3.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/61


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/432 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59 I tal-25 ta’ Frar 2023 )

(1)

Fil-paġna 438, fl-Artikolu 1, il-punt (1)(c), il-kliem introduttorju tal-Artikolu 2, il-paragrafu 22,

minflok:

“22.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, u wara li jkunu ddeterminaw li: ...”,

aqra:

“22.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura "Entitajiet" fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, u wara li jkunu ddeterminaw li: ...”;

(2)

Fil-paġna 438, fl-Artikolu 1, il-punt (1)(c), fil-paragrafu 23,

minflok:

“23.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt in-numru tal-entrata 190 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, konklużi ma’ dik l-entità jew inkella li jinvolvuha, qabel il-25 ta’ Frar 2023.”,

aqra:

“23.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt in-numru tal-entrata 190 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, konklużi ma’ dik l-entità jew inkella li jinvolvuha, qabel il-25 ta’ Frar 2023.”.