, imwettqa f’diversi pajjiżi, inkluż fl-Ukrajna, fil-Libja, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), fil-Mali u fis-Sudan mill-Wagner Group, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja. |
|
(5) |
B’kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali u l-gravità tal-attivitajiet tal-Wagner Group, kif ukoll l-impatt destabbilizzanti tagħhom f’dawk il-pajjiżi, l-Unjoni tqis li l-azzjonijiet tal-Wagner Group jimminaw l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-objettiv li jiġu kkonsolidati u appoġġati d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali f’konformità mal-paragrafu 2, punt (b) ta’ dak l-Artikolu. |
|
(6) |
F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tmien persuni u seba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-25 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 17).
ANNESS
1.
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) |
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“19. |
Maxim SHUGALEY magħruf ukoll bħala Maksim SHUGALEI |
Максим ШУГАЛЕЙ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) Data tat-twelid: 24.2.1966 Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità: 710508436 (Passaport Russu) |
Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) u jaħdem direttament taħt is-superviżjoni ta’ Yevgeny Prigozhin, li huwa l-kap tal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni. |
25.2.2023 |
|
20. |
Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO |
Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО (Ortografija Russa) |
|
Aleksandr Grigorievitch Maloletko huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala “difensur tal-patrija” u bħala l-Kap tal-“Veteran’s Interests Defenders League” ġie mfaħħar pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA u huwa responsabbli talli jappoġġja l-atti tal-Wagner Group. |
25.2.2023 |
|
21. |
Konstantin Alexandrovich PIKALOV |
Константин Александрович ПИКАЛОВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika Data tat-twelid: 23.7.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Konstantin Alexsandrovich Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018. Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,. Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group, fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
22. |
Dimitri SYTII magħruf ukoll bħala Dimitri SYTYI |
Дмитрий СЫТИЙ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian house of Bangui Data tat-twelid: 23.3.1989 Post tat-twelid: Minsk (Belarus) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217/CI St Petersburg, Russian Federation |
Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat mit-tmexxija tal-politika ta’ influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tar-Russian foreign ministry. Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,. Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
23. |
Mikhail Sergeyevich POTEPKIN |
Михаил Сергеевич ПОТЕПКИН (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur Meroe Gold Data tat-twelid: 19.9.1981 jew 29.9.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 651697952 (passaport Russu) Indirizz: Sudan Kumpaniji assoċjati: Megaline; Concord; IT-Debugger |
Mikhail Potepkin huwa direttur ta’ Meroe Gold, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f’M-Invest, il-kumpanija omm ta’ Meroe. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib għal Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi li jitwettqu fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
24. |
Alexander Alexandrovich IVANOV |
Александр Александрович ИВАНОВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Rappreżentant tal-istrutturi tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana Data tat-twelid: 14.6.1960 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Bangui, Repubblika Ċentru-Afrikana |
Alexander Ivanov huwa l-kelliem tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa wkoll il-kap tal-“Uffiċċju tal-Unjoni għas-Sigurtà Internazzjonali” Russu, li bagħat lill-istrutturi militari Russi fir-RCA. Dawk l-istrutturi huma merċenarji tal-Wagner Group. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali ta’ istrutturi militari Russi, huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
25. |
Vitalii Viktorovitch PERFILEV |
Виталий Викторович ПЕРФИЛЬЕВ (Ortografija Russa) |
Data tat-twelid: 11.9.1983 Post tat-twelid: Novossibirsk USSR (issa r-Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Indirizz: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana) Sess: raġel Numru tal-passaport: Nru 75 2987491 Data tal-konsenja: 30.3.2016 Data ta’ skadenza: 30.3.2026 |
Perfilev huwa l-konsulent tas-sigurtà għall-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa figura ewlenija fi ħdan il-Wagner Group fir-RCA. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,. Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
26. |
Andrei Sergeevich MANDEL |
Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ (Ortografija Russa) |
Data tat-twelid: 2.3.1990 Post tat-twelid: Germany Sess: raġel Numru tal-passaport: 753615660 |
Andrei Mandel huwa l-Kap ta’ M-Invest, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Mandel huwa assoċjat ma’ Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi appoġġ ukoll għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. |
25.2.2023” |
2.
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-Taqsima B (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:|
|
Isem (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) |
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“6. |
Lobaye Invest SARLU |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana) Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017 Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru “NIF”, numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa) Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana Informazzjoni oħra: Fergħa ta’ M-Finans |
Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata reġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest topera minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Hija tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Songo, stazzjon tar-radju tal-Afrika Ċentrali li jagħmel kampanji ta’ diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA. Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
7. |
DIAMVILLE |
|
Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019 Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519 Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati: Yevgeny Prigozhin, Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest |
Diamville hija kumpanija faċċata użata mill-Wagner Group preżenti fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta’ djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Yevgeny Prigozhin, u Dimitri Sytii, Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tipprovdi appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
8. |
Foundation for the Defence of National Values (FDNV) Fund for the Defence of National Values (FDNV) Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC) Foundation for National Values Protection |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation) Sit web: https://en.fznc.ru/ |
Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija marbuta mal-kap tal-Wagner Group, Yevgeny Prigozhin. Il-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur Wagner Group u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f’interferenza moħbija f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni. |
25.2.2023 |
|
9. |
Radio Centrafricaine Lengo Sengo |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui, Repubblika Ċentru-Afrikana Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018 Post prinċipali tan-negozju: Galabadja Bangui, Commune de Bangui Galabadja, 8eme Arr. [GPS]-> 4.4070, 18.5465 |
Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f’operazzjonijiet ta’ influwenza online f’isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija twettaq kampanji ta’ diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata marbuta ma’ Yevgeny Prigozhin u konnessa mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tagħha fir-RCA. Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA. Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
10. |
Meroe Gold Co. Ltd. |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan Informazzjoni oħra: Qtugħ ta’ metall ieħor mhux ferruż mill-minjieri Assoċjata ma’: Al Sawlaj for Mining Ltd الصولج Aswar Multi Activities Co., Ltd |
Meroe Gold hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Hija marbuta mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Meroe Gold tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
11. |
M-Invest |
|
Post tar-reġistrazzjoni: d. 76 korp. 4 litera A ofis N620, prospekt Obukhovskoi Oborony St. Petersburg, Russian Federation Numru tar-reġistrazzjoni: 1177847044066 Post prinċipali tan-negozju: Khartoum, Sudan Informazzjoni oħra: Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7811636632, numru tal-Gazzetta tal-Gvern: 06513574 |
M-Invest hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Hija marbuta mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. M-Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, M-Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
12. |
Sewa Security Services |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana) Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana Informazzjoni oħra: sussidjarja ta’ Lobaye Invest |
Sewa Security Services hija kumpanija privata bbażata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) li tipprovdi protezzjoni għall-uffiċjali għolja tal-gvern tar-RCA. Din isservi bħala kopertura għall-attivitajiet ta’ Wagner Group fir-RCA. Hija sussidjarja ta’ Lobaye Invest, immexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. SEWA Security kienet involuta flimkien mal-Wagner Group f’sensiela ta’ attakki vjolenti li seħħew fir-RCA mill-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2020 ’l hawn. Sewa Security hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Sewa Security Services tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA. |
25.2.2023” |