|
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/1 |
AnaEE-ERIC — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka
STATUTI
(2022/C 88/01)
Werrej
| PREAMBOLU | 2 |
|
KAPITOLU 1 |
ELEMENTI ESSENZJALI | 3 |
|
Artikolu 1 |
Isem | 3 |
|
Artikolu 2 |
Sede statutorja | 3 |
|
Artikolu 3 |
Kompitu u attivitajiet | 3 |
|
Artikolu 4 |
Durata u proċedura għall-istralċ | 4 |
|
Artikolu 5 |
Reġim ta’ responsabbiltà | 4 |
|
Artikolu 6 |
Politika ta’ aċċess għall-utenti | 4 |
|
Artikolu 7 |
Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika | 5 |
|
Artikolu 8 |
Politika tad-Disseminazzjoni | 5 |
|
Artikolu 9 |
Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali | 5 |
|
Artikolu 10 |
Politika tal-Impjiegi | 5 |
|
Artikolu 11 |
Politika tal-akkwist pubbliku | 6 |
|
KAPITOLU 2 |
SĦUBIJA | 6 |
|
Artikolu 12 |
Sħubija u entità rappreżentanti | 6 |
|
Artikolu 13 |
Ammissjoni ta’ Membru jew ta’ Osservatur | 6 |
|
Artikolu 14 |
Irtirar ta’ Membru jew ta’ Osservatur/Terminazzjoni ta’ sħubija jew ta’ status ta’ Osservatur | 7 |
|
KAPITOLU 3 |
DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI | 8 |
|
Artikolu 15 |
Membri | 8 |
|
Artikolu 16 |
Osservaturi | 8 |
|
Artikolu 17 |
Kontribuzzjonijiet | 9 |
|
KAPITOLU 4 |
GOVERNANZA | 9 |
|
Artikolu 18 |
Assemblea tal-Membri | 9 |
|
Artikolu 19 |
Direttur Ġenerali | 10 |
|
Artikolu 20 |
Hub Ċentrali | 11 |
|
Artikolu 21 |
Ċentri ta’ Servizzi tal-AnaEE-ERIC | 12 |
|
Artikolu 22 |
Nodi Nazzjonali u Pjattaformi Nazzjonali | 12 |
|
Artikolu 23 |
Bord tat-Tmexxija | 12 |
|
Artikolu 24 |
Kumitat Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti (ISAC) | 13 |
|
Artikolu 25 |
Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti (IEAC) | 13 |
|
Artikolu 26 |
Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati | 14 |
|
Artikolu 27 |
Korpi Sussidjarji | 14 |
|
KAPITOLU 5 |
RAPPORTAR LILL-KUMMISSJONI EWROPEA | 14 |
|
Artikolu 28 |
Rapportar lill-Kummissjoni Ewropea | 14 |
|
KAPITOLU 6 |
FINANZI | 15 |
|
Artikolu 29 |
Sena Finanzjarja | 15 |
|
Artikolu 30 |
Riżorsi | 15 |
|
Artikolu 31 |
Prinċipji għall-kontribuzzjonijiet tal-Membri u tal-Osservaturi | 15 |
|
Artikolu 32 |
Baġit, prinċipji baġitarji, kontijiet u awditu | 15 |
|
Artikolu 33 |
Taxxi | 16 |
|
KAPITOLU 7 |
MIXXELLANJI | 16 |
|
Artikolu 34 |
Liġi applikabbli | 16 |
|
Artikolu 35 |
Lingwa ta’ ħidma | 16 |
|
Artikolu 36 |
Tilwim | 16 |
|
Artikolu 37 |
Emendi għall-Istatuti, aġġornamenti u disponibbiltà | 17 |
|
Artikolu 38 |
Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment | 17 |
|
Anness I |
DEFINIZZJONIJIET | 18 |
|
Anness II |
LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM | 19 |
|
Anness III |
BAĠIT – KONTRIBUZZJONIJIET | 20 |
PREAMBOLU
WARA LI QIESU li s-sostenibbiltà tal-ekosistemi agrikoli, tal-foresti, tal-ilma ħelu u ta’ ekosistemi oħrajn ġestiti u naturali hija kritika għall-futur tal-umanità, u filwaqt li huwa mifhum li s-servizzi tal-ekosistemi, kif definiti fil-Valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millennju, huma mhedda minħabba t-tibdil fil-klima, it-tfixkil taċ-ċikli bijoġeokimiċi, it-telf tal-bijodiversità, u t-tibdil fl-użu tal-art;
WARA LI QIESU li sabiex jiġu antiċipati u previsti l-konsegwenzi ta’ dawn il-bidliet bla preċedent fis-sistema tad-dinja tagħna, hemm bżonn mhux biss ta’ fehim aħjar tal-kumplessità tal-proċess tal-ekosistemi u tal-ixprunaturi tiegħu, iżda wkoll tal-akkwist ta’ għarfien meħtieġ sabiex ikun hemm adattament aħjar għal futur li qed jinbidel;
WARA LI QIESU li mingħajr fehim suffiċjenti tal-interdipendenzi bejn il-funzjonament tal-ekosistemi u l-ambjent, l-Ewropa mhijiex se tkun tista’ tivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima, ittaffi r-riskji u tippjana kif xieraq;
FILWAQT li rrikonoxxew li l-Infrastruttura għall-Analiżi u l-Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi (AnaEE-ERIC) se tkun infrastruttura unika ta’ riċerka kontinentali, fit-tul, integrata u esperimentali bbażata fuq pjattaformi esperimentali avvanzati (eżistenti u ġodda) distribwiti, (pjattaformi tal-ekosistemi fil-miftuħ u fil-magħluq), pjattaformi ta’ mmudellar u pjattaformi analitiċi;
FILWAQT LI RRIKONOXXEW li l-koordinazzjoni u l-integrazzjoni ta’ dawn il-Pjattaformi Nazzjonali permezz ta’ entitajiet supranazzjonali (Hub Ċentrali u Ċentri ta’ Servizz) se jiżguraw aċċess internazzjonali kbir, proġetti ta’ riċerka fuq diversi pjattaformi, kejl u data mtejba u armonizzati, rabtiet bejn id-data u l-mudelli, aċċess miftuħ għad-data u sinteżi;
FILWAQT LI RRIKONOXXEW li l-AnaEE-ERIC se tiżviluppa teknoloġiji u għarfien dwar ix-xjenza u l-ġestjoni tal-ekosistemi, tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli u l-objettivi ġenerali tal-bijoekonomija Ewropea u l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt;
Għall-finijiet ta’ dawn l-Istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Anness I.
GĦALHEKK, il-Membri jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-AnaEE bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
ELEMENTI ESSENZJALI
Artikolu 1
Isem
Għandu jiġi stabbilit Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) distribwit imsejjaħ “Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi ERIC” (AnaEE-ERIC). Dan il-Konsorzju għandu jikkostitwixxi Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 723/2009.
Artikolu 2
Sede statutorja
L-AnaEE-ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Gif-sur-Yvette, Franza.
Artikolu 3
Kompitu u attivitajiet
1. Il-kompitu prinċipali tal-AnaEE-ERIC għandu jkun li jistabbilixxi u jopera Infrastruttura ta’ Riċerka distribwita ddedikata għall-Analiżi tal-Ekosistemi u l-Esperimentazzjoni fuqhom. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi l-għodod, is-servizzi u l-għarfien meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u klimatiċi globali kumplessi li qegħdin jiffaċċjaw is-soċjetajiet umani.
2. L-AnaEE-ERIC għandu jopera permezz tal-Hub Ċentrali (CH), maċ-Ċentru tal-Interfaċċa u s-Sinteżi (ISC), maċ-Ċentru tat-Teknoloġija (TC) u maċ-Ċentru għall-Immudellar tad-Data (DMC).
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AnaEE-ERIC għandu:
|
a. |
jikkoordina l-aċċess għall-Pjattaformi Nazzjonali sperimentali, analitiċi u ta’ mmudellar u jorganizza l-kollaborazzjoni mal-faċilitajiet Ewropej; |
|
b. |
jiffaċilita l-programmi u l-proġetti ta’ riċerka Ewropej; |
|
c. |
jiżviluppa t-teknoloġija, jarmonizza l-metodi, jibni sħubijiet industrijali u jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien; |
|
d. |
jikkontribwixxi għall-iskambju tal-għarfien u/jew tal-kompetenzi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u jżid l-użu tal-potenzjal intellettwali fl-Ewropa kollha; |
|
e. |
jiżviluppa l-aċċess, il-kondiviżjoni u l-immudellar tad-data; |
|
f. |
jorganizza t-taħriġ; |
|
g. |
jimplimenta strateġija ta’ komunikazzjoni; |
|
h. |
kwalunkwe azzjoni relatata oħra meħtieġa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. |
4. L-AnaEE-ERIC għandu jwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu fuq bażi mhux ekonomika. L-AnaEE-ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati dment li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompiti prinċipali stabbiliti fl-Artikolu 3(3) ta’ hawn fuq u ma jipperikolawx l-ilħuq tagħhom.
Artikolu 4
Durata u proċedura għall-istralċ
1. L-AnaEE-ERIC għandu jiġi stabbilit għal perjodu inizjali ta’ 10 snin. L-Assemblea tal-Membri tista’ tiddeċiedi li testendi d-durata b’perjodi suċċessivi ta’ 10 snin.
2. L-istralċ tal-AnaEE-ERIC għandu jiġi deċiż mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 18(10) tal-Istatuti.
3. Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi stralċat l-AnaEE-ERIC, l-AnaEE-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.
4. L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-djun tal-AnaEE-ERIC għandhom jitqassmu bejn il-Membri prorata skont il-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom lill-AnaEE-ERIC kif speċifikat fl-Artikolu 17 tal-Istatuti.
5. Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, l-AnaEE-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.
6. L-AnaEE-ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq fis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Reġim ta’ responsabbiltà
1. L-AnaEE-ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
2. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun tal-AnaEE-ERIC, tkun xi tkun in-natura tagħhom, għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom lill-AnaEE-ERIC fir-rigward tal-aħħar sena sħiħa ta’ operazzjonijiet.
3. L-AnaEE-ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tiegħu.
Artikolu 6
Politika ta’ aċċess għall-utenti
1. L-aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ipprovduti mill-Hub Ċentrali jew miċ-Ċentri tas-Servizzi tal-AnaEE-ERIC għandu jiġi pprovdut abbażi ta’ prinċipji ta’ aċċess miftuħ. L-AnaEE-ERIC għandu jimplimenta regoli dwar l-aċċess għall-infrastruttura, b’politika ta’ tariffi li tipprovdi inċentivi lill-Membri tiegħu.
2. L-AnaEE-ERIC għandu jipprovdi informazzjoni permezz tal-portal web tiegħu dwar il-gradjenti klimatiċi u bijoġeografiċi, u ħiliet u tekniki komplementari tal-pjattaformi tal-AnaEE-ERIC, sabiex jgħin lix-xjenzjati fl-istadju tal-elaborazzjoni tal-proġetti u jiffaċilita l-inkubazzjoni ta’ proġetti li jużaw diversi pjattaformi fost il-membri tiegħu.
3. Il-Hub Ċentrali tal-AnaEE-ERIC għandu jagħti aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ipprovduti miċ-Ċentri tas-Servizzi jew il-Pjattaformi Nazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni tal-kwalità xjentifika tal-użu propost, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni xjentifika indipendenti minn kumitat espert maħtur mill-Assemblea tal-Membri u l-fattibbiltà teknika vvalutata mill-AnaEE-ERIC. Il-kwistjonijiet etiċi possibbli involuti fi proposta jiġu ttrattati mill-Kumitat Konsultattiv Indipendenti tal-Etika (ara l-Artikolu 25 tal-Istatuti).
4. Fil-każ li l-aċċess għar-riċerka għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ikollu jiġi ristrett għal raġunijiet ta’ kapaċità, għandha ssir għażla skont il-proċedura stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat tal-Istatuti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-għażla bbażati fuq l-eċċellenza xjentifika u l-fattibbiltà teknika u finanzjarja tal-proposti.
5. L-AnaEE-ERIC għandu jagħmel disponibbli l-metadata ta’ kull proġett fil-bidu, kemm għall-konfigurazzjonijiet sperimentali fil-Pjattaformi Nazzjonali kif ukoll għad-data prodotta miċ-ċentri tas-servizzi.
6. Id-data għandha tkun disponibbli skont il-politika ta’ aċċess miftuħ tal-AnaEE-ERIC. L-aċċess ikun irregolat skont ir-Regoli dwar l-Operat tal-Istatuti, li b’mod ġenerali jkollhom perjodu komuni ta’ konċessjoni, li warajh id-data għandha ssir disponibbli għall-pubbliku. Il-Politika ta’ Aċċess għandha tqis il-qafas ġuridiku Ewropew (1) għall-Protezzjoni tad-Data relatat mal-kondiviżjoni ta’ data personali tal-utenti fost il-membri.
Artikolu 7
Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika
L-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC għandhom jiġu evalwati kull ħames snin minn kumitat xjentifiku indipendenti ad hoc. L-Assemblea tal-Membri għandha tagħti bidu għal evalwazzjoni bħal din u, jekk ikun xieraq, tagħti direzzjonijiet speċifiċi. Ir-Regoli tal-Operat jiddefinixxu l-prinċipji u l-proċeduri ta’ din l-evalwazzjoni.
Artikolu 8
Politika tad-Disseminazzjoni
1. L-AnaEE-ERIC għandu jkun faċilitatur tar-riċerka, u bħala regola ġenerali, għandu jħeġġeġ l-aktar aċċess liberu possibbli għad-data ta’ riċerka.
2. L-AnaEE-ERIC għandu jitlob lill-utenti biex jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli għall-pubbliku, u jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli permezz tal-AnaEE-ERIC.
3. L-AnaEE-ERIC għandu juża diversi mezzi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira, inkluż portal web, bullettin, workshops, preżenza f’konferenzi, artikli f’rivisti u fil-gazzetti ta’ kuljum, networks soċjali, eċċ.
Artikolu 9
Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali
1. Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali maħluqa, miksuba, żviluppati jew li ġejjin mill-AnaEE-ERIC waqt l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà ta’ AnaEE-ERIC.
2. Soġġett għat-termini ta’ kwalunkwe kuntratt bejn l-AnaEE-ERIC u l-Membri jew l-Osservaturi, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kollha maħluqa, miksuba, żviluppati jew li ġejjin minn Membru jew Osservatur għandhom ikunu proprjetà ta’ dak il-Membru jew Osservatur.
Artikolu 10
Politika tal-Impjiegi
1. Il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu regolati mil-liġijiet tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-persunal jew mil-liġijiet tal-pajjiż fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC.
2. Il-proċeduri tal-għażla għall-pożizzjonijiet tal-persunal tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jirrispettaw l-opportunitajiet ugwali. Ir-reklutaġġ u l-impjieg ma għandhomx ikunu diskriminatorji.
3. Ir-reklutaġġ jitwettaq permezz ta’ pubblikazzjoni internazzjonali ta’ sejħa.
Artikolu 11
Politika tal-akkwist pubbliku
1. L-AnaEE-ERIC għandu jittratta l-kandidati tal-akkwist pubbliku u l-offerenti b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunux ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-politika dwar l-akkwist pubbliku tal-AnaEE-ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. Regoli dettaljati u kriterji dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli tal-Operat tal-Istatuti.
2. L-akkwist pubbliku minn Membri u minn Osservaturi li jikkonċerna l-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC għandu jsir b’tali mod li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-ħtiġijiet, lir-rekwiżiti tekniċi u lill-ispeċifikazzjonijiet tal-AnaEE-ERIC maħruġa mill-korpi rilevanti.
KAPITOLU 2
SĦUBIJA
Artikolu 12
Sħubija u entità rappreżentanti
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru Membri tal-AnaEE-ERIC jew Osservaturi tal-AnaEE-ERIC mingħajr id-drittijiet tal-vot:
|
a) |
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
b) |
il-pajjiżi assoċjati; |
|
c) |
pajjiżi terzi oħra li mhumiex pajjiżi assoċjati; |
|
d) |
organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
2 Il-kundizzjonijiet sabiex isiru Membru jew Osservatur huma stipulati fl-Artikolu 13.
3 Is-sħubija fl-AnaEE-ERIC trid tinkludi mill-inqas Stat Membru wieħed u żewġ pajjiżi oħra li huma jew Stati Membri jew pajjiżi assoċjati.
4 Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew il-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom b’mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-Assemblea tal-Membri. L-Assemblea tal-Membri għandha tiddetermina kwalunkwe modifika għad-drittijiet tal-vot li hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-AnaEE-ERIC ikun konformi f’kull ħin ma’ dak ir-rekwiżit.
5 L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 12(1) li huma lesti li jikkontribwixxu għall-AnaEE-ERIC, iżda li għadhom mhumiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala Membri, jistgħu japplikaw għal status ta’ Osservatur.
6 Kwalunkwe Membru jew Osservatur imsemmi fil-paragrafu 1(a) sa (c) jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew minn entità privata waħda b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri tiegħu stess. Kull Membru jew Osservatur għandu jinforma lil lill-Assemblea tal-Membri bi kwalunkwe bidla fl-entità rappreżentanti tiegħu, bid-drittijiet u bl-obbligi speċifiċi li ġew delegati lilha jew bi kwalunkwe bidla rilevanti oħra.
7 Il-Membri u l-Osservaturi tal-AnaEE-ERIC u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom huma elenkati fl-Anness II. L-Anness II għandu jinżamm aġġornat mill-President tal-Assemblea tal-Membri.
Artikolu 13
Ammissjoni ta’ Membru jew ta’ Osservatur
1. It-termini għad-dħul ta’ Membri ġodda huma dawn:
|
a) |
L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea tal-Membri u lid-Direttur Ġenerali tal-AnaEE-ERIC; |
|
b) |
L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-objettivi u għall-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC deskritti fl-Artikolu 3 u kif dan se jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 15; |
|
c) |
L-ammissjoni ta’ Membri ġodda għandha teħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea tal-Membri, kif deskritt fl-Artikolu 18-(10). |
2. B’mod partikolari, applikant irid ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-Assemblea tal-Membri u vverifikat b’mezzi adegwati ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, li huwa għandu l-mezzi u l-impenn sostnut biex jagħmel dan li ġej:
|
a) |
Jikkontribwixxi għar-riżorsi u għas-servizzi tal-AnaEE-ERIC fl-oqsma tal-esperimentazzjoni tal-ekosistemi; |
|
b) |
Jaderixxi mal-istandards ta’ kwalità xjentifika u mal-proċeduri standard ta’ operat stabbiliti mill-AnaEE-ERIC; |
|
c) |
Jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali għall-baġits annwali bbilanċjati tal-AnaEE-ERIC; |
|
d) |
Jirrispetta dawn l-Istatuti; |
|
e) |
Jimpenja ruħu għal minimu ta’ ħames snin ta’ sħubija fl-AnaEE-ERIC. |
3. L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 12(1) li huma lesti li jikkontribwixxu għall-AnaEE-ERIC, iżda li għadhom mhumiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala Membri, jistgħu japplikaw għal status ta’ Osservatur. It-termini għad-dħul tal-Osservaturi huma dawn:
|
a) |
L-osservaturi għandhom jiġu ammessi għal perjodu ta’ sentejn u għal mhux aktar minn żewġ perjodi; |
|
b) |
L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea tal-Membri u lid-Direttur Ġenerali; |
|
c) |
L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-AnaEE-ERIC; |
|
d) |
L-ammissjoni jew ir-riammissjoni ta’ Osservaturi għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Assemblea tal-Membri. |
Artikolu 14
Irtirar ta’ Membru jew ta’ Osservatur/Terminazzjoni ta’ sħubija jew ta’ status ta’ Osservatur
1. Fl-ewwel ħames snin kalendarji tal-istabbiliment tal-AnaEE-ERIC, l-ebda membru ma jista’ jirtira.
2. L-ewwel sena għandha tkun sena mqassra li tibda bid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-AnaEE-ERIC.
3. Wara l-ewwel ħames snin ta’ sħubija, membru jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja, wara talba sottomessa 12-il xahar qabel l-irtirar previst.
4. Membru li jkun talab l-irtirar tiegħu ma għandux ikollu aktar drittijiet tal-vot fl-Assemblea tal-Membri sakemm id-deċiżjonijiet proposti ma jkollhomx impatt dirett fuq il-Membru kkonċernat.
5. L-osservaturi jistgħu jirtiraw fi tmiem sena finanzjarja, wara talba ppreżentata 6 xhur qabel l-irtirar previst.
6. L-obbligi finanzjarji u l-obbligi l-oħrajn kollha jridu jiġu ssodisfati qabel tmiem is-sena tal-irtirar. Skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi, l-obbligi jridu jiġu ssodisfati lil hinn mid-data effettiva tal-irtirar sabiex jiġi żgurat li l-impenji legalment vinkolanti li l-AnaEE-ERIC ikun diġà daħal għalihom qabel it-talba għall-irtirar tal-Membru kkonċernat ikunu ġew issodisfati.
7. L-Assemblea tal-Membri tista’ ttemm is-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
Il-Membru jew l-Osservatur ikun kiser b’mod serju obbligu wieħed jew iktar skont dawn l-Istatuti; |
|
b) |
Il-Membru jew l-Osservatur ikun naqas milli jirregola t-tali ksur fi żmien 6 xhur minn meta jkun irċieva notifika bil-miktub dwar il-ksur mill-Assemblea tal-Membri. |
8. Il-Membru jew l-Osservatur imsemmi fl-Artikolu 14-(7) għandu jkollu jispjega l-pożizzjoni tiegħu lill-Assemblea tal-Membri tal-AnaEE-ERIC qabel ma l-Assemblea tal-Membri tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kwistjoni.
9. L-Assemblea tal-Membri tista’ wkoll tiddeċiedi, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti skont l-Artikolu 14(7), li ma titterminax is-sħubija ta’ Membru iżda li tissospendi d-dritt tal-vot ta’ Membru għal ċertu perjodu ta’ żmien. L-Assemblea tal-Membri tista’ tistabbilixxi mill-ġdid, permezz ta’ vot, id-dritt tal-vot tal-Membru f’kull ħin jekk it-tali Membru jkun irrimedja kull ksur stabbilit fl-Artikolu 14(7) għas-sodisfazzjon tal-Assemblea tal-Membri. Ir-rappreżentant tal-Membru msemmi hawn fuq jiġi eskluż mill-vot imsemmi.
10. Id-dritt tal-vot ta’ Membru għandu jiġi sospiż mill-Assemblea tal-Membri sakemm l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-Anness III ta’ dawn l-Istatuti ma jkunux ġew issodisfati fi żmien xieraq
11. Il-Membri jew l-Osservaturi li jirtiraw jew li jkollhom is-sħubija u l-istatus ta’ osservatur tagħhom itterminati, la għandu jkollhom dritt għal restituzzjoni jew għal rimborż ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni li jkunu għamlu, u lanqas ma għandu jkollhom id-dritt għal pretensjoni għal assi tal-AnaEE-ERIC.
KAPITOLU 3
DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI
Artikolu 15
Membri
1. Id-Drittijiet tal-Membri għandhom jinkludu:
|
a) |
l-attendenza u l-votazzjoni fl-Assemblea tal-Membri; |
|
b) |
il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta’ strateġiji u ta’ politiki tal-AnaEE-ERIC; |
|
c) |
l-użu tal-marka tal-AnaEE-ERIC; |
|
d) |
il-parteċipazzjoni fi proposti ta’ proġetti fejn l-AnaEE-ERIC jaġixxi bħala l-konsorzju li jissottometti; |
|
e) |
l-aċċess għas-servizzi u għall-attivitajiet ikkoordinati mill-AnaEE-ERIC għall-komunità tar-riċerka tiegħu. |
2. Kull Membru għandu:
|
a) |
jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali kif speċifikat fil-baġits finanzjarji annwali rispettivi approvati mill-Assemblea tal-Membri; |
|
b) |
jagħti s-setgħa lir-rappreżentant(i) tiegħu b’awtorità sħiħa sabiex jivvota(w) fuq il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt il-laqgħat tal-Assemblea tal-Membri u ppubblikati fl-aġenda; |
|
c) |
jipprovdi aċċess skont il-politika ta’ aċċess tal-AnaEE-ERIC għall-attivitajiet tal-Pjattaforma Nazzjonali li jikkonformaw mal-kriterji tal-AnaEE-ERIC; |
|
d) |
jippromwovi l-adozzjoni u ż-żamma tal-istandards ta’ kwalità u l-proċeduri operazzjonali standard tal-AnaEE-ERIC fil-pjattaformi ta’ riċerka nazzjonali kontribwenti tagħhom; |
|
e) |
jippromwovi l-użu tar-riżorsi u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC fost ir-riċerkaturi. |
Artikolu 16
Osservaturi
1. Id-drittijiet tal-Osservaturi għandhom jinkludu li:
|
a) |
jattendu l-Assemblea tal-Membri mingħajr vot; |
|
b) |
jipparteċipaw fl-avvenimenti tal-AnaEE-ERIC, bħal workshops, konferenzi, korsijiet ta’ taħriġ, u fi kwalunkwe attività oħra identifikata mill-Assemblea tal-Membri; |
|
c) |
ikollhom appoġġ mill-AnaEE-ERIC fl-iżvilupp ta’ sistemi, proċessi u servizzi rilevanti. |
2. Kull Osservatur għandu:
|
a) |
jaħtar entità rappreżentanti f’konformità mal-Artikolu 18; |
|
b) |
jipprovdi l-kontribuzzjoni annwali determinata fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali ġenerali tal-Membri mingħajr ma jkollu impatt fuq dawn tal-aħħar. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni għandu jiġi deċiż mill-Assemblea tal-Membri; |
|
c) |
jikkontribwixxi għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC kif stabbilit fl-Artikolu 3; |
|
d) |
jidħol fi ftehim ta’ Osservatur mal-AnaEE-ERIC sabiex jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu ssodisfati l-obbligi u jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ Osservatur. |
Artikolu 17
Kontribuzzjonijiet
1. Il-Membri u l-Osservaturi għandhom jipprovdu kontribuzzjonijiet annwali kif deskritt fl-Anness III.
2. Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-Membri u tal-Osservaturi jistgħu jiġu pprovduti bħala kontribuzzjonijiet fi flus u/jew parzjalment in natura. Il-prinċipji għall-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III u se jkomplu jiġu definiti fir-Regoli tal-Operat.
KAPITOLU 4
GOVERNANZA
Artikolu 18
Assemblea tal-Membri
1. L-Assemblea tal-Membri għandha tkun l-ogħla u l-aħħar korp ta’ tmexxija tal-AnaEE-ERIC b’setgħat sħaħ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u hija responsabbli għat-tmexxija u għas-superviżjoni tal-AnaEE-ERIC. Din għandha tkun magħmula mir-rappreżentanti maħtura kif xieraq tal-Membri u tal-Osservaturi tal-AnaEE-ERIC. Il-Membri u l-Osservaturi għandhom ikunu rrappreżentati minn massimu ta’ żewġ persuni, persuna li jkollha għarfien espert xjentifiku u persuna oħra li tkun espert amministrattiv, il-Membru u l-Osservatur jitqiesu li huma rrappreżentati jekk tal-anqas wieħed mir-rappreżentanti tiegħu jkun preżenti fil-laqgħa.
2. Kull Membru għandu jkollu vot wieħed.
3. L-Assemblea tal-Membri għandha tagħżel President u Viċi President mid-delegazzjonijiet tal-Membru. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti għal terminu ta’ 3 (tliet) snin, bħala regola li jista’ jiġġedded darba. Il-President ma jkollu ebda dritt tal-vot. Il-Viċi President jassumi l-kariga kull meta l-President ma jkunx jista’ jwettaq id-dmirijiet. Id-dettalji tal-elezzjoni u t-tmexxija tal-laqgħat huma stabbiliti fir-Regoli tal-Operat adottati mill-Assemblea tal-Membri.
4. L-Assemblea tal-Membri għandha titlaqqa’ mill-President b’avviż ta’ mill-inqas tmien ġimgħat, u l-aġenda li tinkludi d-dokumenti tal-laqgħa għandha tiġi ċċirkolata mill-inqas ġimagħtejn qabel il-laqgħa. Normalment, l-istedina u ċ-ċirkolazzjoni tal-aġenda jiġu pprovduti b’mezzi elettroniċi. Id-dettalji huma stabbiliti fir-Regoli tal-Operat adottati mill-Assemblea tal-Membri.
5. L-Assemblea tal-Membri għandha tiltaqa’ fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena. Il-laqgħa titqies li jkollha kworum jekk mill-inqas 2/3 (żewġ terzi) tal-Membri jkunu preżenti u rrappreżentati kif xieraq. Laqgħat permezz ta’ parteċipazzjoni mill-bogħod, inkluż konferenzi bil-vidjow u kwalunkwe mezz elettroniku ieħor maqbul, għandhom ikunu possibbli, madankollu d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom iridu jiġu kkonfermati permezz ta’ proċedura bil-miktub. Laqgħa straordinarja tal-Assemblea tal-Membri tissejjaħ jekk tintalab minn mill-inqas 1/3 (terz) tal-Membri.
6. Id-Direttur Ġenerali tal-AnaEE-ERIC għandu jattendi normalment għal-laqgħat tal-Assemblea tal-Membri.
7. L-Assemblea tal-Membri tista’ tistieden lil esperti sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tagħha f’funzjoni konsultattiva. Jekk l-informazzjoni kunfidenzjali tiġi ttrattata fil-preżenza ta’ persuni esterni, dawn iridu jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni minn qabel.
8. L-Assemblea tal-Membri għandha tiddeċiedi fuq kwalunkwe kwistjoni li hija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-objettivi tal-AnaEE-ERIC u li mhijiex espliċitament attribwita lil korp ta’ governanza ieħor jew lil korp ieħor.
9. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor b’mod espliċitu, id-deċiżjonijiet kollha tal-Assemblea tal-Membri għandhom jiġu mgħoddija b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħin.
10. Id-deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata ta’ 2/3 tal-voti:
|
a) |
Il-ħatra jew it-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali; |
|
b) |
L-elezzjoni ta’ President u ta’ Viċi President skont l-Artikolu 18(3) ta’ dawn l-Istatuti; |
|
c) |
L-approvazzjoni tar-Regoli tal-Operat ta’ dawn l-Istatuti (liġijiet amministrattivi); |
|
d) |
L-approvazzjoni ta’ kwalunkwe Regola tal-Operat tal-korpi tal-AnaEE-ERIC; |
|
e) |
L-approvazzjoni tar-Regoli dwar l-Akkwist Pubbliku tal-AnaEE-ERIC; |
|
f) |
L-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma xjentifika annwali; |
|
g) |
L-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali; |
|
h) |
Modifiki għall-baġit finanzjarju annwali matul is-sena finanzjarja rispettiva li jnaqqsu jew li jżidu l-baġit b’inqas minn 4 % (erbgħa); |
|
i) |
Riżoluzzjonijiet dwar il-livell xieraq ta’ dħul, inkluż il-formazzjoni ta’ riżervi; |
|
j) |
Deċiżjonijiet dwar il-prinċipji tal-politika tad-data u l-prinċipji tal-politika tal-aċċess; |
|
k) |
Deċiżjonijiet dwar Kwistjonijiet ta’ Proprjetà Intellettwali; |
|
l) |
L-Istabbiliment tal-Bord tat-Tmexxija; |
|
m) |
L-adeżjoni ta’ Membri ġodda u t-terminazzjoni ta’ Sħubija; |
|
n) |
L-adeżjoni ta’ Osservatur ġdid u t-terminazzjoni tal-istatus ta’ Osservatur; |
|
o) |
L-Istralċ tal-AnaEE-ERIC. |
11. Id-deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata ta’ 2/3 tal-voti mitfugħin, sakemm il-kontribuzzjonijiet ta’ dawn il-Membri jkunu jikkostitwixxu mhux inqas minn tliet kwarti tal-kontribuzzjonijiet totali għall-baġit tal-AnaEE-ERIC, jew sakemm il-voti affermattivi jintefgħu mill-Membri kollha ħlief wieħed li jkunu preżenti jew irrappreżentati u li jivvutaw:
|
a) |
L-approvazzjoni tar-Regoli Finanzjarji tal-AnaEE-ERIC; |
|
b) |
L-approvazzjoni tal-pjan finanzjarju ta’ ħames snin; |
|
c) |
L-approvazzjoni tal-baġit finanzjarju annwali ppreżentat mid-Direttur Ġenerali; |
|
d) |
Modifiki għall-baġit finanzjarju annwali matul is-sena finanzjarja rispettiva li jnaqqsu jew li jżidu l-baġit b’aktar minn 4 % (erbgħa); |
|
e) |
Proposti għal emendi għall-Istatuti tal-AnaEE-ERIC u n-notifika rispettiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni/oġġezzjoni skont l-Artikoli 9 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
12. L-astensjonijiet ma għandhomx jingħaddu bħala vot favur jew kontra r-riżoluzzjoni inkwistjoni.
Artikolu 19
Direttur Ġenerali
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun l-uffiċjal kap eżekuttiv u r-rappreżentant legali tal-AnaEE-ERIC.
2. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Assemblea tal-Membri wara sejħa internazzjonali. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħatra huma deskritti fir-Regoli tal-Operat.
3. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli
|
a) |
Għar-rappreżentanza legali tal-AnaEE-ERIC, inkluż għall-konklużjoni ta’ kuntratti u t-twettiq ta’ proċedimenti legali u amministrattivi oħrajn kif xieraq f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Assemblea tal-Membri; |
|
b) |
Għall-iżvilupp tal-istrateġija tal-AnaEE-ERIC u t-twassil ta’ proposti lill-Assemblea tal-Membri, abbażi tal-kontribut minn interazzjoni diretta mal-Membri, mal-Bord tat-Tmexxija, mal-bordijiet konsultattivi, man-Nodi u maċ-Ċentri ta’ Servizzi tal-AnaEE-ERIC; |
|
c) |
Għat-tmexxija, għall-amministrazzjoni u għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-AnaEE-ERIC, inkluż l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Assemblea tal-Membri, il-koordinazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi li jkunu għadhom għaddejjin, il-ħatra tal-impjegati kollha tal-AnaEE-ERIC, u t-tmexxija tas-segretarjat; |
|
d) |
Għall-Presidenza tal-Bord tat-Tmexxija u għad-delegazzjoni tal-azzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-AnaEE-ERIC f’kull Ċentru ta’ Servizz jew Nodu Nazzjonali; |
|
e) |
Għall-iżgurar li l-Bord tat-Tmexxija u n-Nodi joperaw skont it-termini ta’ referenza stabbiliti fir-Regoli tal-Operat, u f’dan id-dokument; |
|
f) |
Għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Assemblea tal-Membri, inkluż il-proposta ta’ punti għall-aġenda tal-laqgħat u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapport tal-attività annwali għall-approvazzjoni mill-Assemblea tal-Membri kif deskritt fl-Artikolu 28; |
|
g) |
Għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitati Konsultattivi tal-AnaEE-ERIC għall-evalwazzjoni tal-programm xjentifiku u l-politika etika skont l-Artikolu 24 u l-Artikolu 25; |
|
h) |
Għall-evalwazzjoni u għall-intervistar ta’ dawk li jkunu jixtiequ jsiru Membri jew Osservaturi ġodda sabiex jipproponi l-ammissjoni tagħhom fl-AnaEE-ERIC. |
4. Id-Direttur Ġenerali għandu jipprovdi lill-Assemblea tal-Membri fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, dikjarazzjoni tal-kont tas-sena finanzjarja preċedenti, awditjata f’konformità mal-Artikolu 32. Id-dettalji ta’ din id-dikjarazzjoni huma pprovduti fir-Regoli tal-Operat.
5. Id-Direttur Ġenerali għandu jipprovdi lill-Assemblea tal-Membri, sal-aħħar ta’ Novembru kif spjegat ulterjorment fid-dettall fir-Regoli tal-operat:
|
a) |
rapport dwar il-ħidma mwettqa matul is-sena b’dikjarazzjoni finanzjarja; |
|
b) |
abbozz tal-Programm ta’ Ħidma għas-sena ta’ wara; |
|
c) |
baġit previst għas-sena finanzjarja ta’ wara. |
6. Id-Direttur Ġenerali għandu fi kwalunkwe ħin ikun intitolat jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma sabiex jappoġġa l-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC f’konformità mar-Regoli tal-Operat.
Artikolu 20
Hub Ċentrali
1. Il-Hub Ċentrali jinkludi s-servizzi ta’ appoġġ li ġejjin:
|
a) |
Assistenza lid-Direttur Ġenerali fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-AnaEE-ERIC; |
|
b) |
Punt ċentrali għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u interazzjoni man-Nodi Nazzjonali; |
|
c) |
Koordinazzjoni tal-Attivitajiet taċ-ċentri, inkluż attivitajiet ta’ żvilupp konġunti u skambji tal-persunal; |
|
d) |
Programmi ta’ organizzazzjoni u taħriġ għall-persunal tal-pjattaformi ta’ AnaEE-ERIC; |
|
e) |
L-organizzazzjoni tal-laqgħat kollha ta’ governanza u amministrattivi; |
|
f) |
L-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-portal online; |
|
g) |
Il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC; |
|
h) |
Il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni għall-AnaEE-ERIC. |
2. L-impjegati tal-Hub Ċentrali għandhom jassistu lid-Direttur Ġenerali fil-kwistjonijiet kollha u jirrapportaw lilu.
3. Il-kompożizzjoni tal-impjegati tal-Hub Ċentrali u l-modus operandi tiegħu huma spjegati fid-dettall fir-Regoli tal-Operat.
Artikolu 21
Ċentri ta’ Servizzi tal-AnaEE-ERIC
1. Iċ-Ċentri ta’ Servizzi ta’ AnaEE-ERIC għandhom jipprovdu għarfien espert, servizzi u għodod rilevanti għat-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC, kif stabbilit fil-Programmi ta’ Ħidma tal-AnaEE-ERIC.
2. Għandhom jiġu stabbiliti tliet Ċentri ta’ Servizz taħt l-AnaEE-ERIC u taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Ġenerali: Iċ-Ċentru tat-Teknoloġija, iċ-Ċentru tad-Data u l-Immudellar, u ċ-Ċentru tal-Interfaċċi u s-Sinteżi.
3. Iċ-Ċentri ta’ Servizzi għandhom jiġu ospitati f’pajjiżi li huma Membri tal-AnaEE-ERIC.
4. Kull Ċentru ta’ Servizz għandu jkun ġestit minn Kap taċ-Ċentru ta’ Servizz, taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, u rreklutat skont il-Politika tal-Impjiegi.
Artikolu 22
Nodi Nazzjonali u Pjattaformi Nazzjonali
1. In-Nodu Nazzjonali jkollu jew entità ġuridika jew inkella jagħti mandat lil entità ġuridika biex tirrappreżentah u tiffirma l-Ftehim Legali tas-Servizz f’ismu.
2. Kull Nodu Nazzjonali huwa rrappreżentat mill-Kuntatt tan-Nodu. Il-membri tal-AnaEE-ERIC jinfurmaw lid-Direttur Ġenerali bl-isem tal-Kuntatt tan-Nodu tagħhom. Il-Kuntatt bejn in-Nodi jiltaqa’ meta jkun meħtieġ u “mill-inqas” darbtejn fis-sena mad-Direttur Ġenerali u “mill-inqas” darba fis-sena mal-Bord tat-Tmexxija.
3. Kull Nodu Nazzjonali għandu jkun marbut bi Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz mal-AnaEE-ERIC sabiex b’mod minimu jagħti s-servizzi sabiex jiġu organizzati u kkoordinati s-servizzi tal-Pjattaformi Nazzjonali ta’ Membru u sabiex jiġu organizzati komunikazzjonijiet bejn l-AnaEE-ERIC u l-Pjattaformi Nazzjonali.
4. Kull Pjattaforma Nazzjonali ta’ Membru għandha tkun marbuta bi Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz mal-AnaEE-ERIC sabiex tipprovdi s-servizzi biex topera l-Infrastruttura tar-Riċerka. Dan il-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz se jinkludi l-kriterji għall-Pjattaformi Nazzjonali li jridu jiġu identifikati bħala pjattaformi tal-AnaEE-ERIC.
5. B’deroga mill-Artikolu 22(4), Membru jista’ jagħżel ukoll li jorbot legalment il-Pjattaformi Nazzjonali tiegħu permezz tan-Nodu Nazzjonali. Jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim separat dwar il-livell ta’ Servizz mal-Pjattaformi Nazzjonali skont l-Artikolu 22(4), in-Nodu Nazzjonali jikkonkludi ftehimiet legalment vinkolanti mal-Pjattaformi Nazzjonali sabiex jiggarantixxi s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti għall-AnaEE-ERIC. F’dan il-każ, il-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz man-Nodu Nazzjonali jinkludi wkoll il-kriterji għall-Pjattaformi Nazzjonali, minbarra l-Artikolu 22(3), sabiex jiġu identifikati bħala pjattaformi tal-AnaEE-ERIC.
6. Il-Kuntatt tan-Nodu għandu jipprovdi rapport lid-Direttur Ġenerali tal-AnaEE-ERIC dwar l-attivitajiet tan-Nodu Nazzjonali għall-AnaEE-ERIC fuq bażi regolari, kif definit fir-Regoli tal-Operat u fil-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz.
Artikolu 23
Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul mid-Direttur Ġenerali u mill-Kapijiet taċ-Ċentri ta’ Servizzi tal-AnaEE-ERIC. Id-Direttur Ġenerali jista’ jistieden esperti, Nodu Nazzjonali u rappreżentanti tat-tip tal-Pjattaforma għal-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena man-Nodu Nazzjonali u ma’ rappreżentanti tat-tip tal-Pjattaforma.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ippresedut mid-Direttur Ġenerali.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun responsabbli:
|
a) |
għall-kontribuzzjoni u għall-appoġġ lid-Direttur Ġenerali fl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ Programm ta’ Ħidma annwali u abbozz tal-baġit (sena N), flimkien ma’ abbozz preliminari ta’ Programm ta’ Ħidma u abbozz tal-baġit għas-sentejn ta’ wara (sena N+1 u sena N+2); |
|
b) |
għall-appoġġ lid-Direttur Ġenerali fl-eżekuzzjoni tal-Programm ta’ Ħidma u għat-twettiq ta’ interazzjoni effiċjenti bejn l-AnaEE-ERIC u l-Membri u l-Osservaturi u l-utenti u l-partijiet ikkonċernati tal-AnaEE-ERIC. |
Artikolu 24
Kumitat Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti (ISAC)
1. Ir-rwol tal-ISAC huwa li jagħti pariri lill-Assemblea tal-Membri fuq il-punti li ġejjin:
|
a) |
Ir-reviżjoni tal-kriterji sabiex tiġi aċċettata pjattaforma fl-AnaEE-ERIC; |
|
b) |
Parir fuq l-istrateġija tal-AnaEE-ERIC rigward il-kapaċità esperimentali u s-servizzi ta’ pjattaforma tiegħu; |
|
c) |
Kollaborazzjoni ma’ infrastrutturi Ewropej jew internazzjonali oħrajn; |
|
d) |
Analiżi tar-rapporti ta’ attività tal-Hub u taċ-Ċentri ta’ Servizzi u rakkomandazzjonijiet għall-programm ta’ ħidma tagħhom u għall-istrateġija fit-tul tagħhom; |
|
e) |
Rieżami okkażjonali tal-proġetti ta’ riċerka jekk id-Direttur Ġenerali jitlob dan, li potenzjalment jinkludi esperti esterni; |
|
f) |
Previżjoni dwar ix-xjenza tal-ekosistemi u r-rabta tagħha mas-sostenibbiltà tas-sistema tal-ikel, mal-bijoekonomija sostenibbli u mal-bijodiversità. |
2. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jikkonsisti minn esperti indipendenti mis-settur pubbliku jew privat b’għarfien espert ta’ livell għoli fil-qasam tal-agronomija, tas-saħħa tal-pjanti, tal-ekoloġija, tal-bijodiversità, tax-xjenza ambjentali, tat-tibdil globali, tal-ġestjoni tad-data, tal-immudellar kif ukoll b’esperjenza fi u l-ġestjoni tal-Infrastrutturi ta’ Riċerka jew ta’ programmi fuq skala kbira u persuni indipendenti oħra. In-numru ta’ membri għandu jkun minimu ta’ 5 u massimu ta’ 10.
3. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri għal durata ta’ 5 snin, bil-possibbiltà ta’ tiġdid wieħed. Huma jeleġġu President u jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena. Il-President jista’ jiġi kkonsultat mid-Direttur Ġenerali fi kwalunkwe okkażjoni.
4. Ir-Regoli dettaljati tal-Operat tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri.
Artikolu 25
Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti (IEAC)
1. Ir-rwol tal-IEAC huwa li jagħti pariri lill-Assemblea tal-Membri fuq kwistjonijiet etiċi li għandhom jiġu kkunsidrati miċ-Ċentri ta’ Servizzi u l-Pjattaformi Nazzjonali fl-attivitajiet tagħhom.
2. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri. Il-Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti għandu jikkonsisti minn esperti indipendenti mis-settur pubbliku jew privat b’għarfien espert fil-qasam tal-etika tax-xjenzi ambjentali u tal-ħajja. In-numru ta’ membri għandu jkun minimu ta’ 3 u massimu ta’ 10.
3. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri għal perjodu ta’ 5 snin, bil-possibbiltà ta’ tiġdid wieħed. Huma jeleġġu President u jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena. Il-President jista’ jiġi kkonsultat mid-Direttur Ġenerali fi kwalunkwe okkażjoni.
4. Ir-Regoli tal-Operat dettaljati tal-Kumitat Konsultattiv Etiku Indipendenti għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri.
Artikolu 26
Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati
1. Il-Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-korpi u tal-istituzzjonijiet li għandhom interess fis-servizzi u fir-riżultati mogħtija mill-AnaEE-ERIC, bħall-utenti tal-faċilitajiet jew tad-data ta’ AnaEE-ERIC, dawk li jfasslu l-politika, l-industriji, l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u l-media. In-numru ta’ membri għandu jkun minimu ta’ 10 u massimu ta’ 20.
2. Ir-rwol tal-Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati huwa li jagħti pariri lill-Assemblea tal-Membri dwar il-punti li ġejjin:
|
a) |
Analiżi tar-rapporti tal-attività taċ-Ċentri ta’ Servizzi u r-rakkomandazzjonijiet għall-programm ta’ ħidma tagħhom u għall-istrateġija fit-tul tagħhom; |
|
b) |
Pjan ta’ komunikazzjoni; |
|
c) |
L-elaborazzjoni ta’ għodod ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-ġestjoni tal-ekosistemi; |
|
d) |
Kollaborazzjoni ma’ infrastrutturi Ewropej jew internazzjonali oħrajn. |
3. Il-membri tal-Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri għal perjodu ta’ 5 snin, bil-possibbiltà ta’ tiġdid wieħed. Huma jeleġġu President u jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena. Il-President jista’ jiġi kkonsultat mid-Direttur Ġenerali fi kwalunkwe okkażjoni.
4. Ir-Regoli tal-Operat dettaljati tal-Kumitat tal-Partijiet Ikkonċernati għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri.
Artikolu 27
Korpi Sussidjarji
1. L-Assemblea tal-Membri tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi kwalunkwe Korp Sussidjarju, kif meħtieġ miċ-ċirkostanzi, pereżempju biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar suġġetti speċifiċi.
2. Il-kompożizzjoni u r-Regoli tal-Operat tal-Korpi Sussidjarji għandhom jiġu approvati mill-Assemblea tal-Membri, f’konformità mal-Artikolu 18(10).
3. Kull Korp Sussidjarju għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. L-Assemblea tal-Membri tista’ titlob lill-President tal-Korp Sussidjarju sabiex ilaqqa’ laqgħat sabiex iqis u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar suġġetti speċifiċi.
KAPITOLU 5
RAPPORTAR LILL-KUMMISSJONI EWROPEA
Artikolu 28
Rapportar lill-Kummissjoni Ewropea
1. L-AnaEE-ERIC għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività, li b’mod partikolari għandu jinkludi l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jintbagħat għall-approvazzjoni lill-Assemblea tal-Membri fi żmien erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti u mbagħad għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku.
2. Id-Direttur Ġenerali tal-AnaEE-ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament l-ilħuq tal-kompiti tal-AnaEE-ERIC jew li tfixkel lill-AnaEE-ERIC milli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 723/2009.
KAPITOLU 6
FINANZI
Artikolu 29
Sena Finanzjarja
Is-sena finanzjarja tal-AnaEE-ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. L-ewwel sena finanzjarja tal-AnaEE-ERIC għandha tkun sena finanzjarja mqassra li tibda bid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-AnaEE-ERIC.
Artikolu 30
Riżorsi
Ir-riżorsi tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu magħmulin minn:
|
1. |
It-tariffi tal-Membri u tal-Osservaturi skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 31. |
|
2. |
Il-kontribuzzjoni Primjum Ospitanti, ipprovduta mill-Membri li jospitaw Ċentru ta’ Servizz jew il-Hub Ċentrali, kif stabbilit fl-Anness III. |
|
3. |
Kwalunkwe kontribuzzjoni oħra, bħal għotjiet jew introjtu li jirriżulta minn servizzi jew minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li huma proprjetà tal-AnaEE-ERIC, fil-limiti u skont it-termini approvati mill-Assemblea tal-Membri. |
Artikolu 31
Prinċipji għall-kontribuzzjonijiet tal-Membri u tal-Osservaturi
1. Il-Membri u l-Osservaturi għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet annwali lill-AnaEE-ERIC.
2. Il-livell ta’ kontribuzzjoni tal-Membri għandu jiġi stabbilit għal ċiklu baġitarju u approvat mill-Assemblea tal-Membri, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 18 u fl-Anness III.
3. Kontribuzzjonijiet in natura għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jsiru fil-forma ta’ kontribuzzjoni effettiva u kwantifikabbli lill-AnaEE-ERIC, inkluż lill-persunal sekondat lill-AnaEE-ERIC, u bl-approvazzjoni tal-Assemblea tal-Membri. L-Assemblea tal-Membri għandha taqbel fuq sistema kontabilistika, regoli għall-aċċettazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura u l-valutazzjoni tal-valur tagħhom.
4. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom isiru f’Euro.
5. Il-valur ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni in natura għandu jitqies meta jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti matul l-istess perjodu ta’ żmien, sabiex jiġi kkalkolat (i) l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ipprovduti matul is-sena inkwistjoni u (ii) il-proporzjonijiet speċifiċi li jkun ikkontribwixxa kull membru għall-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet.
Artikolu 32
Baġit, prinċipji baġitarji, kontijiet u awditu
1. Il-partiti kollha ta’ dħul u ta’ nfiq tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu inklużi fl-istimi mfassla għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit.
2. Id-dħul u l-infiq tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu bbilanċjati.
3. L-Assemblea tal-Membri għandha tiżgura li r-riżorsi tal-AnaEE-ERIC jintużaw skont il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba.
4. Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
5. Il-kontijiet tal-AnaEE-ERIC għandhom jiġu awditjati kull sena, u għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja preċedenti. L-Assemblea tal-Membri għandha tapprova l-ħatra u d-durata ta’ awditur estern u għandha tapprova l-kontijiet awditjati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja preċedenti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja.
6. L-AnaEE-ERIC għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tad-dritt applikabbli fir-rigward tat-tħejjija, tas-sottomissjoni, tal-awditjar u tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 33
Taxxi
1. L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u f’konformità mal-Artikolu 50 u l-Artikolu 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, għandhom jiġu applikati għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi mill-AnaEE-ERIC u minn Membru tal-AnaEE-ERIC skont it-tifsira tal-Kapitolu 2 u tal-Kapitolu 3 tal-Istatuti li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-AnaEE-ERIC, dment li dak ix-xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-AnaEE-ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. L-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
2. L-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa bbażati fuq l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2020/262, għandhom ikunu limitati għal xiri mill-AnaEE-ERIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-AnaEE-ERIC, dment li t-tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-AnaEE-ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu, u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
3. Ix-xiri minn membri tal-persunal mhumiex koperti mill-eżenzjonijiet.
KAPITOLU 7
MIXXELLANJI
Artikolu 34
Liġi applikabbli
Il-funzjonament intern tal-AnaEE-ERIC għandu jkun regolat:
|
1. |
Bid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 723/2009, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1261/2013. |
|
2. |
Mil-liġi tal-Istat fejn l-AnaEE-ERIC ikollu s-sede statutorja tiegħu fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex, jew li huma biss parzjalment, regolati mid-dritt tal-Unjoni. |
|
3. |
Minn dawn l-Istatuti u mir-Regoli tal-Operat. |
Artikolu 35
Lingwa ta’ ħidma
Il-lingwa ta’ ħidma tal-AnaEE-ERIC għandha tkun l-Ingliż.
Artikolu 36
Tilwim
1. Fil-każ ta’ tilwima jew differenza bejn il-Membri li tirriżulta mill-Istatuti jew b’rabta magħhom, l-Assemblea tal-Membri għandha tiltaqa’ kemm jista’ jkun malajr, b’mod li jkun raġonevolment prattikabbli, sabiex tikkonsulta b’rieda tajba u tfittex li ssolvi t-tilwima b’mod amikevoli.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-Membri fir-rigward tal-AnaEE-ERIC, bejn il-Membri u l-AnaEE-ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni Ewropea hija parti minnha.
3. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-AnaEE-ERIC u partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, hija l-liġi tal-Istat fejn l-AnaEE-ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu li għandha tiddetermina l-ġuriżdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ dan it-tilwim.
Artikolu 37
Emendi għall-Istatuti, aġġornamenti u disponibbiltà
1. Kwalunkwe emenda għall-Istatuti għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 kif emendat bir-Regolament (KE) 1261/2013.
2. L-Istatuti għandhom jinżammu aġġornati u jkunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-AnaEE-ERIC u fis-sede statutorja.
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment
1. L-ewwel laqgħa tal-Assemblea tal-Membri għandha tissejjaħ mill-Istat fejn l-AnaEE-ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu mill-aktar fis possibbli wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-AnaEE-ERIC.
2. Qabel ma ssir l-ewwel laqgħa u mhux aktar tard minn ħamsa u erbgħin jum kalendarju wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-AnaEE-ERIC, l-Istat rilevanti għandu jinnotifika lill-Membri u lill-Osservaturi fundaturi tal-AnaEE-ERIC bi kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li jeħtieġ li tittieħed f’isem l-AnaEE-ERIC. Sakemm Membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna debitament awtorizzata mill-Istat rilevanti.
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn l-Istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“AnaEE” tfisser: L-infrastruttura tar-riċerka pan-Ewropea dwar ekosistemi terrestri u akkwatiċi ġestiti u mhux ġestiti li se jipprovdu aċċess għal sett kbir distribwit u kkoordinat ta’ pjattaformi esperimentali li jkopru l-firxa kbira tal-ekosistemi u taż-żoni klimatiċi tal-Ewropa kif ukoll għal pjattaformi analitiċi u ta’ mmudellar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku sabiex jappoġġawhom. Billi tissimula b’mod sperimentali xenarji futuri, l-AnaEE se tkejjel u tipprevedi r-rispons tal-ekosistemi għall-bidliet ambjentali u fl-użu tal-art u se tittestja l-opzjonijiet tal-inġinerija tal-mitigazzjoni u tal-adattament għall-manteniment tas-servizzi tal-ekosistemi. |
|
2. |
“AnaEE-ERIC” tfisser: L-entità ġuridika li tikkonsisti fil-Hub u fi tliet ċentri ta’ servizzi: Ċentru tal-Interfaċċa u s-Sinteżi (ISC), Ċentru tat-Teknoloġija (TC), Ċentru tal-Immudellar tad-Data (DMC). |
|
3. |
“Nodu Nazzjonali” tfisser: Entità operazzjonali li torganizza l-kontribuzzjoni ta’ pjattaformi esperimentali, analitiċi u ta’ mmudellar ta’ pajjiż partikolari lil AnaEE. |
|
4. |
“Kuntatt tan-Nodu” tfisser: Il-persuna maħtura minn Nodu Nazzjonali sabiex tinteraġixxi direttament mad-Direttur Ġenerali dwar kwalunkwe kwistjoni minn Nodu Nazzjonali jew lilu. |
|
5. |
“Pjattaforma Nazzjonali” tfisser: faċilità sperimentali li tikkonforma mal-kriterji tal-AnaEE u li hija appoġġata minn istituzzjoni minn pajjiż Membru tal-AnaEE-ERIC. |
|
6. |
“Tip ta’ pjattaforma” tfisser: L-approċċ ewlieni propost minn Pjattaforma Nazzjonali. Hemm erba’ approċċi possibbli: esperimentazzjoni fil-beraħ, esperimentazzjoni magħluqa, miżuri analitiċi u mmudellar. |
|
7. |
“ data tal-AnaEE” tfisser:
|
ANNESS II
LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM
|
Membru |
Entità Rappreżentanti |
|
Ir-Repubblika Franċiża |
Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS) |
|
Ir-Renju tad-Danimarka |
L-Università ta’ Copenhagen. |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport |
|
Ir-Repubblika Taljana |
Consiglio per la Ricerca in Agricoltura e l’Analisi dell’Economia Agraria (CREA) |
|
Ir-Repubblika tal-Finlandja |
L-Istitut tar-Riżorsi Naturali tal-Finlandja (LUKE) |
|
Ir-Repubblika tal-Bulgarija |
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza |
|
CIHEAM |
Mhux Applikabbli |
|
Osservatur |
Entità Rappreżentanti |
|
Ir-Renju tal-Belġju |
L-Uffiċċju Belġjan tal-Politka Xjentifika (BELSPO) |
ANNESS III
BAĠIT – KONTRIBUZZJONIJIET
MUDELL TA’ FINANZJAMENT TAL-ANAEE-ERIC
Il-baġits tas-Servizzi Ċentrali huma parti mill-baġit tal-ERIC u taħt is-setgħa tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Assemblea tal-Membri. Il-kostijiet operazzjonali ta’ AnaEE-ERIC huma koperti fil-parti l-kbira mill-finanzjament pubbliku tal-Membri tagħha.
Hija mistennija kontribuzzjoni Primjum Ospitanti minima ta’ 50 % matul il-Fażi Operazzjonali meta l-AnaEE-ERIC jiġi approvat. Il-bqija tal-infiq tas-Servizzi Ċentrali għandu jkun kopert minn kontribuzzjonijiet annwali tat-tariffa tas-Sħubija (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-Tariffa tas-Sħubija) lejn l-AnaEE-ERIC li hija l-entità ġuridika antiċipata. Il-kontribuzzjonijiet Primjum Ospitanti jistgħu jiġu pprovduti bħala flus u/jew parzjalment in natura, filwaqt li t-tariffa tas-Sħubija għandha tiġi pprovduta fi flus sabiex tkopri l-ispejjeż fis-Servizzi Ċentrali relatati ma’, eż., oġġetti konsumabbli, vjaġġar tal-persunal, laqgħat, sensibilizzazzjoni, servizzi (inkluż eż. legali, tal-kontabbiltà, tal-awditjar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tar-reklutaġġ u tas-sottokuntrattar), tagħmir (software, liċenzji eċċ.) u s-salarju tad-Direttur Ġenerali. Il-kontribuzzjonijiet in natura fir-riżorsi umani minn pajjiżi mhux ospitanti għandhom jiġu kkunsidrati u deċiżi każ b’każ fl-Assemblea tal-Membri tal-AnaEE-ERIC. It-tariffa tas-Sħubija tal-AnaEE-ERIC għandha tiġi allokata liċ-Ċentri tas-Servizzi kollha bid-deċiżjoni tal-Assemblea tal-Membri.
Il-mudell propost dwar kif għandhom jiġu kondiviżi l-kostijiet tal-Hub Ċentrali u taċ-Ċentri ta’ Servizzi koperti mit-Tariffa tas-Sħubija huwa ta’ 50 % Sehem Ugwali + 25 % PDG + 25 % numru tal-pjattaforma (ara d-dettalji ta’ hawn taħt).
It-tariffi tas-sħubija u l-kontribuzzjonijiet Primjum Ospitanti jibqgħu kostanti għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin (inkluż l-ewwel sena mqassra). Wara dan il-perjodu, l-Assemblea tal-Membri tirrevedi t-Tariffa tas-Sħubija. Il-kontribuzzjoni tal-Membri l-ġodda tinħadem skont ir-regola proposta f’dan l-Anness, iżda, sa tmiem l-ewwel ċiklu ta’ ħames snin, ma jkollhiex impatt fuq il-kontribuzzjoni ta’ Membri oħra. Fi tmiem iċ-ċiklu ta’ 5 snin, il-kontribuzzjoni tal-Membri (jiġifieri dawk li jsiru Membri wara li jkun ġie stabbilit l-ERIC) tiġi riveduta skont ir-regoli definiti mill-Assemblea tal-Membri.
Kontribuzzjonijiet eċċezzjonali mill-Membri u mill-Osservaturi huma milqugħin għall-attivitajiet speċifiċi tal-AnaEE-ERIC.
Il-mudell għat-Tariffa tas-Sħubija jikkonsisti fil-komponenti li ġejjin:
|
1. |
Sehem Ugwali = id-diviżjoni ta’ 50 % tal-kostijiet tas-Servizzi Ċentrali li mhumiex koperti mill-kontribuzzjoni Primjum Ospitanti bl-istess mod fost il-Membri; |
|
2. |
Il-Prodott Domestiku Gross [PDG] = id-diviżjoni ta’ 25 % tal-kostijiet mhux koperti mill-kontribuzzjoni Primjum Ospitanti fost il-Membri li jużaw sehem perċentwali speċifiku għall-Membru tal-PDG totali tal-Membri kollha. Ir-referenza għandha tkun il-PDG medju matul l-aħħar perjodu magħruf ta’ 5 snin qabel il-kostituzzjoni tal-ERIC (2014 – 2018 f’Jannar 2020). Id-data għall-istimi tal-PDG tiġi mill-Eurostat, u għal pajjiżi oħra, mill-Bank Dinji; |
|
3. |
Il-Kontribuzzjoni bbażata fuq in-numru tal-pjattaforma = id-diviżjoni ta’ 25 % tal-kostijiet mhux koperti mill-kontribuzzjoni Primjum Ospitanti fost il-Membri li jużaw kontribuzzjonijiet ta’ pjattaforma speċifiċi għall-Membri. Għandu jintalab ħlas għat-tipi ta’ Pjattaformi differenti bil-mod li ġej:
|
Il-formula matematika korrispondenti użata sabiex jiġi dderivat il-prezz sħiħ tal-pjattaforma u t-Tariffa tas-Sħubija għall-Membru tal-AnaEE-ERIC (indikata b’“i”) hija mogħtija hawn taħt.
fejn HC hija l-kontribuzzjoni Primjum Ospitanti (%), il-baġit huwa l-baġit totali tas-Servizzi Ċentrali, N tirrappreżenta n-numru ta’ Pjattaformi Nazzjonali distribwiti fl-infrastruttura tal-AnaEE-ERIC u l-ittri subskritti tagħha jiddeskrivu t-tip ta’ pjattaforma; Openair,0 (Pjattaforma ta’ ekosistemi fil-miftuħ, l-ebda manipulazzjoni tat-tibdil fil-klima), Openair,1 (Pjattaforma tal-ekosistemi fil-miftuħ, manipulazzjonijiet tat-tibdil fil-klima mwettqa), Enclosed (Pjattaforma ta’ ekosistemi fil-magħluq), Analytical u Modelling.
Imbagħad, it-Tariffa tas-Sħubija totali għal Membru i hija:
fejn NMembers hija n-numru ta’ Membri sħaħ tal-AnaEE-ERIC, GDPi huwa sehem perċentwali speċifiku għal membru tal-PDG totali tal-Membri kollha u Ni huwa n-numru speċifiku għall-Membru ta’ ċerti tipi ta’ pjattaformi (simili għal dak ta’ hawn fuq).
It-Tariffa tas-Sħubija mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi tiġi kkalkolata bħala somma sħiħa, li għandu jintlaħaq qbil fuqha abbażi tar-regola ta’ 5 snin (inkluż reviżjoni possibbli fi tmiem ċiklu ta’ 5 snin), flimkien ma’ tariffa bbażata fuq in-numru u fuq it-tip ta’ pjattaformi li jospita, derivata mill-ekwazzjoni 2 ta’ hawn fuq.
Fejn L hija s-somma sħiħa miftiehma
It-tariffa għall-Osservaturi tkun tariffa fissa ugwali għal nofs il-medjan tat-Tariffa tas-Sħubija (pajjiżi biss). Din it-tariffa tiżdied fl-aħħar tal-komputazzjoni tal-baġit.
Għall-baġit totali previst ta’ EUR 900 000 u għall-Membri involuti attwali fil-fażi ta’ implimentazzjoni (6 pajjiżi Membri, organizzazzjoni intergovernattiva membru 1 u Osservatur 1), il-baġit ipproġettat huwa mogħti fid-dettall hawn taħt meta titqies tariffa medjana ta’ EUR 60 000.
It-tabelli ta’ hawn taħt jiġbru fil-qosor il-baġit tal-AnaEE-ERIC bl-ipoteżi li jkun hemm tariffi totali tal-Membri tal-pajjiż ta’ EUR 400 000, tariffa ta’ EUR 30 000 bħala somma sħiħa tal-organizzazzjoni intergovernattiva, Osservatur, u l-pjattaformi magħrufa.
Tabella 1
Tariffi annwali tas-sħubija
|
Membri |
Tariffa (EUR k) |
|
Il-Bulgarija |
39 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
47 |
|
Id-Danimarka |
58 |
|
Il-Finlandja |
61 |
|
Franza |
103 |
|
L-Italja |
92 |
|
It-tariffi tal-pajjiż / sena |
400 |
|
Org. Int. [CIHEAM] |
35 |
|
Tariffi totali tal-membri |
435 |
|
Osservatur tal-Belġju |
30 |
|
Tariffi totali/sena (Membri + Osservatur) |
465 |
Tabella 2
Baġit annwali taċ-ċentri ta’ servizzi u kontribuzzjoni primjum ospitanti.
|
Baġit taċ-ċentri ta’ servizzi (EUR k) |
Kontribuzzjoni Primjum Ospitanti (EUR k) |
||
|
Hub |
360 |
40 % |
174 |
|
TC |
207 |
23 % |
100 |
|
ISC |
117 |
13 % |
57 |
|
DMC |
216 |
24 % |
104 |
|
Total |
900 |
|
435 |
Tabella 3
Baġit tal-AnaEE-ERIC
|
Membru |
Tariffa tas-Sħubija (EUR k) |
Kontribuzzjoni Primjum Ospitanti (EUR k) |
Kontribuzzjoni totali (EUR k) |
|
Il-Bulgarija |
39 |
0 |
39 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
47 |
57 |
104 |
|
Id-Danimarka |
58 |
100 |
158 |
|
Il-Finlandja |
61 |
0 |
61 |
|
Franza |
103 |
174 |
277 |
|
L-Italja |
92 |
104 |
196 |
|
CIHEAM |
35 |
0 |
35 |
|
Il-Belġju |
30 |
0 |
30 |
|
TOTAL |
900 |
||