|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/112 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tad-29 ta’ Diċembru 2022 )
F’paġna 66, fil-premessa (14),
minflok:
“Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn [UP daħħal id-data – sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-18 ta’ Lulju 2023 sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”;
F’paġna 75, fl-Artikolu 13,
minflok:
“Dan ir-Regolament għandu japplika minn XX.XX.XXXX.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu japplika mit-18 ta’ Lulju 2023.”.