|
15.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/339
tal-14 ta’ Frar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1) li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġġeddu sal-20 ta’ Frar 2024. Jenħtieġ li l-Kunsill ikompli jżomm il-miżuri taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).