7.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/261

tas-6 ta’ Frar 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-714/20 (2), jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2022, Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-714/20, ECLI:EU:T:2022:674.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, “Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2”, taħt l-intestatura “Persuni”, titħassar l-entrata li tikkonċerna l-persuna li ġejja:

161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV.