27.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/68


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/424

tal-24 ta’ Frar 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-ħġieġ bil-folja speċjali miġbud u prodotti oħra għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji provduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, b’segwitu għal diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 10 Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

Drawn Sheet Glass Speċjali;

Geogrids rettangolari għall-istabbilizzazzjoni ta’ strati granulari mhux legati taħt tagħbija applikata;

Twavel magħmula minn kartun tax-xorb riċiklat għall-użu fil-kostruzzjoni;

Vireg tal-azzar headed reinforcement (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 160012-00-0301”);

Siġilli ta’ penetrazzjoni kkombinati għal umidifikaturi tan-nar;

Rovings tal-ħġieġ, basalt, aramid, carbon, PBO u azzar għal fiber-reinforced anchor spikes;

Polyurethane (PU) foam mat jew polyester tal-fibra mat biex jintuża għal impact sound insulation (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040049-00-0502”);

Prodotti ta’ iżolament termali u/jew akustiċi ffurmati fil-post magħmula minn materjal tat-tip loose fill li jifilħu għat-tagħbija magħmula minn fibri veġetali li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-art;

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330083-02-0601”);

Iżolament termali u u tikħil tal-ħitan fuq ġewwa/tikħil tal-ħitan fuq barra li jassorbi l-ħsejjes.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-esiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-lista tar-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni tal-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“300010-00-0505

Drawn Sheet Glass Speċjali”

“080013-00-0102

Geogrids rettangolari għall-istabbilizzazzjoni ta’ strati granulari mhux legati taħt tagħbija applikata”

“210138-00-0504

Twavel magħmula minn kartun tax-xorb riċiklat għall-użu fil-kostruzzjoni”

“160012-01-0301

Vireg tal-azzar headed reinforcement

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 160012-00-0301”)”

“350454-00-1104-v01

Siġilli ta’ penetrazzjoni kkombinati għal umidifikaturi tan-nar”

“331668-00-0601

Rovings tal-ħġieġ, basalt, aramid, carbon, PBO u azzar għal fiber-reinforced anchor spikes”

“040049-01-0502

Polyurethane (PU) foam mat jew polyester tal-fibra mat biex jintuża għal impact sound insulation

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040049-00-0502”)”

“041125-00-1201

Prodotti ta’ iżolament termali u/jew akustiċi ffurmati fil-post magħmula minn materjal tat-tip loose fill li jifilħu għat-tagħbija magħmula minn fibri veġetali li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-art”

“330083-03-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330083-02-0601”)

“041559-00-1201

Iżolament termali u u tikħil tal-ħitan fuq ġewwa/tikħil tal-ħitan fuq barra li jassorbi l-ħsejjes”.