23.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/134 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2566
tat-13 ta’ Ottubru 2022
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (2) jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar, b’mod partikolari, l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u tal-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata. |
(2) |
L-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli prevista fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġiet emendata bir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u dawk l-emendi jeħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament Delegat (UE) 2018/273. |
(3) |
L-eżenzjoni mill-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli hija estiża biex tinkludi t-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta’ żoni maħsuba għall-istabbiliment tal-kollezzjonijiet tal-varjetajiet tad-dwieli maħsuba għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi. Dik l-eżenzjoni jeħtieġ li tiżdied mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw żoni għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim. Sabiex jiġi evitat kull abbuż ta’ dik l-eżenzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li tali kollezzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ dwieli jridu jissodisfaw. Barra minn hekk, jeħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ “vinikultur” u “ħabel tal-vinji” stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 kif ukoll fl-Anness IV tiegħu jiġu aġġornati biex jirriflettu dik l-eżenzjoni. Għal aktar ċarezza, id-definizzjoni l-ġdida tat-terminu “kollezzjoni ta’ varjetajiet ta’ dwieli” jenħtieġ li tiżdied ukoll ma’ dak l-Artikolu. |
(4) |
Kif previst fl-Artikolu 63(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil fil-livell reġjonali għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta sabiex jiġi evitat riskju muri sew ta’ żvalutar ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta partikolari jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta. Jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni tiġi riflessa fir-regoli dwar ir-restrizzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273. |
(5) |
L-impenji ta’ applikant li jikkonforma mal-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, u li l-applikazzjoni tiegħu ma toħloqx riskju sinifikanti ta’ miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti speċifiċi, jridu jintemmu fil-31 ta’ Diċembru 2030. Dak il-limitu ta’ żmien, li jikkorrispondi għat-tmiem tas-sistema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, jenħtieġ li jiġi adattat minħabba l-estensjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli introdotta fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bir-Regolament (UE) 2021/2117. Għal dik l-istess raġuni, id-dati tat-tmiem għal ċerti impenji li jikkonċernaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jenħtieġ li jiġu adattati wkoll. |
(6) |
Il-kriterji ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 64(2)(f) u (h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew emendati u ċċarati, rispettivament, u dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fil-partijiet korrispondenti tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273. |
(7) |
Barra minn hekk, it-terminu “vinikultur” kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jindika l-vitikultur professjonali. Madankollu, jintuża wkoll bi żball fl-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat biex jirreferi għall-persuna fiżika li tipproduċi l-inbid minn żona mhux akbar minn 0,1 ettaru għall-konsum mill-membri tal-unità domestika biss li hija eżentata mill-iskema ta’ awtorizzazzjoni għat-tħawwil. Jenħtieġ li din il-kontradizzjoni tiġi rrettifikata. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2018/273
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/273 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Anness IV, it-Taqsima 1.2, il-punt 1, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
Artikolu 2
Korrezzjoni għar-Regolament Delegat (UE) 2018/273
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta’ żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-konsum mill-unità domestika ta’ persuna fiżika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi li mhumiex vitikulturi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a), għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
iż-żona ma taqbiżx iż-0,1 ettaru; |
(b) |
il-persuna fiżika jew il-grupp ta’ persuni fiżiċi kkonċernati ma jkunx involut fil-produzzjoni kummerċjali tal-inbid jew fil-produzzjoni kummerċjali ta’ prodotti oħrajn tal-inbid. |
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċerti organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali bħala ekwivalenti għall-unità domestika tal-persuna fiżika.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tħawwil msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun soġġett għal notifika.”.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).