4.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 32/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/252

tal-4 ta’ Frar 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1909 (2), li introduċiet eżenzjoni mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u mill-projbizzjoni li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, b’rabta mat-trasport marittimu lil pajjiżi terzi ta’ żejt mhux maħdum) jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja jew li jiġu esportati mir-Russja, mixtrija bi prezz li jkun ekwivalenti jew anqas minn dak massimu stabbilit minn qabel miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet. Dik l-eżenzjoni hija maħsuba biex ittaffi l-konsegwenzi negattivi fuq il-provvista tal-enerġija għal pajjiżi terzi u tnaqqas iż-żieda qawwija f’daqqa fil-prezzijiet xprunata minn kondizzjonijiet straordinarji tas-suq, filwaqt li jiġi limitat id-dħul Russu miż-żejt.

(4)

Fit-3 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2369 (3), li stabbiliet il-limitu massimu tal-prezz għaż-żejt mhux maħdum, jiġifieri l-prezz għal kull barmil li fih jew li taħtu, iż-żejt mhux maħdum mir-Russja jkun eżentat mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu ta’ tali żejt mhux maħdum lejn pajjiżi terzi u l-projbizzjoni li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, b’rabta mat-trasport marittimu ta’ tali żejt mhux maħdum lejn pajjiżi terzi.

(5)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni, u b’kont meħud tal-effettività tal-miżura f’termini tar-riżultati mistennija tagħha, l-aderenza internazzjonali mal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezzijiet u l-allinjament informali miegħu, u l-impatt potenzjali tagħha fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, huwa xieraq li jiġu introdotti żewġ limiti addizzjonali fuq il-prezzijiet għall-prodotti tal-petroleum, jiġifieri l-prezz għal kull barmil li miegħu jew taħtu l-prodotti tal-petroleum mir-Russja jkunu eżentati mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu ta’ tali prodotti lejn pajjiżi terzi u l-projbizzjoni li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, b’rabta mat-trasport marittimu ta’ tali prodotti lejn pajjiżi terzi. B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġi introdott limitu ta’ prezz wieħed għall-prodotti tal-petroleum nnegozjati bi skont għaż-żejt mhux maħdum (“skont għaż-żejt mhux maħdum”) u limitu massimu ieħor fuq il-prezz għall-prodotti tal-petroleum innegozjati bi primjum għaż-żejt mhux maħdum (“primjum għaż-żejt mhux maħdum”).

(6)

Huwa wkoll xieraq li jiġi introdott perjodu tranżitorju ta’ 55 jum għal bastimenti li jġorru prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja li jinxtraw u jitgħabbew fuq il-bastiment qabel il-5 ta’ Frar 2023 u li jinħattu qabel l-1 ta’ April 2023.

(7)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2369 introduċiet rieżami regolari tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezzijiet. Jenħtieġ li, minn nofs Marzu 2023, ir-rieżami jkun ibbażat fuq data oġġettiva pprovduta mill-Kummissjoni lill-Kunsill kull xahrejn. Id-data għandha tinkludi informazzjoni dwar il-livell tal-prezz taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti tal-petroleum raffinat, varjazzjonijiet matul il-perjodu taħt rieżami u previżjonijiet raġonevoli tal-prezzijiet fil-perjodu ta’ wara. Il-Kummissjoni ser tinkludi wkoll data rilevanti dwar l-impatt mistenni fuq il-baġit Russu, fuq is-settur tal-enerġija u fuq l-Istati Membri. Abbażi ta’ din id-data, il-kriterji stipulati fl-Artikolu 4p(12) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u l-impenn li jiġi aġġustat il-limitu massimu tal-prezzijiet kif stipulat fiha, ir-Rappreżentant Għoli, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ser jagħmel il-proposti meħtieġa.

(8)

Huwa wkoll xieraq li jsiru ċerti emendi tekniċi.

(9)

Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati.

(10)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4o huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti tal-petroleum, kif elenkat fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni, jekk dawn joriġinaw fir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u ta’ prodotti tal-petroleum, kif elenkat fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni, fejn dawk l-oġġetti joriġinaw f’pajjiż terz u jkunu biss qed jitgħabbew fir-Russja, jitilqu minnha jew jgħaddu minnha, dment li kemm l-oriġini kif ukoll is-sid ta’ dawk l-oġġetti ma jkunux Russi;”

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Mill-5 ta’ Diċembru 2022, u permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u ta’ prodotti tal-petroleum, kif elenkat fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni, li joriġinaw fir-Russja jew ikunu esportati mir-Russja.”;

(d)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal xiri fir-Russja ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, kif elenkat fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni, li huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali tax-xerrej fir-Russja jew ta’ proġetti umanitarji fir-Russja.”;

(2)

L-Artikolu 4p huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, b’rabta mal-kummerċ, is-senserija jew it-trasport, inkluż dak permezz ta’ trasferimenti minn vapur għal vapur, lejn pajjiżi terzi ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, kif elenkat fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni, li joriġinaw mir-Russja jew li jkunu ġew esportati mir-Russja.”;

(b)

fil-paragrafi 4 u 5, il-frażi “Anness XXV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014” hija sostitwita b’”Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx japplikaw:

(a)

mill-5 ta’ Diċembru 2022, għaż-żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00, u mill-5 ta’ Frar 2023, għall-prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710, li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja, dment li l-prezz tax-xiri għal kull barmil ta’ dawn il-prodotti ma jaqbiżx il-prezzijiet stabbiliti fl-Anness XI ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

għaż-żejt mhux maħdum jew il-prodotti tal-petroleum kif elenkati fl-Anness XIII ta’ din id-Deċiżjoni meta dawk l-oġġetti joriġinaw minn pajjiż terz u jkunu biss qed jitgħabbew mir-Russja, jitilqu minnha jew jgħaddu minnha, dment li kemm l-oriġini kif ukoll is-sid ta’ dawn l-oġġetti ma jkunux Russi;

(c)

għat-trasport, jew għall-assistenza teknika, is-servizzi ta’ senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja marbuta ma’ dan it-trasport, tal-prodotti msemmijin fl-Anness XII ta’ din id-Deċiżjoni lejn il-pajjiżi terzi msemmija fih, għat-tul taż-żmien speċifikat f’dak l-Anness;

(d)

mill-5 ta’ Diċembru 2022, fil-każ ta’ żejt mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2709 00, li joriġina mir-Russja jew li ġie esportat mir-Russja u jkun inxtara bi prezz ogħla minn dak stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-Deċiżjoni li jitgħabba fuq bastiment fil-port tat-tagħbija qabel il-5 ta’ Diċembru 2022 u jinħatt fil-port tad-destinazzjoni finali qabel id-19 ta’ Jannar 2023;

(e)

mill-5 ta’ Frar 2023, għall-prodotti tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710, li joriġinaw mir-Russja jew li ġew esportati mir-Russja li nxtraw bi prezz ogħla mill-prezz rispettiv stipulat fl-Anness XI ta’ din id-Deċiżjoni li jitgħabbew fuq bastiment fil-port tat-tagħbija qabel il-5 ta’ Frar 2023 u li jinħattu fil-port tad-destinazzjoni finali qabel l-1 ta’ April 2023.”;

(d)

il-paragrafu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.   Il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezzijiet, inkluż l-Anness XI kif ukoll il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi rieżaminat sa nofs Marzu 2023 u kull xahrejn minn hemm ‘il quddiem.

Ir-rieżami għandu jqis l-effettività tal-miżura f’termini tar-riżultati mistennija tagħha, l-implimentazzjoni tagħha, l-aderenza internazzjonali u l-allinjament informali mal-iskema tal-limitu massimu tal-prezzijiet, u l-impatt potenzjali tagħha fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Għandu jwieġeb għall-iżviluppi fis-suq, inkluż it-turbolenzi possibbli.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-limitu massimu tal-prezzijiet, inkluż il-kapaċità tiegħu li jnaqqas id-dħul tar-Russja miż-żejt, il-limitu massimu tal-prezzijiet għandu jkun mill-inqas 5 % taħt il-prezz medju tas-suq għaż-żejt u l-prodotti petroliferi Russi, ikkalkulat abbażi tad-data pprovduta mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.”;

(3)

l-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1909 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 259I, 6.10.2022, p. 122).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2369 tat-3 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 311I, 3.12.2022, p. 8).


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test “[tabella bil-kodiċijiet NM tal-prodotti u l-prezzijiet korrispondenti kif miftiehma mill-Koalizzjoni tal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet]” huwa sostitwit bis-subintestatura li ġejja:

“Prezz għaż-żejt mhux maħdum”;

(b)

jinżdiedu s-subintestatura u t-tabella li ġejjin:

Prezzijiet għall-prodotti tal-petroleum

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Primjum għaż-żejt mhux maħdum /

Skont għaż-żejt mhux maħdum

Prezz għal kull barmil (USD)

Data ta’ applikazzjoni

 

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, (għajr dawk mhux maħdumin) u preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi band’oħra, li jkun fihom 70  % jew aktar mill-piż ta’ żjut tal-petroleum jew żjut miksuba minn minerali bituminużi, b’dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet, għajr dawk li fihom il-bijodiżil u għajr żejt skartat

 

2710 12

Żjut u preparazzjonijiet ħfief

2710 12 11

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 12 15

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess ħlief dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 12 11

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Għal għanijiet oħrajn

Spirti speċjali

 

2710 12 21

Spirtu abjad

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 12 25

Oħrajn

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Oħrajn

Spirtu tal-muturi

 

2710 12 31

Spirtu tal-avjazzjoni

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Oħrajn, b’kontenut ta’ ċomb

Ta’ mhux aktar minn 0,013 g għal kull litru

 

2710 12 41

B’numru ta’ ottan (RON) inqas minn 95

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 12 45

B’numru ta’ ottan (RON) ta’ 95 jew aktar imma inqas minn 98

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 12 49

B’numru ta’ ottan (RON) ta’ 98 jew aktar

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 12 50

Li jaqbeż iż-0,013 g għal kull litru

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 12 70

Fjuwil tal-avjazzjoni tat-tip spirtu

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 12 90

Żjut ħfief oħra

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19

Oħrajn

 

 

Żjut medji

2710 19 11

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 15

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess ħlief dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 11

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Għal għanijiet oħrajn

Kerosen

 

2710 19 21

Fjuwil tal-ġettijiet

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 25

Oħrajn

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 29

Oħrajn

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Żjut tqal

Żjut tal-gass

 

2710 19 31

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 35

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess ħlief dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 31

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Għal għanijiet oħrajn

 

2710 19 43

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,001 % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 46

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,001 % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż-0,002  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 47

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,002 % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż-0,1  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 48

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1 % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Żejt fjuwil

 

2710 19 51

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 55

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess ħlief dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 51

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Għal għanijiet oħrajn

 

2710 19 62

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,1 % skont il-piż

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 66

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1 % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż0,5 , % skont il-piż

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 67

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,5 % skont il-piż

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Żjut lubrikanti; żjut oħrajn

 

2710 19 71

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 19 75

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess ħlief dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 71

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Għal għanijiet oħrajn

 

2710 19 81

Żjut tal-muturi, żjut għall-kompressuri, żjut għat-turbini

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 83

Żjut idrawliċi

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 85

Żjut bojod, żejt tal-parafina

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 87

Żjut tal-gerijiet u żjut tar-ridutturi

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 91

Komposti tax-xogħol tal-ħadid, żjut għar-rilaxx tal-forom, żjut kontra l-korrużjoni

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 93

Żjut għall-iżolazzjoni elettrika

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 19 99

Żjut lubrikanti oħrajn u żjut oħrajn

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 20

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, (għajr dawk mhux maħdumin) u preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi band’oħra, li jkun fihom 70 % jew aktar mill-piż ta’ żjut tal-petroleum jew żjut miksuba minn minerali bituminużi, b’dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet, li fihom il-bijodiżil, għajr żejt skartat

 

 

Żjut tal-gass

2710 20 11

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,001 % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 20 16

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,001 % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż-0,1 % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

2710 20 19

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1 % skont il-piż

Primjum għaż-żejt mhux maħdum

100

5 ta’ Frar 2023

 

Żejt fjuwil

 

2710 20 32

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,5 % skont il-piż

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 20 38

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,5 % skont il-piż

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 20 90

Żjut oħrajn

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

 

Żjut skartati

 

2710 91

Li fihom bifenilipoliklorinati (PCBs), terfenilipoliklorinati (PCTs) jew bifenilipolibrominati (PBBs)

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023

2710 99

Oħrajn

Skont għaż-żejt mhux maħdum

45

5 ta’ Frar 2023”

(2)

jinżdied l-anness li ġej:

“ANNESS XIII

Lista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum imsemmijin fl-Artikoli 4o u 4p

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 2709 00

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux maħdumin għajr kondensati tal-gass naturali tas-subintestatura NM 2709 00 10 minn impjanti ta’ produzzjoni ta’ gass naturali likwifikat

2710

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin minn materjali bituminużi, għajr dawk mhux maħdumin; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70  % jew aktar skont il-piż ta’ żjut tal-petroleum jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut skartati