25.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/164

tal-24 ta’ Jannar 2023

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/1/2023)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta' Jannar 2023 dwar Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, 29.

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMA, inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li s-Sur Markus RITTER jinħatar bħala l-Kap tal-Missjoni.

(3)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Markus RITTER huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) mill-24 ta' Jannar 2023 sal-20 ta' Frar 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29.