|
2.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/221
tal-1 ta’ Frar 2023
li tistabbilixxi u tiżviluppa l-istandard tal-format universali ta’ messaġġi (UMF) skont ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 38(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/818, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jistabbilixxi qafas li jiżgura l-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri, il-viża, il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni. |
|
(2) |
Dawn ir-Regolamenti jipprevedu format universali ta’ messaġġi (UMF) sabiex iservi bħala standard għall-iskambju strutturat u transfruntier ta’ informazzjoni bejn is-sistemi ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-UMF għall-iżvilupp tal-Eurodac, l-ECRIS-TCN, il-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR) u d-detettur ta’ identitajiet multipli (MID) kif previst fir-Regolament (UE) 2019/818, u li jkun hemm dispożizzjoni speċifika għat-tikkettar ta’ kampijiet tad-data għas-sistemi li jaqgħu fl-ambitu tal-interoperabbiltà. |
|
(4) |
Billi r-Regolament (UE) 2019/818 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/818 fid-dritt nazzjonali tagħha. Għaldaqstant hija marbuta b’din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5). |
|
(7) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9). |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Direttiva tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li huwa b’xi mod ieħor marbut miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 rispettivament. |
|
(10) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta l-opinjoni tiegħu fit-2 ta’ Awwissu 2022. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) 2019/818, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni,
|
(1) |
“sistema ta’ informazzjoni” tfisser sistema ċentrali jew nazzjonali tal-ipproċessar tad-data u kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin: il-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR) u d-detettur ta’ identitajiet multipli (MID). |
Artikolu 2
Standard tal-format universali ta’ messaġġi (UMF)
1. L-istandard tal-format universali ta’ messaġġi (UMF) għall-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I.
2. L-istandard tal-UMF għandu jintuża, jekk ikun xieraq, fl-iżvilupp mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) jew minn kwalunkwe aġenzija oħra tal-Unjoni għal mudelli ġodda ta’ skambju ta’ informazzjoni u sistemi ta’ informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.
3. L-elementi stabbiliti fl-Anness II, derivati mill-istandard tal-format universali ta’ messaġġi (UMF), għandhom jintużaw fl-iżvilupp tal-Eurodac, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN), u l-komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin: l-ESP, is-CIR u l-MID.
Artikolu 3
Użu tal-UMF
1. L-istandard tal-UMF jista’ jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn sistemi ta’ informazzjoni, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.
2. L-istandard tal-UMF għandu jintuża biex jiddeskrivi l-informazzjoni skambjata bejn is-sistemi ta’ informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-komponenti tal-interoperabbiltà stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
3. L-istandard tal-UMF ma għandux ikun obbligatorju għad-deskrizzjoni tal-elementi tad-data maħżuna f’sistema ta’ informazzjoni jew bażi tad-data.
Artikolu 4
Użu tal-istandard tal-UMF għall-iżvilupp tal-ESP
L-istandard tal-UMF għandu jintuża biex jiddeskrivi u jittikketta l-identità, id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika mfittxija u riċevuta permezz tal-ESP.
Artikolu 5
Użu tal-istandard tal-UMF għall-iżvilupp tas-CIR u tal-MID
L-istandard tal-UMF għandu jintuża biex jiddeskrivi u jittikketta l-identità, id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika użati għall-informazzjoni skambjata mas-CIR u mal-MID imsemmija fl-Artikoli 20 u 22 tar-Regolament (UE) 2019/818.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
(3) Din id-Deċiżjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(8) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
L-istandard tal-Format Universali ta’ Messaġġi (UMF) jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin imwassla bħala riżultat tal-Proġett UMF iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
|
(1) |
“UMF3.1_BusinessDescription.”, |
|
(2) |
“UMF XML Schema Overview 3.1”, |
|
(3) |
“UMF V3.1 Schema&TestSamples”. |
Dawn id-dokumenti huma disponibbli fuq https://circabc.europa.eu/ui/group/af638ba5-eb84-4476-87fb-9a76ad669d2e. Dan is-sit web huwa ġestit mis-Segretarjat tal-UMF ospitat fid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni Ewropea. L-aġġornamenti kollha ta’ dawn id-dokumenti huma ppubblikati fuq l-istess sit.
ANNESS II
|
Tabella ta’ tassonomija tal-UMF tal-elementi tad-data tal-identità u tad-dokument tal-ivvjaġġar fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-ECRIS -TCN u l-komponenti tal-interoperabbiltà. |
||||||
|
Tikketta tal-elementi tad-data |
Immappjar tal-UMF |
Deskrizzjoni |
||||
|
FamilyName |
PersonIdentity.PersonCoreName.FamilyName |
L-isem jew il-kunjom ta’ persuna. Il-kunjom normalment ikun kondiviż bejn il-membri ta’ familja. Ikun fih il-partijiet kollha tal-kunjom inklużi l-prefissi. |
||||
|
FamilyNameAtBirth |
PersonIdentity.PersonCoreName.BirthName |
Il-kunjom, il-kunjom tal-familja jew il-kunjom ta’ persuna mat-twelid |
||||
|
PreviousFamilyName |
|
Il-kunjom, il-kunjom tal-familja jew il-kunjom użat fil-passat u mibdul b’mod leġittimu. |
||||
|
PreviousFirstNames |
|
L-ismijiet preċedenti, eż. meta l-ismijiet inbidlu b’mod leġittimu. |
||||
|
OtherName |
|
Isem ieħor huwa isem formali jew mhux uffiċjali li bih persuna tkun magħrufa (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/artistiċi, isem/ismijiet tas-soltu). |
||||
|
FirstName |
PersonIdentity.PersonCoreName.FirstName |
L-isem/ismijiet ta’ persuna. L-ismijiet kollha li huma parti minn identità ta’ persuna. |
||||
|
DateOfBirth |
PersonIdentity.DateOfBirth |
Id-data li fiha persuna twieldet jew tqieset uffiċjalment li twieldet. |
||||
|
PlaceOfBirth |
PersonIdentity.PlaceOfBirth |
Il-belt, il-villaġġ jew lokalità oħra fejn persuna twieldet jew tqieset li twieldet. |
||||
|
CountryOfBirth |
PersonIdentity.CountryOfBirth |
Il-pajjiż tat-twelid huwa il-pajjiż fejn persuna twieldet jew tqieset uffiċjalment li twieldet |
||||
|
Gender |
PersonIdentity.Gender |
Il-ġeneru huwa s-sess ta’ persuna |
||||
|
FamilyNameOfFather |
|
Il-kunjom, l-isem tal-ewwel ġenitur (il-missier) ta’ persuna |
||||
|
FirstNameOfFather |
|
L-isem/ismijiet tal-ewwel ġenitur (il-missier) ta’ persuna |
||||
|
FamilyNameOfMother |
|
Il-kunjom, l-isem tat-tieni ġenitur (l-omm) ta’ persuna |
||||
|
FirstNameOfMother |
|
L-isem/ismijiet tat-tieni ġenitur (l-omm) ta’ persuna |
||||
|
Nationality |
PersonIdentity.Nationality.Country |
Il-pajjiż li fih persuna għandha ċittadinanza legali (jew indikazzjoni ta’ kundizzjoni apolida). |
||||
|
NationalityAtBirth |
|
Il-pajjiż jew pajjiżi li fihom persuna kellha ċittadinanza legali mat-twelid |
||||
|
DocumentType |
Document.DocumentType |
Tip ta’ dokument |
||||
|
DocumentNumber |
Document.NumberInformation.Number |
Numru alfanumeriku, li ġie assenjat mis-sid, il-portatur, l-utent, il-pubblikatur, id-distributur, l-emittent jew il-manifattur tad-dokument. |
||||
|
IssuingCountry |
Document.IssuingAuthority.NationalAffiliation |
Il-pajjiż tal-awtorità tal-ħruġ tad-dokument |
||||
|
IssuingAuthority |
Document.IssuingAuthority.Department/Agency.Name |
L-isem tal-awtorità li ħarġet id-dokument |
||||
|
IssueDate |
Document.IssueDate |
Id-data meta nħareġ id-dokument |
||||
|
ValidUntil |
Document.ValidUntil |
Id-data sakemm id-dokument ikun validu |
||||
|
FullName |
PersonIdentity.PersonCoreName.FullName |
L-isem sħiħ huwa isem komplut ta’ persuna. L-attribut “isem sħiħ” jikkonsisti fl-isem komplut ta’ persuna. Minn barra l-kontenut tal-isem, il-kunjom u, f’xi sistemi, l-isem patronomiku, dan jista’ jkollu partijiet addizzjonali ta’ isem ta’ persuna bħal titoli, ismijiet tan-nofs jew suffissi bħal “it-tielet”, “III” jew ismijiet li la huma l-isem proprju (mogħti) u lanqas kunjom |
||||
|
Elementi tad-data bijometrika preżenti fl-EES u fis-sBMS (Servizz kondiviż ta’ Tqabbil Bijometriku) |
|
|
Tikketta tal-elementi tad-data |
Deskrizzjoni |
|
BiometricType |
L-indikazzjoni tal-modalità bijometrika. |
|
NISTFormat |
Il-format NIST li ntuża għall-iskambju tal-kampjun bijometriku. |
|
NIST |
Il-fajl binarju tad-data bijometrika. |
|
MatchingScore |
Ir-riżultat tat-tqabbil, li jindika l-grad ta’ similarità bejn il-kampjuni bijometriċi (għall-marki tas-swaba’, il-punteġġ tat-tqabbil huwa għas-sett sħiħ tal-marki tas-swaba’ mid-data tas-sonda). Aktar ma jkun għoli l-punteġġ, aktar tkun għolja s-similarità. |
|
MatchingInterval |
Dan l-element jindika f’liema intervall il-punteġġ tat-tqabbil ikun jinsab taħt, bejn u ’l fuq mil-limitu ta’ tqabbil u l-limitu ta’ tqabbil possibbli. |
|
Immaġni tal-wiċċ |
|
|
QualityValue |
L-indikazzjoni tal-kwalità tal-bijometrika. Il-punteġġi tal-kwalità bijometrika tal-immaġnijiet tal-wiċċ huma bbażati fuq algoritmu li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet ISO/IEC 19794–5: 2011. |
|
NotProvidedReason |
Il-valur tat-tabella tal-kodiċi li jindika raġuni għaliex l-immaġni tal-wiċċ ma ġietx ipprovduta. |
|
Source |
Il-valur tat-tabella tal-kodiċi li jindika s-sors tal-immaġni tal-wiċċ. |
|
Marki tas-swaba |
|
|
QualityValue |
L-indikazzjoni tal-kwalità tal-bijometrika. Il-punteġġi tal-kwalità bijometrika tal-marki tas-swaba’ huma bbażati fuq l-NFIQ 2.0 (NIST Fingerprint Image Quality version 2.0). |
|
NotProvidedReason |
Il-valur tat-tabella tal-kodiċi li jindika r-raġuni għaliex il-marki tas-swaba’ ma ġewx ipprovduti. |
|
FingersPermutation |
Indikatur dwar jekk il-verifika għandhiex issir bil-permutazzjoni tas-swaba’ jew le. |
|
HandsPermutation |
Indikatur dwar jekk it-tfittxija għandhiex issir bil-permutazzjoni tal-idejn jew le. Applikabbli biss għall-identifikazzjonijiet bil-marki tas-swaba’. |