27.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-23 ta’ Frar 2023

li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 145/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tibqa’ tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013-2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-lista ta’ setturi u ta’ subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (“il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Ġermanja nnotifikat korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha tal-fażi 3 tal-EU ETS, permezz ta’ ittra bid-data l-24 ta’ Jannar 2023. Il-livelli ta’ attività storika tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess kellhom jiġu kkoreġuti fir-rigward tal-installazzjoni DE-202760, wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2021 fil-kawża C-271/20 (12).

(6)

Il-bidliet notifikati fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-Amministratur Ċentrali jenħtieġ jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja stabbilita fl-Anness tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-23 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27)

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p.10).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(12)  Sentenza tal-Qorti (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021, Kawża C-271/20, Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland, ECLI:EU:C:2021:959.


ANNESS I

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-Installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000202760

202760

Aurubis AG

Anlage zur Herstellung von Nichteisen-Rohmetallen (Kupferproduktion)

378 054

371 487

364 844

358 131

351 345

344 494

337 558

330 597

2 836 510