23.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/130 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2565
tal-11 ta’ Ottubru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/444 huma elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Matul l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Dwana 2020 (2), il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġi aġġustat u ssimplifikat il-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għalhekk irrevediet l-approċċ tal-prestazzjoni tal-Programm biex tiżgura r-rilevanza tal-indikaturi magħżula kollha għall-fini ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm. |
(3) |
Għalkemm l-indikaturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/444 huma adattati għall-fini ta’ monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni, ma jippermettux monitoraġġ u evalwazzjoni suffiċjenti u komprensivi tal-attivitajiet u tar-riżultati tal-Programm fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi addizzjonali bħala parti mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Jenħtieġ li dawk l-indikaturi addizzjonali jkejlu l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-Programm. |
(4) |
Biex jiġi żgurat li d-data għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, b’mod effettiv u fil-ħin, jenħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati biex jiġi evitat rapportar doppju u jittaffa l-piż amministrattiv. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-bidu tal-perjodu ta’ rapportar b’rabta mal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li dan ir-Regolament Delegat japplika b’mod retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Indikaturi tal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u rekwiżiti ta’ rapportar
1. Meta jiġi mmonitorjat u evalwat il-Programm f’konformità mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2021/444, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin bħala parti mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni:
(a) |
l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/444; |
(b) |
l-indikaturi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li għandhom ikejlu l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-Programm. |
2. L-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu kull sena, għajr l-indikaturi tal-impatt imsemmija fil-punti (1)(a), 1(b), (2), u (3)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament li għandhom jitkejlu kull sentejn u bħala parti mill-evalwazzjonijiet interim u finali, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/444.
3. Meta meħtieġ mill-Kummissjoni, ir-riċevituri tal-fondi tal-Programm għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u bl-informazzjoni relatati mal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1, li huma rilevanti għall-fini li jikkontribwixxu għall-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, Mid-term evaluation of the Customs 2020 programme: final report, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2019, https://data.europa.eu/doi/10.2778/923910
ANNESS
Lista ta’ indikaturi addizzjonali fir-rigward tal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Programm Dwana msemmi fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2021/444
A. Indikaturi tal-output:
(1) |
Żvilupp tal-komponenti komuni tas-Sistemi Elettroniċi Ewropej (EES):
|
(2) |
Twettiq tal-komponenti komuni tal-EES:
|
(3) |
Affidabbiltà tal-EES (il-Kapaċità tan-Network Komuni ta’ Komunikazzjoni). |
(4) |
Affidabbiltà tas-servizzi ta’ appoġġ tal-IT:
|
(5) |
Livell ta’ appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet ipprovdut permezz ta’ azzjonijiet kollaborattivi (il-Kwalità tal-azzjonijiet kollaborattivi). |
(6) |
Grad ta’ għarfien dwar il-Programm. |
B. Indikaturi tar-riżultati:
(1) |
Livell ta’ koerenza tal-leġiżlazzjoni u l-politika doganali u l-implimentazzjoni tagħhom (il-kontribut tal-komponenti komuni l-ġodda tal-EES biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni koerenti tad-dritt u l-politika tal-Unjoni). |
(2) |
Livell ta’ kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali:
|
(3) |
Proċeduri elettroniċi simplifikati għall-operaturi ekonomiċi:
|
(4) |
Prestazzjoni operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali:
|
(5) |
Dwana — Innovazzjoni fil-qasam tal-politika doganali:
|
C. Indikaturi tal-impatt:
(1) |
Evoluzzjoni tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri:
|
(2) |
Evoluzzjoni tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha (is-sekwestri ta’ oġġetti u ta’ sustanzi li jkunu ta’ theddida għas-sikurezza u għas-sigurtà). |
(3) |
Evoluzzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ attività kummerċjali leġittima:
|