27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/2554 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2022
dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fl-era diġitali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) tappoġġja s-sistemi kumplessi użati għall-attivitajiet ta’ kuljum. Din it-teknoloġija żżomm l-ekonomiji tagħna għaddejjin f’setturi ewlenin, inkluż is-settur finanzjarju, u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni u l-interkonnettività miżjuda jamplifikaw ukoll ir-riskju tal-ICT, u b’hekk is-soċjetà kollha kemm hi, u s-sistema finanzjarja b’mod partikolari, issir aktar vulnerabbli għat-theddid ċibernetiku jew għat-tfixkil fis-settur tal-ICT. Filwaqt li l-użu kullimkien tas-sistemi tal-ICT u d-diġitalizzazzjoni u l-konnettività għolja llum il-ġurnata huma karatteristiċi ewlenin tal-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni, ir-reżiljenza diġitali tagħhom għad trid tiġi indirizzata u integrata aħjar fl-oqsma operazzjonali usa’ tagħhom. |
(2) |
F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin l-użu tal-ICT kiseb rwol kruċjali fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji, tant li issa akkwista importanza kritika fl-operat tal-funzjonijiet tipiċi ta’ kuljum tal-entitajiet finanzjarji kollha. Id-diġitalizzazzjoni issa tkopri, pereżempju, pagamenti, li aktar ma għadda żmien aktar imxew minn metodi bbażati fuq il-flus kontanti u l-karti għall-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, kif ukoll l-ikklerjar u s-saldu ta’ titoli, kummerċ elettroniku u algoritmiku, operazzjonijiet ta’ self u finanzjament, finanzjament bejn il-pari, klassifikazzjoni tal-kreditu, ġestjoni tal-pretensjonijiet u operazzjonijiet tal-back-office. Is-settur tal-assigurazzjoni wkoll ġie ttrasformat bl-użu tal-ICT, mill-emerġenza ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni li joffru s-servizzi tagħhom online li joperaw ma’ InsurTech, għal sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni diġitali. Il-finanzi mhux biss saru fil-biċċa l-kbira diġitali fis-settur kollu, iżda d-diġitalizzazzjoni approfondiet ukoll l-interkonnessjonijiet u d-dipendenzi fis-settur finanzjarju u ma’ fornituri terzi ta’ servizzi u infrastruttura. |
(3) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) irriafferma f’rapport tal-2020 li jindirizza r-riskju ċibernetiku sistemiku kif il-livell għoli eżistenti ta’ interkonnettività bejn l-entitajiet finanzjarji, is-swieq finanzjarji u l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji u, b’mod partikolari, l-interdipendenzi tas-sistemi tal-ICT tagħhom, jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu vulnerabbiltà sistemika għax l-inċidenti ċibernetiċi lokalizzati jistgħu jinxterdu malajr minn kwalunkwe waħda mill-madwar 22 000 entità finanzjarja tal-Unjoni għas-sistema finanzjarja kollha kemm hi, mingħajr ma jiġu mxekkla mill-fruntieri ġeografiċi. Ksur serju tas-sigurtà tal-ICT li jseħħ fis-settur finanzjarju ma jaffettwax biss lill-entitajiet finanzjarji b’mod iżolat. Tali ksur iwitti wkoll it-triq għall-propagazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet lokalizzati fil-mezzi kollha ta’ trażmissjoni finanzjarja u potenzjalment iwassal għal konsegwenzi negattivi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, pereżempju billi jiġġenera nuqqas ta’ likwidità u telf ġenerali ta’ fiduċja fis-swieq finanzjarji. |
(4) |
F’dawn l-aħħar snin, ir-riskju tal-ICT ġibed l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika, tar-regolaturi u tal-korpi li jiffissaw l-istandards internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali, f’tentattiv biex itejbu r-reżiljenza diġitali, jiffissaw l-istandards u jikkoordinaw il-ħidma regolatorja jew superviżorja. Fil-livell internazzjonali, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, il-Kumitat dwar il-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Suq, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, l-Istitut għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif ukoll il-G7 u l-G20 għandhom l-għan li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi tas-suq f’ġuriżdizzjonijiet varji b’għodod maħsuba biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistemi finanzjarji tagħhom. Dik il-ħidma ġiet xprunata wkoll mill-ħtieġa li jiġi kkunsidrat kif xieraq ir-riskju tal-ICT fil-kuntest ta’ sistema finanzjarja globali interkonnessa ħafna u li titfittex aktar konsistenza fl-aħjar prattiki rilevanti. |
(5) |
Minkejja l-inizjattivi politiċi u leġiżlattivi tal-Unjoni u nazzjonali mmirati, ir-riskju tal-ICT ikompli jippreżenta sfida għar-reżiljenza operazzjonali, il-prestazzjoni u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Ir-riformi li saru wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 saħħet primarjament ir-reżiljenza finanzjarja tas-settur finanzjarju tal-Unjoni u kellhom l-għan li jissalvagwardjaw il-kompetittività u l-istabbiltà tal-Unjoni minn perspettivi ekonomiċi, prudenzjali u ta’ kondotta fis-suq. Għalkemm is-sigurtà tal-ICT u r-reżiljenza diġitali huma parti mir-riskju operazzjonali, dawn kienu inqas fl-attenzjoni tal-aġenda regolatorja ta’ wara l-kriżi finanzjarja, u żviluppaw biss f’xi oqsma tal-politika tas-servizzi finanzjarji u tax-xenarju regolatorju tal-Unjoni, jew fi ftit Stati Membri biss. |
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tat-8 ta’ Marzu 2018 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-FinTech: Għal settur finanzjarju Ewropew iktar kompetittiv u innovattiv”, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza fundamentali li s-settur finanzjarju tal-Unjoni jsir aktar reżiljenti, inkluż minn perspettiva operazzjonali biex jiġu żgurati s-sikurezza teknoloġika u l-funzjonament tajjeb tiegħu, l-irkupru rapidu tiegħu minn ksur u inċidenti tas-sigurtà tal-ICT, li fl-aħħar mill-aħħar jippermettu l-forniment effettiv u mingħajr xkiel tas-servizzi finanzjarji madwar l-Unjoni kollha, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ stress, filwaqt li jiġu ppreservati wkoll il-fiduċja u l-kunfidenza tal-konsumaturi u tas-suq. |
(7) |
F’April 2019, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (magħrufa kollettivament bħala “Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ASE”) ħarġu b’mod konġunt parir tekniku li jitlob approċċ koerenti għar-riskju tal-ICT fil-finanzi u li jirrakkomanda li tissaħħaħ, b’mod proporzjonat, ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-industrija tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ inizjattiva tal-Unjoni speċifika għas-settur. |
(8) |
Is-settur finanzjarju tal-Unjoni huwa rregolat minn Ġabra Unika tar-Regoli u minn sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw ir-reżiljenza operazzjonali diġitali u s-sigurtà tal-ICT għadhom mhumiex armonizzati għalkollox jew b’mod konsistenti, minkejja li r-reżiljenza operazzjonali diġitali hija vitali biex jiġu żgurati l-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-suq fl-era diġitali, u mhux inqas importanti minn, pereżempju, standards ta’ kondotta fis-suq jew prudenzjali komuni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Ġabra Unika tar-Regoli u s-sistema ta’ superviżjoni jiġu żviluppati biex ikopru wkoll ir-reżiljenza operazzjonali diġitali, billi jsaħħu l-mandati tal-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jissorveljaw il-ġestjoni tar-riskju tal-ICT fis-settur finanzjarju sabiex jipproteġu l-integrità u l-effiċjenza tas-suq intern, u jiffaċilitaw il-funzjonament ordnat tiegħu. |
(9) |
Id-disparitajiet leġiżlattivi u l-approċċi regolatorji jew superviżorji nazzjonali mhux uniformi fir-rigward tal-ICT jirriskjaw li joħolqu ostakli għall-funzjonament tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji, li jxekklu l-eżerċitar bla xkiel tal-libertà ta’ stabbiliment u l-forniment ta’ servizzi għal entitajiet finanzjarji li joperaw fuq bażi transfruntiera. Il-kompetizzjoni bejn l-istess tip ta’ entitajiet finanzjarji fi Stati Membri differenti tista’ wkoll tiġi distorta. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, għal oqsma fejn l-armonizzazzjoni tal-Unjoni kienet limitata ħafna, bħall-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, jew assenti, bħall-monitoraġġ tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. Id-disparitajiet li jirriżultaw mill-iżviluppi previsti fil-livell nazzjonali jistgħu jiġġeneraw aktar ostakli għall-funzjonament tas-suq intern għad-detriment tal-parteċipanti fis-suq u l-istabbiltà finanzjarja. |
(10) |
Sa issa, peress li d-dispożizzjonijiet relatati mar-riskju tal-ICT ġew indirizzati biss parzjalment fil-livell tal-Unjoni, hemm lakuni jew sovrapożizzjonijiet f’oqsma importanti, bħar-rapportar ta’ inċidenti relatati mal-ICT u l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, u inkonsistenzi li jirriżultaw minn regoli nazzjonali diverġenti emerġenti jew l-applikazzjoni mhux kosteffettiva ta’ regoli sovraposti. Dan huwa partikolarment detrimentali għal utent li jagħmel użu intensiv mill-ICT, bħas-settur finanzjarju, billi r-riskji tat-teknoloġija ma għandhomx fruntieri u s-settur finanzjarju juża s-servizzi tiegħu fuq bażi transfruntiera wiesgħa fl-Unjoni u barra minnha. L-entitajiet finanzjarji individwali li joperaw fuq bażi transfruntiera jew li għandhom diversi awtorizzazzjonijiet (pereżempju, entità finanzjarja waħda jista’ jkollha liċenzja biex topera bħala entità bankarja, liċenzja ta’ ditta ta’ investiment, u liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ pagament, kull waħda maħruġa minn awtorità kompetenti differenti fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri) jiffaċċjaw sfidi operazzjonali biex jindirizzaw weħidhom u b’mod koerenti u kosteffettiv ir-riskju tal-ICT u biex jimmitigaw l-impatti avversi tal-inċidenti tal-ICT. |
(11) |
Peress li l-Ġabra Unika tar-Regoli ma kinitx akkumpanjata minn qafas komprensiv tal-ICT jew tar-riskju operazzjonali, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ewlenin tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji kollha. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-ICT u r-reżiljenza kumplessiva mill-entitajiet finanzjarji, abbażi ta’ dawk ir-rekwiżiti ewlenin, bil-ħsieb li jifilħu għal qtugħ operazzjonali, jgħinu biex jippreservaw l-istabbiltà u l-integrità tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi fl-Unjoni. Billi dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jenħtieġ li jkun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif interpretati f’konformità mal-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja). |
(12) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkonsolida u jaġġorna r-rekwiżiti tar-riskju tal-ICT bħala parti mir-rekwiżiti tar-riskju operazzjonali li, sa issa, ġew indirizzati separatament f’diversi atti legali tal-Unjoni. Filwaqt li dawk l-atti koprew il-kategoriji ewlenin tar-riskju finanzjarju (pereż. ir-riskju tal-kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti u r-riskju tal-likwidità, ir-riskju tal-imġiba tas-suq), ma indirizzawx b’mod komprensiv, fil-mument tal-adozzjoni tagħhom, il-komponenti kollha tar-reżiljenza operazzjonali. Ir-regoli tar-riskju operazzjonali, meta żviluppati aktar f’dawk l-atti legali tal-Unjoni, sikwit kienu jiffavorixxu approċċ kwantitattiv tradizzjonali biex jiġi indirizzat ir-riskju (jiġifieri l-iffissar ta’ rekwiżit kapitali biex ikopri r-riskju tal-ICT) minflok ma inkludew regoli kwalitattivi mmirati għall-kapaċitajiet ta’ protezzjoni, individwazzjoni, trażżin, irkupru u tiswija kontra inċidenti relatati mal-ICT, jew għar-rappurtar u l-ittestjar diġitali. Dawk l-atti kienu primarjament maħsuba biex ikopru u jaġġornaw regoli essenzjali dwar is-superviżjoni prudenzjali, l-integrità tas-suq jew l-imġiba. Permezz tal-konsolidazzjoni u t-titjib tar-regoli differenti dwar ir-riskju tal-ICT, id-dispożizzjonijiet kollha li jindirizzaw ir-riskju diġitali fis-settur finanzjarju jenħtieġ li għall-ewwel darba jinġabru flimkien b’mod konsistenti f’att leġiżlattiv wieħed. Għalhekk, dan ir-Regolament jimla l-lakuni jew isewwi l-inkonsistenzi f’uħud mill-atti legali ta’ qabel, inkluż b’rabta mat-terminoloġija użata fihom, u jirreferi b’mod espliċitu għar-riskju tal-ICT permezz ta’ regoli mmirati dwar il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, ir-rappurtar ta’ inċidenti, l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali u l-monitoraġġ tar-riskju tal-ICT marbut ma’ partijiet terzi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ ukoll li jqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-ICT u jirrikonoxxi l-fatt li l-inċidenti tal-ICT u nuqqas ta’ reżiljenza operazzjonali għandhom il-possibbiltà li jipperikolaw s-solidità finanzjarja tal-entitajiet finanzjarji. |
(13) |
Jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jsegwu l-istess approċċ u l-istess regoli bbażati fuq il-prinċipji meta jindirizzaw ir-riskju tal-ICT filwaqt li jqisu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom. Il-konsistenza tikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u tippreserva l-istabbiltà tagħha speċjalment fi żminijiet ta’ dipendenza kbira mis-sistemi, mill-pjattaformi u mill-infrastrutturi tal-ICT li tinvolvi riskju diġitali akbar. L-osservanza tal-iġjene ċibernetika bażika jenħtieġ ukoll li tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ kostijiet kbar fuq l-ekonomija billi jimminimizza l-impatt u l-kostijiet tat-tfixkil tal-ICT. |
(14) |
Regolament jgħin biex titnaqqas il-kumplessità regolatorja, irawwem il-konverġenza superviżorja u jżid iċ-ċertezza legali, u jikkontribwixxi wkoll għal-limitazzjoni tal-kostijiet tal-konformità, speċjalment għall-entitajiet finanzjarji li joperaw b’mod transfruntier, u għat-tnaqqis tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk, l-għażla ta’ Regolament għall-istabbiliment ta’ qafas komuni għar-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji hija l-aktar mod xieraq biex tiġi ggarantita applikazzjoni omoġenja u koerenti tal-komponenti kollha tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT mis-settur finanzjarju tal-Unjoni. |
(15) |
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) kienet l-ewwel qafas orizzontali taċ-ċibersigurtà promulgat fil-livell tal-Unjoni, li japplika wkoll għal tliet tipi ta’ entitajiet finanzjarji, jiġifieri istituzzjonijiet ta’ kreditu, ċentri ta’ negozjar u kontropartijiet ċentrali. Madankollu, billi d-Direttiva (UE) 2016/1148 stabbiliet mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ operaturi ta’ servizzi essenzjali, ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu, ċentri ta’ negozjar u kontropartijiet ċentrali biss li ġew identifikati mill-Istati Membri, iddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fil-prattika, u għalhekk meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti u tas-sigurtà tal-ICT stipulati fiha. Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tistabbilixxi kriterju uniformi biex jiġu determinati l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (ir-regola dwar id-daqs massimu) filwaqt li żżomm it-tliet tipi ta’ entitajiet finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
(16) |
Madankollu, peress li dan ir-Regolament iżid il-livell ta’ armonizzazzjoni tad-diversi komponenti ta’ reżiljenza diġitali, billi jintroduċi rekwiżiti dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-ICT u r-rapportar ta’ inċidenti relatati mal-ICT li huma aktar stretti meta mqabbla ma’ dawk stipulati fil-liġi attwali tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, dan il-livell ogħla jikkostitwixxi żieda fl-armonizzazzjoni wkoll meta mqabbel mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2022/2555. Konsegwentement, dan ir-Regolament jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li tinżamm relazzjoni b’saħħitha bejn is-settur finanzjarju u l-qafas orizzontali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni kif inhu stabbilit bħalissa fid-Direttiva (UE) 2022/2555 biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istrateġiji taċ-ċibersigurtà adottati mill-Istati Membri, u biex is-superviżuri finanzjarji jkunu jistgħu jsiru konxji mill-inċidenti ċibernetiċi li jaffettwaw setturi oħra koperti minn dik id-Direttiva. |
(17) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mingħajr preġudizzju għall-istħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax ir-responsabbiltà tal-Istati Membri fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali tal-Istat li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża u s-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, pereżempju fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni li tmur kontra s-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. |
(18) |
Biex ikun jista’ jsir tagħlim transsettorjali u biex b’mod effettiv jintużaw l-esperjenzi ta’ setturi oħrajn fl-indirizzar tat-theddid ċibernetiku, l-entitajiet finanzjarji msemmija fid-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jibqgħu parti mill-“ekosistema” ta’ dik id-Direttiva (pereżempju, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni taħt dik id-Direttiva) u l-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs)). L-ASE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjonijiet ta’ politika strateġika u fil-funzjonament tekniku tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, u li jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw aktar mal-punti uniċi ta’ kuntatt maħtura jew stabbiliti f’konformità ma’ dik id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonsultaw u jikkooperaw ukoll mas-CSIRTs. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jitolbu parir tekniku mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni li jkollhom l-għan li jiżguraw mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni ta’ rispons effettiv u rapidu. |
(19) |
Minħabba l-interkonnessjonijiet b’saħħithom bejn ir-reżiljenza diġitali u r-reżiljenza fiżika tal-entitajiet finanzjarji, huwa meħtieġ approċċ koerenti fir-rigward tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f’dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Peress li r-reżiljenza fiżika tal-entitajiet finanzjarji hija indirizzata b’mod komprensiv mill-obbligi tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT u tar-rappurtar koperti minn dan ir-Regolament, l-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tad-Direttiva (UE) 2022/2557 jenħtieġ li ma japplikawx għall-entitajiet finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. |
(20) |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing huma waħda mill-kategoriji ta’ infrastruttura diġitali koperta mid-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-Qafas ta’ Sorveljanza tal-Unjoni (“Qafas ta’ Sorveljanza”) stabbilit minn dan ir-Regolament japplika għall-fornituri kritiċi kollha tas-servizzi ta’ partijiet terzi tal-ICT, inkluż il-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing li jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji, u jenħtieġ li dan jitqies bħala komplimentari għas-superviżjoni mwettqa skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Qafas ta’ Sorveljanza stabbilit minn dan ir-Regolament ikopri lill-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing fin-nuqqas ta’ qafas orizzontali tal-Unjoni li jistabbilixxi awtorità ta’ sorveljanza diġitali. |
(21) |
Sabiex jinżamm kontroll sħiħ fuq ir-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji jeħtieġ li jkollhom kapaċitajiet komprensivi li jippermettu ġestjoni tar-riskju tal-ICT b’saħħitha u effettiva, kif ukoll mekkaniżmi u politiki speċifiċi għat-trattament tal-inċidenti kollha relatati mal-ICT u għar-rappurtar tal-inċidenti ewlenin relatati mal-ICT. Bl-istess mod, l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politiki għall-ittestjar ta’ sistemi, kontrolli u proċessi tal-ICT, kif ukoll għall-ġestjoni tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. Il-linja bażi tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li tiżdied filwaqt li tippermetti wkoll applikazzjoni proporzjonata tar-rekwiżiti għal ċerti entitajiet finanzjarji, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, kif ukoll l-entitajiet finanzjarji soġġetti għal qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT. Sabiex tiġi ffaċilitata superviżjoni effiċjenti tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li tkun proporzjonata u tindirizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq l-awtoritajiet kompetenti, l-arranġamenti superviżorji nazzjonali rilevanti fir-rigward ta’ tali entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jqisu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom anke meta jinqabżu l-limiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). B’mod partikolari, l-attivitajiet superviżorji jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati riskji serji assoċjati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT ta’ entità partikolari. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu wkoll approċċ viġilanti, iżda proporzjonat, fir-rigward tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li, f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2016/2341, jesternalizzaw parti sinifikanti tan-negozju ewlieni tagħhom, bħall-ġestjoni tal-assi, il-kalkoli attwarjali, il-kontabbiltà u l-ġestjoni tad-data, lill-fornituri tas-servizzi. |
(22) |
Il-limiti ta’ rappurtar tal-inċidenti relatati mal-ICT u t-tassonomiji jvarjaw b’mod sinifikanti fil-livell nazzjonali. Filwaqt li tista’ tinkiseb bażi komuni permezz tal-ħidma rilevanti mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Grupp ta’ Kooperazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, għadhom jeżistu jew jistgħu jitfaċċaw approċċi diverġenti dwar l-iffissar tal-limiti u l-użu tat-tassonomiji għall-bqija tal-entitajiet finanzjarji. Minħabba dawk id-diverġenzi, hemm bosta rekwiżiti li l-entitajiet finanzjarji jridu jikkonformaw magħhom, speċjalment meta joperaw f’diversi Stati Membri u meta jkunu jagħmlu parti minn grupp finanzjarju. Barra minn hekk, tali diverġenzi għandhom il-potenzjal li jxekklu l-ħolqien ta’ aktar mekkaniżmi uniformi jew ċentralizzati tal-Unjoni li jħaffu l-proċess ta’ rappurtar u jappoġġjaw skambju rapidu u bla xkiel ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li huwa kruċjali biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-ICT f’każ ta’ attakki fuq skala kbira b’konsegwenzi potenzjalment sistemiċi. |
(23) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-obbligi ta’ rappurtar potenzjalment duplikati għal ċerti entitajiet finanzjarji, ir-rekwiżit għar-rappurtar tal-inċidenti skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jenħtieġ li jieqaf japplika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Konsegwentement, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dik id-Direttiva, mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrappurtaw skont dan ir-Regolament, l-inċidenti kollha operazzjonali jew ta’ sigurtà relatati mal-pagamenti li jkunu ġew irrappurtati qabel skont dik id-Direttiva, irrispettivament minn jekk tali inċidenti jkunux relatati mal-ICT. |
(24) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaqdu r-rwoli superviżorji tagħhom billi jakkwistaw ħarsa ġenerali kompleta lejn in-natura, il-frekwenza, is-sinifikat u l-impatt tal-inċidenti relatati mal-ICT u jtejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi reġim tar-rappurtar sod ta’ inċidenti relatati mal-ICT li bih ir-rekwiżiti rilevanti jindirizzaw id-diskrepanzi attwali fil-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, u jitneħħew is-sovrapożizzjonijiet u d-duplikazzjonijiet eżistenti biex jittaffew il-kostijiet. Huwa essenzjali li r-reġim tar-rappurtar tal-inċidenti relatati mal-ICT jiġi armonizzat billi l-entitajiet finanzjarji kollha jintalbu jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom permezz ta’ qafas uniku simplifikat kif stipulat f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ASE jkollhom is-setgħa li jispeċifikaw aktar elementi rilevanti għall-qafas tar-rappurtar għall-inċidenti relatati mal-ICT, bħat-tassonomija, l-iskedi taż-żmien, is-settijiet tad-data, il-formoli u l-limiti applikabbli. Sabiex tkun żgurata konsistenza sħiħa mad-Direttiva (UE) 2022/2555, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jitħallew, fuq bażi volontarja, jinnotifikaw theddidiet ċibernetiċi sinifikanti lill-awtorità kompetenti rilevanti, meta jqisu li t-theddida ċibernetika tkun ta’ rilevanza għas-sistema finanzjarja, għall-utenti tas-servizzi jew għall-klijenti. |
(25) |
Ir-rekwiżiti tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali ġew żviluppati f’ċerti subsetturi finanzjarji li jistipulaw oqfsa li mhux dejjem ikunu allinjati għalkollox. Dan iwassal għal duplikazzjoni potenzjali tal-kostijiet għall-entitajiet finanzjarji transfruntiera u jagħmel ir-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali kumpless li, min-naħa tiegħu, jista’ jifframmenta s-suq intern. |
(26) |
Barra minn hekk, fejn ma jkun meħtieġ l-ebda ttestjar tal-ICT, il-vulnerabbiltajiet jibqgħu mhux identifikati u jirriżultaw fl-esponiment ta’ entità finanzjarja għar-riskju tal-ICT u fl-aħħar mill-aħħar joħolqu riskju ogħla għall-istabbiltà u l-integrità tas-settur finanzjarju. Mingħajr l-intervent tal-Unjoni, l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali jibqa’ jkun inkonsistenti u ma jkollux sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tal-ittestjar tal-ICT f’ġuriżdizzjonijiet differenti. Barra minn hekk, billi mhuwiex probabbli li subsetturi finanzjarji oħrajn jadottaw skemi tal-ittestjar fuq skala sinifikanti, dawn jitilfu l-benefiċċji potenzjali ta’ qafas tal-ittestjar, fir-rigward tal-iżvelar ta’ vulnerabbiltajiet u riskji tal-ICT, u l-ittestjar tal-kapaċitajiet ta’ difiża u l-kontinwità tal-operat, li jikkontribwixxi għal żieda fil-fiduċja tal-klijenti, tal-fornituri u tas-sħab fin-negozju. Sabiex jiġu rrimedjati dawk is-sovrapożizzjonijiet, diverġenzi u lakuni, huwa meħtieġ li jiġu stipulati regoli għal reġim ta’ ttestjar ikkoordinat u b’hekk jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tal-ittestjar avvanzat għal entitajiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(27) |
Id-dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq l-użu ta’ servizzi tal-ICT hija parzjalment xprunata mill-ħtieġa tagħhom li jadattaw għal ekonomija globali diġitali kompetittiva emerġenti, li jagħtu spinta lill-effiċjenza tan-negozju tagħhom u li jissodisfaw id-domanda tal-konsumaturi. In-natura u l-firxa ta’ tali dipendenza kienu qed jevolvu kontinwament fis-snin reċenti, u dan wassal għal tnaqqis tal-kostijiet fl-intermedjazzjoni finanzjarja, li ppermetta l-espansjoni u l-iskalabbiltà tan-negozju fl-iskjerament ta’ attivitajiet finanzjarji, filwaqt li offra firxa wiesgħa ta’ għodod tal-ICT għall-ġestjoni ta’ proċessi interni kumplessi. |
(28) |
L-użu estensiv tas-servizzi tal-ICT huwa evidenzjat minn arranġamenti kuntrattwali kumplessi, fejn l-entitajiet finanzjarji ħafna drabi jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jinnegozjaw it-termini kuntrattwali li huma mfassla għall-istandards prudenzjali jew għal rekwiżiti regolatorji oħrajn li huma soġġetti għalihom, jew inkella biex jinfurzaw drittijiet speċifiċi, bħal drittijiet ta’ aċċess jew awditjar, anki meta dawn tal-aħħar ikunu stabbiliti fl-arranġamenti kuntrattwali tagħhom. Minbarra dan, ħafna minn dawk l-arranġamenti kuntrattwali ma jipprevedux salvagwardji suffiċjenti li jippermettu l-monitoraġġ komprensiv tal-proċessi ta’ sottokuntrattar, u b’hekk iċaħħdu lill-entità finanzjarja mill-kapaċità tagħha li tivvaluta r-riskji assoċjati. Barra minn hekk, billi l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT spiss jipprovdu servizzi standardizzati lil tipi differenti ta’ klijenti, tali arranġamenti kuntrattwali mhux dejjem jissodisfaw b’mod adegwat il-ħtiġijiet individwali jew speċifiċi tal-atturi tal-industrija finanzjarja. |
(29) |
Għalkemm il-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji fiha ċerti regoli ġenerali dwar l-esternalizzazzjoni, il-monitoraġġ tad-dimensjoni kuntrattwali mhuwiex kompletament ankrat fil-liġi tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ standards ċari tal-Unjoni u mfassla apposta li japplikaw għall-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, is-sors estern tar-riskju tal-ICT mhuwiex indirizzat b’mod komprensiv. Konsegwentement, jeħtieġ li jiġu stipulati ċerti prinċipji ewlenin biex jiggwidaw il-ġestjoni mill-entitajiet finanzjarji tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, li huma ta’ importanza partikolari meta l-entitajiet finanzjarji jirrikorru għal fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT biex jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-prinċipji jkunu akkumpanjati minn sett ta’ drittijiet kuntrattwali ewlenin fir-rigward ta’ diversi elementi fil-prestazzjoni u t-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali bil-ħsieb li jiġu pprovduti ċerti salvagwardji minimi sabiex isaħħu l-kapaċità tal-entitajiet finanzjarji li jimmonitorjaw b’mod effettiv ir-riskju kollu tal-ICT li jirriżulta fil-livell ta’ fornituri terzi ta’ servizzi. Dawk il-prinċipji huma komplimentari għal-liġi settorjali applikabbli għall-esternalizzazzjoni. |
(30) |
Ċertu nuqqas ta’ omoġeneità u konverġenza fir-rigward tal-monitoraġġ tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi u d-dipendenzi fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT huwa evidenti llum. Minkejja l-sforzi biex tiġi indirizzata l-esternalizzazzjoni, bħal-Linji gwida tal-EBA dwar l-esternalizzazzjoni tal-2019 u l-Linji gwida tal-ESMA dwar l-esternalizzazzjoni lill-fornituri tas-servizzi ta’ cloud tal-2021 il-kwistjoni usa’ tal-ġlieda kontra r-riskju sistemiku li jista’ jiġi skattat mill-iskopertura tas-settur finanzjarju għal għadd limitat ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT mhijiex indirizzata biżżejjed mil-liġi tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ regoli fil-livell tal-Unjoni huwa aggravat min-nuqqas ta’ regoli nazzjonali dwar mandati u għodod li jippermettu lis-superviżuri finanzjarji jiksbu fehim tajjeb tad-dipendenzi fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u jimmonitorjaw b’mod adegwat ir-riskji li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni ta’ dipendenzi fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. |
(31) |
Meta jitqies ir-riskju sistemiku potenzjali li jirriżulta minn żieda fil-prassi ta’ esternalizzazzjoni u mill-konċentrazzjoni ta’ partijiet terzi tal-ICT, u minħabba l-insuffiċjenza tal-mekkaniżmi nazzjonali biex jipprovdu lis-superviżuri finanzjarji b’għodod adegwati biex jikkwantifikaw, jikkwalifikaw u jirrimedjaw il-konsegwenzi tar-riskju tal-ICT li jeżistu fil-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit Qafas ta’ Sorveljanza xieraq li jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għal entitajiet finanzjarji, filwaqt li jiġi żgurat li jinżammu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-klijenti li mhumiex entitajiet finanzjarji. Filwaqt li l-forniment intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jinvolvi riskji u benefiċċji speċifiċi, jenħtieġ li dan ma jitqiesx awtomatikament bħala inqas riskjuż mill-forniment ta’ servizzi tal-ICT minn fornituri barra minn grupp finanzjarju, u għalhekk jenħtieġ li jkun soġġett għall-istess qafas regolatorju. Madankollu, meta s-servizzi tal-ICT jiġu pprovduti mill-istess grupp finanzjarju, l-entitajiet finanzjarji jista’ jkollhom livell ogħla ta’ kontroll fuq il-fornituri intragrupp, li għandu jitqies fil-valutazzjoni tar-riskju ġenerali. |
(32) |
Bir-riskju tal-ICT li qed isir dejjem aktar kumpless u sofistikat, miżuri tajbin għall-individwazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskju tal-ICT jiddependu ħafna fuq il-kondiviżjoni regolari bejn l-entitajiet finanzjarji ta’ intelligence dwar it-theddid u l-vulnerabbiltà. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tikkontribwixxi għat-tiswir ta’ aktar sensibilizzazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku. Min-naħa tiegħu, dan isaħħaħ il-kapaċità tal-entitajiet finanzjarji biex jipprevjenu t-theddidiet ċibernetiċi milli jsiru inċidenti reali relatati mal-ICT u jippermetti lill-entitajiet finanzjarji jrażżnu b’mod aktar effettiv l-impatt tal-inċidenti relatati mal-ICT u jirkupraw aktar malajr. Fin-nuqqas ta’ gwida fil-livell tal-Unjoni, jidher li diversi fatturi impedew tali kondiviżjoni tal-intelligence, b’mod partikolari l-inċertezza dwar il-kompatibbiltà tagħha mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-antitrust u r-responsabbiltà. |
(33) |
Barra minn hekk, id-dubji dwar it-tip ta’ informazzjoni li tista’ tiġi kondiviża ma’ parteċipanti oħrajn fis-suq, jew ma’ awtoritajiet mhux superviżorji (bħall-ENISA, għal input analitiku, jew il-Europol, għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi) jwasslu biex ma tiġix kondiviża informazzjoni utli. Għalhekk, il-firxa u l-kwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni attwalment jibqgħu limitati u frammentati, fejn l-iskambji rilevanti jsiru l-aktar lokalment (permezz ta’ inizjattivi nazzjonali) u mingħajr arranġamenti konsistenti għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-Unjoni kollha mfassla għall-ħtiġijiet ta’ sistema finanzjarju integrata. Għalhekk huwa importanti li jissaħħu dawk il-kanali ta’ komunikazzjoni. |
(34) |
Jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jiġu mħeġġa jiskambjaw bejniethom informazzjoni u intelligence dwar it-theddid ċibernetiku, u jużaw b’mod kollettiv l-għarfien u l-esperjenza prattika individwali tagħhom fil-livell strateġiku, tattiku u operazzjonali bl-għan li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom li jivvalutaw, jimmonitorjaw, jiddefendu kontra, u jirrispondu b’mod adegwat għat-theddid ċibernetiku, billi jipparteċipaw f’arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li tkun possibbli l-ħolqien fil-livell tal-Unjoni ta’ mekkaniżmi għal arranġamenti volontarji għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li, meta jitwettqu f’ambjenti ta’ fiduċja, jgħinu lill-komunità tal-industrija finanzjarja tipprevjeni u tirrispondi b’mod kollettiv għat-theddid ċibernetiku billi tillimita malajr it-tixrid tar-riskju tal-ICT u timpedixxi l-kontaġju potenzjali fil-mezzi finanzjarji kollha. Dawk il-mekkaniżmi jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli applikabbli tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 intitolata “Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-akkordji dwar kooperazzjoni orizzontali”, kif ukoll mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Huma jenħtieġ li joperaw abbażi tal-użu ta’ bażi legali waħda jew aktar li huma stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament, bħal fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-interess leġittimu segwit mill-kontrollur jew minn parti terza, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur, meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali vestita fil-kontrollur, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punti (c) u (e), rispettivament, ta’ dak ir-Regolament. |
(35) |
Sabiex jinżamm livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju kollu, u fl-istess ħin biex jinżamm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza r-riskju li jirriżulta mit-tipi kollha ta’ servizzi tal-ICT. Għal dak il-għan, id-definizzjoni ta’ servizzi tal-ICT fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tinftiehem b’mod wiesa’, li tinkludi servizzi diġitali u tad-data pprovduti permezz ta’ sistemi tal-ICT lil utent intern jew estern wieħed jew aktar fuq bażi kontinwa. Jenħtieġ li dik id-definizzjoni, pereżempju, tinkludi l-hekk imsejħa servizzi “over the top”, li jaqgħu fil-kategorija ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li teskludi biss il-kategorija limitata ta’ servizzi tat-telefonija analoga tradizzjonali li jikkwalifikaw bħala servizzi ta’ Network Telefoniku Pubbliku Kommutat (PSTN), servizzi ta’ linja fissa, Servizz Telefoniku Tradizzjonali (POTS), jew servizzi tat-telefown b’linja fissa. |
(36) |
Minkejja l-kopertura wiesgħa prevista minn dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali jenħtieġ li tqis id-differenzi sinifikanti bejn l-entitajiet finanzjarji f’termini tad-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom. Bħala prinċipju ġenerali, meta jiddistribwixxu r-riżorsi u l-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jibbilanċjaw kif xieraq il-ħtiġijiet tagħhom relatati mal-ICT mad-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkomplu jivvalutaw u jirrieżaminaw l-approċċ ta’ din id-distribuzzjoni. |
(37) |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, imsemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, huma espliċitament inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-attivitajiet tagħhom u r-riskji li jirriżultaw minnhom. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u l-istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament anki jekk ma jkunux ingħataw awtorizzazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2009/110/KE biex joħorġu flus elettroniċi, jew jekk ma jkunux ingħataw awtorizzazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 biex jipprovdu u jeżegwixxu servizzi ta’ pagament. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro, imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punt (3), tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għall-istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE, u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jenħtieġ li tkun l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2015/2366. |
(38) |
Billi entitajiet finanzjarji akbar jistgħu jgawdu minn riżorsi usa’ u jistgħu jużaw fondi b’ħeffa biex jiżviluppaw strutturi ta’ governanza u jistabbilixxu diversi strateġiji korporattivi, huma biss l-entitajiet finanzjarji li mhumiex mikrointrapriżi fis-sens ta’ dan ir-Regolament li jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistabbilixxu arranġamenti ta’ governanza aktar kumplessi. Entitajiet bħal dawn huma mgħammra aħjar, b’mod partikolari biex jistabbilixxu funzjonijiet ta’ ġestjoni ddedikati għat-twettiq ta’ superviżjoni tal-arranġamenti ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew biex jittrattaw l-immaniġġjar tal-kriżijiet, biex jorganizzaw il-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom skont it-tliet linji tal-mudell ta’ difiża, jew biex jistabbilixxu mudell intern ta’ kontroll u tal-ġestjoni tar-riskju, u biex jissottomettu l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom għal awditi interni. |
(39) |
Xi entitajiet finanzjarji jibbenefikaw minn eżenzjonijiet jew huma soġġetti għal qafas regolatorju ħafif ħafna skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni speċifika għas-settur. Tali entitajiet finanzjarji jinkludu maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li joperaw skemi ta’ pensjoni li b’kollox ma jkollhomx aktar minn 15-il membru b’kollox. Fid-dawl ta’ dawk l-eżenzjonijiet ma jkunx proporzjonat li tali entitajiet finanzjarji jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet tal-istruttura tas-suq tal-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, bir-riżultat li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, l-intermedjarji tar-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, jew bħala intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(40) |
Peress li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri konsegwentement ikunu jistgħu jagħżlu li jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tali entitajiet li jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom. |
(41) |
Bl-istess mod, sabiex dan ir-Regolament jiġi allinjat mal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), huwa wkoll xieraq li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik id-Direttiva li jitħallew jipprovdu servizzi ta’ investiment mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/65/UE jeskludi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva entitajiet li jikkwalifikaw bħala entitajiet finanzjarji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bħal, depożitorji ċentrali tat-titoli, impriżi ta’ investiment kollettiv jew impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Jenħtieġ li l- esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik id-Direttiva ma tinkludix dawk id-depożitorji ċentrali tat-titoli, l-impriżi ta’ investiment kollettiv jew l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. |
(42) |
Skont il-liġi tal-Unjoni speċifika għas-settur, xi entitajiet finanzjarji huma soġġetti għal rekwiżiti jew eżenzjonijiet eħfef għal raġunijiet assoċjati mad-daqs tagħhom jew mas-servizzi li jipprovdu. Dik il-kategorija ta’ entitajiet finanzjarji tinkludi ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, istituzzjonijiet żgħar għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva mill-Istat Membru kkonċernat u joperaw skemi ta’ pensjoni li b’kollox ma għandhomx total ta’ aktar minn 100 membru, kif ukoll istituzzjonijiet eżentati skont id-Direttiva 2013/36/UE. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u biex jiġi ppreservat l-ispirtu tal-liġi tal-Unjoni speċifika għas-settur, huwa xieraq ukoll li dawk l-entitajiet finanzjarji jiġu soġġetti għal qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT skont dan ir-Regolament. Il-karattru proporzjonat tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT li jkopri dawk l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li ma jinbidilx mill-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-ASE. Barra minn hekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE eżentati f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi dawk l-atti legali tal-Unjoni jiġu soġġetti għal qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT skont dan ir-Regolament, filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li ma ġewx eżentati f’konformità mal-liġi nazzjonali rispettiva tagħhom li tittrasponi l-liġi settorjali tal-Unjoni jenħtieġ li jikkonformaw mal-qafas ġenerali stabbilit minn dan ir-Regolament. |
(43) |
Bl-istess mod, l-entitajiet finanzjarji li jikkwalifikaw bħala mikrointrapriżi jew li huma soġġetti għall-qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa li jistabbilixxu rwol ta’ monitoraġġ tal-arranġamenti tagħhom konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT; jew li jaħtru membru tal-maniġment superjuri biex ikun responsabbli għas-sorveljanza tal-esponiment għar-riskju relatat u d-dokumentazzjoni rilevanti; li jassenjaw ir-responsabbiltà għall-ġestjoni u s-sorveljanza tar-riskju tal-ICT għal funzjoni ta’ kontroll u jiżguraw livell xieraq ta’ indipendenza ta’ tali funzjoni ta’ kontroll sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess; li jiddokumentaw u jirrieżaminaw mill-inqas darba fis-sena l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT; li jissoġġettaw għall-awditu intern fuq bażi regolari l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT; li jwettqu valutazzjonijiet fil-fond wara bidliet kbar fl-infrastrutturi u l-proċessi tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom; li jwettqu analiżijiet tar-riskju b’mod regolari fuq sistemi tal-ICT li jkunu diġà ntirtu; li jissoġġettaw l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Rispons u Rkupru għall-ICT għal reviżjonijiet tal-awditu intern indipendenti; li jkollhom funzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, li jespandu l-ittestjar tal-kontinwità tan-negozju u tal-pjanijiet ta’ rispons u rkupru biex jaqbdu xenarji ta’ kommutazzjoni bejn l-infrastruttura primarja tal-ICT u l-faċilitajiet żejda; li jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, stima tal-kostijiet u t-telf annwali aggregati kkawżati minn inċidenti kbar relatati mal-ICT, li jinżammu l-kapaċitajiet żejda tal-ICT; li jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-bidliet implimentati wara r-rieżamijiet tal-inċidenti relatati mal-ICT; li jimmonitorjaw fuq bażi kontinwa l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti, li jistabbilixxu programm komprensiv tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala parti integrali mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT previst f’dan ir-Regolament, jew li jadottaw u jirrieżaminaw regolarment strateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-mikrointrapriżi jintalbu jivvalutaw il-ħtieġa li jżommu tali kapaċitajiet żejda tal-ICT abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom biss. Jenħtieġ li l-mikrointrapriżi jibbenefikaw minn reġim aktar flessibbli fir-rigward tal-programmi tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali. Meta jitqiesu t-tip u l-frekwenza tal-ittestjar li għandu jitwettaq, jenħtieġ li dawn jibbilanċjaw b’mod xieraq l-objettiv li tinżamm reżiljenza operazzjonali diġitali għolja mar-riżorsi disponibbli u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom. Jenħtieġ li l-mikrointrapriżi u l-entitajiet finanzjarji soġġetti għall-qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT skont dan ir-Regolament jiġu eżentati mir-rekwiżit li jwettqu ttestjar avvanzat ta’ għodod, sistemi u proċessi tal-ICT ibbażati fuq l-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid (TLPT), peress li huma biss entitajiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu tali ttestjar. Fid-dawl tal-kapaċitajiet limitati tagħhom, jenħtieġ li l-mikrointrapriżi jkunu jistgħu jaqblu mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jiddelegaw id-drittijiet ta’ aċċess, spezzjoni u awditu tal-entità finanzjarja lil parti terza indipendenti, li għandha tinħatar mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, dment li l-entità finanzjarja tkun tista’ titlob, fi kwalunkwe ħin, l-informazzjoni u l-assigurazzjoni rilevanti kollha dwar il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mill-parti terza indipendenti rispettiva. |
(44) |
Billi huma biss dawk l-entitajiet finanzjarji identifikati għall-finijiet tal-ittestjar avvanzat tar-reżiljenza diġitali li jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu testijiet tal-penetrazzjoni mmexxija mit-theddid, il-proċessi amministrattivi u l-kostijiet finanzjarji li jinvolvi t-twettiq ta’ tali testijiet jenħtieġ li jiġġarrbu minn persentaġġ żgħir ta’ entitajiet finanzjarji. |
(45) |
Sabiex jiġu żgurati allinjament sħiħ u konsistenza ġenerali bejn l-istrateġiji tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji, minn naħa waħda, u t-twettiq tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, min-naħa l-oħra, il-korpi maniġerjali tal-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa jżommu rwol kruċjali u attiv fit-tmexxija u l-adattament tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT u l-istrateġija ġenerali tar-reżiljenza operazzjonali diġitali. L-approċċ li jrid jittieħed mill-korpi maniġerjali ma għandux jiffoka biss fuq il-mezzi biex tiġi żgurata r-reżiljenza tas-sistemi tal-ICT, iżda jenħtieġ li jkopri wkoll in-nies u l-proċessi permezz ta’ sett ta’ politiki li jikkultivaw, f’kull livell korporattiv, u għall-membri tal-persunal kollha, sens qawwi ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ċibernetiċi u impenn li tiġi osservata iġjene ċibernetika stretta fil-livelli kollha. Ir-responsabbiltà aħħarija tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT ta’ entità finanzjarja għandha tkun prinċipju ġenerali ta’ dak l-approċċ komprensiv, li jkompli jissarraf fl-involviment kontinwu tal-korp maniġerjali fil-kontroll tal-monitoraġġ tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT. |
(46) |
Barra minn hekk, il-prinċipju tar-responsabbiltà sħiħa u aħħarija tal-korp maniġerjali għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja jmur id f’id mal-ħtieġa li jiġi żgurat livell ta’ investimenti relatati mal-ICT u baġit ġenerali għall-entità finanzjarja li jippermettu lill-entità finanzjarja tikseb livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali. |
(47) |
Ispirat mill-aħjar prattiki, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u approċċi rilevanti nazzjonali, internazzjonali u stabbiliti mill-industrija għall-ġestjoni tar-riskju ċibernetiku, dan ir-Regolament jippromwovi sett ta’ prinċipji li jiffaċilitaw l-istruttura kumplessiva tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT. Konsegwentement, sakemm il-kapaċitajiet ewlenin li jistabbilixxu l-entitajiet finanzjarji jindirizzaw id-diversi funzjonijiet fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT (l-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-prevenzjoni, l-individwazzjoni, ir-rispons u l-irkupru, it-tagħlim u l-evoluzzjoni u l-komunikazzjoni) stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jibqgħu liberi li jużaw mudelli ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT li huma inkwadrati jew kategorizzati b’mod differenti. |
(48) |
Sabiex iżommu l-pass ma’ xenarju tat-theddid ċibernetiku li qed jevolvi, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jżommu sistemi tal-ICT aġġornati li jkunu affidabbli u kapaċi mhux biss li jiggarantixxu l-ipproċessar tad-data meħtieġa għas-servizzi tagħhom, iżda wkoll li jiżguraw reżiljenza teknoloġika suffiċjenti biex ikunu jistgħu jittrattaw b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ pproċessar addizzjonali minħabba kundizzjonijiet tas-suq taħt stress jew sitwazzjonijiet avversi oħra. |
(49) |
Huma meħtieġa pjanijiet effiċjenti ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru biex jippermettu lill-entitajiet finanzjarji jsolvu minnufih u malajr inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari attakki ċibernetiċi, billi jillimitaw id-dannu u jagħtu prijorità lit-tkomplija tal-attivitajiet u tal-azzjonijiet ta’ rkupru f’konformità mal-politiki ta’ riżerva tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li tali tkomplija bl-ebda mod ma tipperikola l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni jew id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data. |
(50) |
Filwaqt li dan ir-Regolament jippermetti lill-entitajiet finanzjarji jiddeterminaw il-ħin ta’ rkupru u l-objettivi tal-punt ta’ rkupru tagħhom b’mod flessibbli u b’hekk jistabbilixxu tali objettivi billi jqisu bis-sħiħ in-natura u l-kritikalità tal-funzjonijiet rilevanti u kwalunkwe ħtieġa kummerċjali speċifika, jenħtieġ li r-Regolament madankollu jeżiġi li huma jwettqu valutazzjoni tal-impatt ġenerali potenzjali fuq l-effiċjenza tas-suq meta jiġu ddeterminati tali objettivi. |
(51) |
Il-propagaturi ta’ attakki ċibernetiċi għandhom it-tendenza li jsegwu gwadanji finanzjarji direttament fis-sors, u b’hekk jesponu lill-entitajiet finanzjarji għal konsegwenzi sinifikanti. Sabiex jiġi evitat li s-sistemi tal-ICT jitilfu l-integrità jew ma jibqgħux disponibbli, u b’hekk jiġi evitat ksur tad-data u ħsara lill-infrastruttura fiżika tal-ICT, ir-rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jittejjeb u jiġi ssimplifikat b’mod sinifikanti. Jenħtieġ li r-rappurtar tal-inċidenti relatati mal-ICT jiġi armonizzat permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit għall-entitajiet finanzjarji kollha biex jirrappurtaw direttament lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom. Meta entità finanzjarja tkun soġġetta għal superviżjoni minn aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità kompetenti waħda bħala d-destinatarju ta’ tali rappurtar. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (19) jenħtieġ li jissottomettu tali rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, li jenħtieġ li sussegwentement jittrażmettu r-rapport lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(52) |
Jenħtieġ li r-rappurtar dirett jippermetti lis-superviżuri finanzjarji jkollhom aċċess immedjat għall-informazzjoni dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT. Min-naħa tagħhom, is-superviżuri finanzjarji jenħtieġ li jgħaddu d-dettalji ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT lill-awtoritajiet pubbliċi mhux finanzjarji (bħall-awtoritajiet kompetenti u punti uniċi ta’ kuntatt maħtura skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal inċidenti kbar relatati mal-ICT ta’ natura kriminali sabiex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni ta’ tali awtoritajiet dwar inċidenti bħal dawn u, fil-każ tas-CSIRTs, biex tiġi ffaċilitata l-assistenza fil-pront li tista’ tingħata lill-entitajiet finanzjarji, kif xieraq. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw li l-entitajiet finanzjarji nfushom jipprovdu tali informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi barra mill-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dawk il-flussi ta’ informazzjoni jenħtieġ li jippermettu lill-entitajiet finanzjarji jibbenefikaw malajr minn kwalunkwe input tekniku rilevanti, parir dwar rimedji, u segwitu sussegwenti minn tali awtoritajiet. L-informazzjoni dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT jenħtieġ li tingħata b’mod reċiproku: jenħtieġ li s-superviżuri finanzjarji jipprovdu l-feedback jew il-gwida kollha meħtieġa lill-entità finanzjarja, filwaqt li jenħtieġ li l-ASE jikkondividu data anonimizzata dwar it-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet relatati ma’ inċident, ħalli tingħata għajnuna lid-difiża kollettiva usa’. |
(53) |
Filwaqt li l-entitajiet finanzjarji kollha jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu rappurtar tal-inċidenti, dak ir-rekwiżit mhuwiex mistenni li jaffettwahom kollha bl-istess mod. Tabilħaqq, il-limiti ta’ materjalità rilevanti, kif ukoll l-iskedi ta’ żmien għar-rappurtar, għandhom jiġu aġġustati kif xieraq, fil-kuntest ta’ atti delegati bbażati fuq l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-ASE, bil-ħsieb li jiġu koperti biss inċidenti kbar relatati mal-ICT. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-entitajiet finanzjarji meta jiġu stabbiliti l-iskedi ta’ żmien għall-obbligi ta’ rappurtar. |
(54) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jirrappurtaw l-inċidenti operazzjonali jew ta’ sigurtà kollha relatati mal-pagamenti – li qabel kienu rrappurtati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 – irrispettivament min-natura tal-ICT tal-inċident. |
(55) |
Jenħtieġ li l-ASE jkunu nkarigati li jivvalutaw il-fattibbiltà u l-kundizzjonijiet għal ċentralizzazzjoni possibbli tar-rapporti ta’ inċidenti relatati mal-ICT fil-livell tal-Unjoni. Tali ċentralizzazzjoni tista’ tikkonsisti f’Ċentru uniku tal-UE għar-rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT li jew jirċievi direttament rapporti rilevanti u jinnotifika awtomatikament lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jew sempliċiment li jiċċentralizza r-rapporti rilevanti mibgħuta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u b’hekk jissodisfa rwol ta’ koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-ASE jingħataw il-kompitu li jħejju, f’konsultazzjoni mal-BĊE u l-ENISA, rapport konġunt li jesplora l-fattibbiltà li jiġi stabbilit Ċentru uniku tal-UE. |
(56) |
Sabiex jinkiseb livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali, u f’konformità kemm mal-istandards internazzjonali rilevanti (eż. l-Elementi Fundamentali tal-G7 għall-Ittestjar tal-Penetrazzjoni Bbażat fuq it-Theddid) kif ukoll mal-oqfsa applikati fl-Unjoni, bħat-TIBER-EU, l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jittestjaw regolarment is-sistemi tal-ICT tagħhom u l-persunal tagħhom li jkollu responsabbiltajiet relatati mal-ICT fir-rigward tal-effettività tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ prevenzjoni, individwazzjoni, rispons u rkupru, biex jikxfu u jindirizzaw vulnerabbiltajiet potenzjali tal-ICT. Sabiex jiġu riflessi d-differenzi li jeżistu bejn, u fi ħdan, id-diversi subsetturi finanzjarji fir-rigward tal-livell ta’ tħejjija taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet finanzjarji, jenħtieġ li l-ittestjar jinkludi varjetà wiesgħa ta’ għodod u azzjonijiet, li jvarjaw mill-valutazzjoni tar-rekwiżiti bażiċi (eż. valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u skennjar, analiżijiet b’sors miftuħ, valutazzjonijiet tas-sigurtà tan-netwerk, analiżijiet tan-nuqqasijiet, rieżamijiet tas-sigurtà fiżika, kwestjonarji u soluzzjonijiet tas-software tal-iskennjar, rieżamijiet tal-kodiċi tas-sors fejn fattibbli, testijiet ibbażati fuq xenarji, ittestjar tal-kompatibbiltà, ittestjar tal-prestazzjoni jew ittestjar minn tarf sa tarf) sa ttestjar aktar avvanzat permezz tat-TLPT. Tali ttestjar avvanzat jenħtieġ li jkun meħtieġ biss għall-entitajiet finanzjarji li huma maturi biżżejjed minn perspettiva tal-ICT biex iwettquh b’mod raġonevoli. B’hekk, jenħtieġ li l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali meħtieġ minn dan ir-Regolament ikun aktar esiġenti għal dawk l-entitajiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament (pereżempju, istituzzjonijiet ta’ kreditu, boroż, depożitarji ċentrali tat-titoli u kontropartijiet ċentrali kbar, sistemiċi u maturi f’termini ta’ ICT) milli għal entitajiet finanzjarji oħra. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali permezz ta’ TLPT ikun aktar rilevanti għal entitajiet finanzjarji li joperaw f’subsetturi ta’ servizzi finanzjarji ewlenin u li jkollhom rwol sistemiku (pereżempju, pagamenti, operazzjonijiet bankarji, u ikklerjar u saldu), u inqas rilevanti għal subsetturi oħrajn (pereżempju, maniġers tal-assi u aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu). |
(57) |
L-entitajiet finanzjarji involuti f’attivitajiet transfruntiera u li jeżerċitaw il-libertajiet tal-istabbiliment, jew tal-forniment ta’ servizzi fl-Unjoni, jenħtieġ li jikkonformaw ma’ sett uniku ta’ rekwiżiti ta’ ttestjar avvanzat (jiġifieri TLPT) fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom, li jenħtieġ li jinkludu l-infrastrutturi tal-ICT fil-ġuriżdizzjonijiet kollha fejn il-grupp finanzjarju transfruntier jopera fl-Unjoni, biex b’hekk tali gruppi finanzjarji transfruntiera jkunu jistgħu jġarrbu kostijiet tal-ittestjar tal-ICT relatati f’ġuriżdizzjoni waħda biss. |
(58) |
Sabiex isir użu mill-għarfien espert diġà miksub minn ċerti awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas TIBER-UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jaħtru awtorità pubblika unika bħala responsabbli fis-settur finanzjarju, fil-livell nazzjonali, għall-kwistjonijiet kollha tat-TLPT, jew awtoritajiet kompetenti, biex jiddelegaw, fin-nuqqas ta’ tali ħatra, l-eżerċizzju ta’ kompiti relatati mat-TLPT lil awtorità nazzjonali kompetenti finanzjarja oħra. |
(59) |
Peress li dan ir-Regolament ma jirrikjedix li l-entitajiet finanzjarji jkopru l-funzjonijiet kritiċi jew importanti kollha f’test wieħed tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid, l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu liberi li jiddeterminaw liema u kemm funzjonijiet kritiċi jew importanti jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali test. |
(60) |
L-ittestjar aggregat skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament – li jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ diversi entitajiet finanzjarji f’TLPT u li għalih fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jidħol direttament f’arranġamenti kuntrattwali ma’ tester estern – jenħtieġ li jkun permess biss meta l-kwalità jew is-sigurtà tas-servizzi mogħtija mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lil klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew meta l-kunfidenzjalità tad-data relatata ma’ tali servizzi, ikunu raġonevolment mistennija li jiġu affettwati ħażin. L-ittestjar aggregat jenħtieġ li jkun soġġett ukoll għal salvagwardji (direzzjoni minn entità finanzjarja maħtura waħda, kalibrazzjoni tal-għadd ta’ entitajiet finanzjarji parteċipanti) biex jiġi żgurat eżerċizzju ta’ ttestjar rigoruż għall-entitajiet finanzjarji involuti li jissodisfaw l-objettivi tat-TLPT skont dan ir-Regolament. |
(61) |
Sabiex jittieħed vantaġġ mir-riżorsi interni disponibbli fil-livell korporattiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-użu ta’ testers interni għall-finijiet tat-twettiq tat-TLPT, dment li jkun hemm approvazzjoni superviżorja, l-ebda kunflitt ta’ interess, u alternanza perjodika tal-użu ta’ testers interni u esterni (kull tliet testijiet), filwaqt li jirrikjedi wkoll li l-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid fit-TLPT ikun dejjem estern għall-entità finanzjarja. Ir-responsabbiltà għat-twettiq tat-TLPT jenħtieġ li tibqa’ kompletament f’idejn l-entità finanzjarja. L-attestazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu biss għall-fini ta’ rikonoxximent reċiproku u jenħtieġ li ma jipprekludu l-ebda azzjoni ta’ segwitu meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-ICT li għalih tkun esposta l-entità finanzjarja, u jenħtieġ li lanqas ma jitqiesu bħala approvazzjoni superviżorja tal-kapaċitajiet ta’ ġestjoni u mitigazzjoni tar-riskju tal-ICT ta’ entità finanzjarja. |
(62) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ sod tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-settur finanzjarju, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sett ta’ regoli bbażati fuq il-prinċipji biex jiggwidaw lill-entitajiet finanzjarji meta jimmonitorjaw ir-riskju li jirriżulta fil-kuntest tal-funzjonijiet esternalizzati lil fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, b’mod partikolari għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, kif ukoll b’mod aktar ġenerali fil-kuntest tad-dipendenzi kollha fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. |
(63) |
Sabiex tiġi indirizzata l-kumplessità tad-diversi sorsi ta’ riskju tal-ICT, filwaqt li jitqiesu l-għadd kbir u d-diversità ta’ fornituri ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi li jippermettu l-forniment bla xkiel ta’ servizzi finanzjarji, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri firxa wiesgħa ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inkluż fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing, software, servizzi ta’ analiżi tad-data u fornituri ta’ servizzi ta’ ċentri tad-data. Bl-istess mod, peress li l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jidentifikaw u jiġġestixxu b’mod effettiv u koerenti t-tipi kollha ta’ riskju, inkluż fil-kuntest ta’ servizzi tal-ICT akkwistati fi grupp finanzjarju, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-impriżi li huma parti minn grupp finanzjarju u li jipprovdu servizzi tal-ICT b’mod predominanti lill-impriża prinċipali tagħhom, jew lil sussidjarji jew fergħat tal-impriża prinċipali tagħhom, kif ukoll entitajiet finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji oħra, jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT skont dan ir-Regolament. Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-fatt li s-suq tas-servizzi ta’ pagament li qed jevolvi qed isir dejjem aktar dipendenti fuq soluzzjonijiet tekniċi kumplessi, u fid-dawl tat-tipi emerġenti ta’ servizzi ta’ pagament u soluzzjonijiet relatati mal-pagamenti, jenħtieġ li l-parteċipanti fl-ekosistema tas-servizzi ta’ pagament, li jipprovdu attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti, jew li joperaw infrastrutturi ta’ pagament, jitqiesu wkoll bħala fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT skont dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-banek ċentrali meta joperaw sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti jew ta’ titoli, u tal-awtoritajiet pubbliċi meta jipprovdu servizzi relatati mal-ICT fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjonijiet tal-Istat. |
(64) |
Entità finanzjarja jenħtieġ li f’kull ħin tibqa’ kompletament responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji japplikaw approċċ proporzjonat għall-monitoraġġ tar-riskji li jinħolqu fil-livell tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT billi jitqiesu debitament in-natura, l-iskala, il-kumplessità u l-importanza tad-dipendenzi relatati mal-ICT tagħhom, il-kritikalità jew l-importanza tas-servizzi, tal-proċessi jew tal-funzjonijiet soġġetti għall-arranġamenti kuntrattwali u, fl-aħħar mill-aħħar, abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa ta’ kwalunkwe impatt potenzjali fuq il-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi finanzjarji fil-livell individwali u fil-livell ta’ grupp, kif xieraq. |
(65) |
Jenħtieġ li t-twettiq ta’ tali monitoraġġ isegwi approċċ strateġiku għar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi formalizzat permezz tal-adozzjoni mill-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja ta’ strateġija tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi iddedikata, imsejsa fi skrinjar kontinwu tad-dipendenzi kollha fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Sabiex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni superviżorja tad-dipendenzi fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u bil-ħsieb li tkompli tiġi appoġġjata l-ħidma fil-kuntest tal-Qafas ta’ Sorveljanza stabbilit minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji kollha jkunu meħtieġa jżommu reġistru tal-informazzjoni bl-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Is-superviżuri finanzjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu r-reġistru sħiħ, jew jitolbu taqsimiet speċifiċi tiegħu, u b’hekk jiksbu informazzjoni essenzjali biex jiksbu fehim usa’ tad-dipendenzi tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji. |
(66) |
Analiżi bir-reqqa ta’ qabel l-ikkuntrattar jenħtieġ li tirfed u tippreċedi l-konklużjoni formali tal-arranġamenti kuntrattwali, b’mod partikolari billi tiffoka fuq elementi bħall-kritikalità jew l-importanza tas-servizzi appoġġjati mill-kuntratt tal-ICT previst, l-approvazzjonijiet superviżorji meħtieġa jew kondizzjonijiet oħra, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni possibbli involut, kif ukoll l-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-proċess tal-għażla u l-valutazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u l-valutazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Għal arranġamenti kuntrattwali li jikkonċernaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jqisu l-użu mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tal-aktar standards għolja u aġġornati fis-sigurtà tal-informazzjoni. It-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali tista’ tiġi kkawżata mill-inqas minn serje ta’ ċirkostanzi li juru nuqqasijiet fil-livell tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, b’mod partikolari ksur sinifikanti tal-liġijiet jew tat-termini kuntrattwali, ċirkostanzi li jiżvelaw alterazzjoni potenzjali tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet previsti fl-arranġamenti kuntrattwali, evidenza ta’ dgħufijiet tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-ġestjoni kumplessiva tiegħu tar-riskju tal-ICT, jew ċirkostanzi li jindikaw l-inabbiltà tal-awtorità kompetenti rilevanti li tissorvelja b’mod effettiv l-entità finanzjarja. |
(67) |
Sabiex jiġi indirizzat l-impatt sistemiku tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ servizzi tal-ICT minn partijiet terzi, dan ir-Regolament jippromwovi soluzzjoni bbilanċjata billi jieħu approċċ flessibbli u gradwali għal tali riskju ta’ konċentrazzjoni peress li l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitu riġidu jew limitazzjoni stretta tista’ tfixkel it-twettiq tan-negozju u trażżan il-libertà kuntrattwali. Jenħtieġ li l-entitajiet finanzjarji jivvalutaw bir-reqqa l-arranġamenti kuntrattwali previsti tagħhom biex jidentifikaw il-probabbiltà li jinħoloq tali riskju, inkluż permezz ta’ analiżi fil-fond tal-arranġamenti ta’ subkuntrattar, b’mod partikolari meta jiġu konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz. F’dan l-istadju, u bl-għan li jintlaħaq bilanċ ġust bejn l-imperattiv tal-preservazzjoni tal-libertà kuntrattwali u dak li tiġi ggarantita l-istabbiltà finanzjarja, mhuwiex meqjus xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar limiti massimi u limiti stretti għall-esponiment tal-partijiet terzi tal-ICT. Fil-kuntest tal-Qafas ta’ Sorveljanza, Sorveljant Ewlieni maħtur skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li, fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, jagħti attenzjoni partikolari biex jifhem bis-sħiħ id-daqs tal-interdipendenzi, jiskopri każijiet speċifiċi fejn grad għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fl-Unjoni x’aktarx li jpoġġi pressjoni fuq l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u jkollu djalogu ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fejn jiġi identifikat dak ir-riskju speċifiku. |
(68) |
Sabiex tiġi evalwata u mmonitorjata fuq bażi regolari l-kapaċità ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi servizzi b’mod sigur lil entità finanzjarja mingħajr effetti negattivi fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali ta’ entità finanzjarja, jenħtieġ li jiġu armonizzati diversi elementi kuntrattwali ewlenin ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Tali armonizzazzjoni jenħtieġ li tkopri oqsma minimi li huma kruċjali biex jippermettu monitoraġġ sħiħ mill-entità finanzjarja tar-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, mill-perspettiva tal-ħtieġa ta’ entità finanzjarja li tiżgura r-reżiljenza diġitali tagħha minħabba li hija dipendenti ħafna fuq l-istabbiltà, il-funzjonalità, id-disponibbiltà u s-sigurtà tas-servizzi tal-ICT riċevuti. |
(69) |
Meta jinnegozjaw mill-ġdid l-arranġamenti kuntrattwali biex ifittxu allinjament mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet finanzjarji u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jiżguraw il-kopertura tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali ewlenin kif previst f’dan ir-Regolament. |
(70) |
Id-definizzjoni ta’ “funzjoni kritika jew importanti” prevista f’dan ir-Regolament tinkludi l-“funzjonijiet kritiċi” kif definiti fil-punt (35) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Għaldaqstant, il-funzjonijiet meqjusa bħala kritiċi skont id-Direttiva 2014/59/UE huma inklużi fid-definizzjoni tal-funzjonijiet kritiċi skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. |
(71) |
Irrispettivament mill-kritikalità jew l-importanza tal-funzjoni appoġġjata mis-servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-arranġamenti kuntrattwali, b’mod partikolari, jipprevedu speċifikazzjoni tad-deskrizzjonijiet sħaħ tal-funzjonijiet u s-servizzi, tal-postijiet fejn jiġu pprovduti tali funzjonijiet u fejn għandha tiġi pproċessata d-data, kif ukoll indikazzjoni ta’ deskrizzjonijiet tal-livell ta’ servizz. Elementi essenzjali oħra biex jippermettu l-monitoraġġ minn entità finanzjarja tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi huma: dispożizzjonijiet kuntrattwali li jispeċifikaw kif l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà, l-integrità, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data personali huma żgurati mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-garanziji rilevanti li jippermettu l-aċċess, l-irkupru u r-ritorn tad-data fil-każ ta’ insolvenza, riżoluzzjoni jew waqfien tal-operazzjonijiet tan-negozju tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi assistenza f’każ ta’ inċidenti tal-ICT b’rabta mas-servizzi pprovduti, mingħajr ebda kost addizzjonali jew bi spiża ddeterminata ex ante; dispożizzjonijiet dwar l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-entità finanzjarja; u dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ terminazzjoni u l-perjodi minimi ta’ avviż relatati għat-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali, f’konformità mal-aspettattivi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. |
(72) |
Minbarra tali dispożizzjonijiet kuntrattwali, u bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-entitajiet finanzjarji jibqgħu f’kontroll sħiħ tal-iżviluppi kollha li jseħħu fil-livell ta’ parti terza li jistgħu jfixklu s-sigurtà tal-ICT tagħhom, il-kuntratti għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jenħtieġ li jipprevedu wkoll dan li ġej: l-ispeċifikazzjoni tad-deskrizzjonijiet sħaħ tal-livell ta’ servizz, b’miri ta’ prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi preċiżi, biex mingħajr dewmien żejjed ikunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa meta l-livelli ta’ servizz miftiehma ma jintlaħqux; il-perjodi ta’ notifika u l-obbligi ta’ rappurtar rilevanti tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-każ ta’ żviluppi b’impatt materjali potenzjali fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi b’mod effettiv is-servizzi tal-ICT rispettivi tiegħu; rekwiżit għall-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jimplimenta u jittestja pjanijiet ta’ kontinġenza tan-negozju u jkollu miżuri, għodod u politiki ta’ sigurtà tal-ICT li jippermettu l-forniment sigur ta’ servizzi, u li jipparteċipa u jikkoopera bis-sħiħ fit-TLPT imwettaq mill-entità finanzjarja. |
(73) |
Jenħtieġ li kuntratti għall-għoti ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jkun fihom ukoll dispożizzjonijiet li jippermettu d-drittijiet ta’ aċċess, spezzjoni u awditu mill-entità finanzjarja, jew minn parti terza maħtura, u d-dritt li jittieħdu kopji bħala strumenti kruċjali fil-monitoraġġ kontinwu min-naħa tal-entitajiet finanzjarji tal-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, flimkien mal-kooperazzjoni sħiħa tal-fornitur tas-servizzi matul l-ispezzjonijiet. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-entità finanzjarja jkollha d-dritt, ibbażat fuq avviżi, biex tispezzjona u tawditja l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, soġġett għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. |
(74) |
Tali arranġamenti kuntrattwali jenħtieġ li jipprevedu wkoll strateġiji ta’ ħruġ iddedikati biex jippermettu, b’mod partikolari, perjodi ta’ tranżizzjoni obbligatorji li matulhom il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkomplu jipprovdu s-servizzi rilevanti bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil fil-livell tal-entità finanzjarja, jew biex din tal-aħħar tkun tista’ taqleb b’mod effettiv għall-użu ta’ fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT jew, alternattivament, biex tibdel għal soluzzjonijiet interni, konsistenti mal-kumplessità tas-servizz tal-ICT ipprovdut. Barra minn hekk, l-entitajiet finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE jenħtieġ li jiżguraw li l-kuntratti rilevanti għas-servizzi tal-ICT ikunu robusti u infurzabbli bis-sħiħ fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ dawk l-entitajiet finanzjarji. Għalhekk, f’konformità mal-aspettattivi tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, dawk l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jiżguraw li l-kuntratti rilevanti għas-servizzi tal-ICT ikunu reżiljenti għar-riżoluzzjoni. Sakemm dawn ikomplu jissodisfaw l-obbligi ta’ pagament tagħhom, dawk l-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jiżguraw, fost rekwiżiti oħra, li l-kuntratti rilevanti għas-servizzi tal-ICT ikun fihom klawsoli għal nuqqas ta’ terminazzjoni, nuqqas ta’ sospensjoni u nuqqas ta’ modifika għal raġunijiet ta’ ristrutturar jew riżoluzzjoni. |
(75) |
Barra minn hekk, l-użu volontarju ta’ klawsoli kuntrattwali standard żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-użu ta’ klawsoli kuntrattwali żviluppati mill-Kummissjoni għas-servizzi tal-cloud computing jista’ jipprovdi aktar kumdità lill-entitajiet finanzjarji u lill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, billi jsaħħaħ il-livell tagħhom ta’ ċertezza legali fir-rigward tal-użu tas-servizzi tal-cloud computing fis-settur finanzjarju, f’allinjament sħiħ mar-rekwiżiti u l-aspettattivi stabbiliti mil-dritt tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. L-iżvilupp ta’ klawsoli kuntrattwali standard jibni fuq il-miżuri diġà previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-FinTech tal-2018, li ħabbar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ klawsoli kuntrattwali standard għall-użu tal-esternalizzazzjoni tas-servizzi ta’ cloud computing minn entitajiet finanzjarji, billi tibbaża fuq l-isforzi tal-partijiet ikkonċernati tas-servizzi ta’ cloud computing transsettorjali, li l-Kummissjoni ffaċilitat bl-għajnuna tal-involviment tas-settur finanzjarju. |
(76) |
Bil-ħsieb li jiġu promossi l-konverġenza u l-effiċjenza fir-rigward tal-approċċi superviżorji meta jiġi indirizzat ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-settur finanzjarju, kif ukoll biex tissaħħaħ ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għal provvista ta’ -servizzi tal-ICT li jappoġġjaw il-forniment ta’ servizzi finanzjarji, u b’hekk jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-integrità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jkunu soġġetti għal Qafas ta’ Sorveljanza tal-Unjoni. Filwaqt li l-istabbiliment tal-Qafas ta’ Sorveljanza huwa ġġustifikat mill-valur miżjud tat-teħid ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni u minħabba r-rwol inerenti u l-ispeċifiċitajiet tal-użu tas-servizzi tal-ICT fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji, jenħtieġ li jiġi mfakkar fl-istess ħin li din is-soluzzjoni tidher xierqa biss fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament li jittratta speċifikament ir-reżiljenza operazzjonali diġitali fis-settur finanzjarju. Madankollu, tali Qafas ta’ Sorveljanza jenħtieġ li ma jitqiesx bħala mudell ġdid għas-superviżjoni tal-Unjoni fl-oqsma l-oħra tas-servizzi u l-attivitajiet finanzjarji. |
(77) |
Il-Qafas ta’ Sorveljanza jenħtieġ li japplika biss għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Għalhekk, jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta’ deżinjazzjoni li jqis id-dimensjoni u n-natura tad-dipendenza tas-settur finanzjarju fuq tali fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jinvolvi sett ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi biex jiġu stabbiliti l-parametri tal-kritikalità bħala bażi għall-inklużjoni fil-Qafas ta’ Sorveljanza. Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni ta’ dik il-valutazzjoni, u irrispettivament mill-istruttura korporattiva tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li tali kriterji, fil-każ ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jkun parti minn grupp usa’, iqisu l-istruttura kollha tal-grupp tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT. Minn naħa waħda, fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, li mhumiex deżinjati awtomatikament bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jipparteċipaw fil-Qafas ta’ Sorveljanza fuq bażi volontarja, min-naħa l-oħra, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, li diġà huma soġġetti għal oqfsa ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza li jappoġġjaw it-twettiq tal-kompiti tas- Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 127(2) TFUE, jenħtieġ li jiġu eżentati. |
(78) |
Bl-istess mod, l-entitajiet finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji oħra, filwaqt li jappartjenu għall-kategorija ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll mill-Qafas ta’ Sorveljanza peress li huma diġà soġġetti għal mekkaniżmi superviżorji stabbiliti mil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu, fil-kuntest tal-attivitajiet superviżorji tagħhom, ir-riskju tal-ICT maħluq għall-entitajiet finanzjarji mill-entitajiet finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-ICT. Bl-istess mod, minħabba l-mekkaniżmi eżistenti ta’ monitoraġġ tar-riskju fil-livell tal-grupp, jenħtieġ li tiġi introdotta l-istess eżenzjoni għall-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jfornu servizzi b’mod predominanti lill-entitajiet tal-grupp tagħhom stess. Il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT fi Stat Membru wieħed biss lil entitajiet finanzjarji li huma attivi biss f’dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu eżentati wkoll mill-mekkaniżmu ta’ deżinjazzjoni minħabba l-attivitajiet limitati tagħhom u n-nuqqas ta’ impatt transfruntier. |
(79) |
It-trasformazzjoni diġitali esperjenzata fis-servizzi finanzjarji ġabet livell bla preċedent ta’ użu tas-servizzi tal-ICT, u dipendenza fuqhom. Peress li sar inkonċepibbli li jiġu pprovduti servizzi finanzjarji mingħajr l-użu ta’ servizzi tal-cloud computing, soluzzjonijiet ta’ software u servizzi relatati mad-data, l-ekosistema finanzjarja tal-Unjoni saret intrinsikament kodipendenti fuq ċerti servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri tas-servizzi tal-ICT. Xi wħud minn dawk il-fornituri, l-innovaturi fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji bbażati fuq l-ICT, jaqdu rwol sinifikanti fl-għoti ta’ servizzi finanzjarji, jew saru integrati fil-katina tal-valur tas-servizzi finanzjarji. Għalhekk saru kritiċi għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Din id-dipendenza mifruxa fuq is-servizzi pprovduti minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, flimkien mal-interdipendenza tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ diversi operaturi tas-suq, toħloq riskju dirett, u potenzjalment serju, għas-sistema tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni u għall-kontinwità tal-għoti tas-servizzi finanzjarji jekk fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT kellhom jiġu affettwati minn tfixkil operazzjonali jew inċidenti ċibernetiċi kbar. L-inċidenti ċibernetiċi għandhom kapaċità distintiva li jimmultiplikaw u jxerrdu fis-sistema finanzjarja kollha b’pass konsiderevolment aktar mgħaġġel minn tipi oħra ta’ riskji mmonitorjati fis-settur finanzjarju u jistgħu jestendu bejn is-setturi u lil hinn mill-fruntieri ġeografiċi. Huma għandhom il-potenzjal li jevolvu fi kriżi sistemika, fejn il-fiduċja fis-sistema finanzjarja tkun tnaqqret minħabba t-tfixkil tal-funzjonijiet li jappoġġjaw l-ekonomija reali, jew minħabba telf finanzjarju sostanzjali, li jilħaq livell li s-sistema finanzjarja ma tkunx kapaċi tiflaħ għalih, jew li jirrikjedi l-użu ta’ miżuri ta’ assorbiment ta’ xokkijiet kbar. Sabiex jiġi evitat li jseħħu dawn ix-xenarji u b’hekk jiġu pperikolati l-istabbiltà u l-integrità finanzjarja tal-Unjoni, huwa essenzjali li tiġi pprovduta l-konverġenza tal-prattiki superviżorji relatati mar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fil-finanzjament, b’mod partikolari permezz ta’ regoli ġodda li jippermettu s-sorveljanza tal-Unjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. |
(80) |
Il-Qafas ta’ Sorveljanza jiddependi ħafna fuq il-grad ta’ kollaborazzjoni bejn is-Sorveljant Ewlieni u l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi lill-entitajiet finanzjarji servizzi li jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi finanzjarji. Is-sorveljanza b’suċċess hija bbażata, fost l-oħrajn, fuq il-kapaċità tas-Sorveljant Ewlieni li jwettaq b’mod effettiv missjonijiet u spezzjonijiet ta’ monitoraġġ biex jivvaluta r-regoli, il-kontrolli u l-proċessi użati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll biex jivvaluta l-impatt kumulattiv potenzjali tal-attivitajiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-sistema finanzjarja. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT isegwu r-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni u jindirizzaw it-tħassib tiegħu. Peress li nuqqas ta’ kooperazzjoni minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi servizzi li jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi finanzjarji, bħar-rifjut li jingħata aċċess għall-bini tiegħu jew li jippreżenta informazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar iċaħħad lis-Sorveljant Ewlieni mill-għodod essenzjali tiegħu fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT, u jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-sistema finanzjarja, huwa meħtieġ li jiġi previst ukoll reġim ta’ sanzjonar proporzjonat. |
(81) |
F’dan l-isfond, il-ħtieġa tas-Sorveljant Ewlieni li jimponi pagamenti ta’ penali biex iġiegħel lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza u dawk relatati mal-aċċess stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tiġix ipperikolata minn diffikultajiet imqajma mill-infurzar ta’ dawk il-pagamenti ta’ penali fir-rigward ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiżi terzi. Sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà ta’ tali penali, u biex tkun tista’ ssir introduzzjoni rapida ta’ proċeduri li jirrispettaw id-drittijiet tad-difiża tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ deżinjazzjoni u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li dawk il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, li jipprovdu lill-entitajiet finanzjarji servizzi li jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi finanzjarji, ikunu meħtieġa jżommu preżenza kummerċjali adegwata fl-Unjoni. Minħabba n-natura tas-sorveljanza, u n-nuqqas ta’ arranġamenti komparabbli f’ġuriżdizzjonijiet oħra, ma hemm l-ebda mekkaniżmu alternattiv xieraq li jiżgura dan l-objettiv permezz ta’ kooperazzjoni effettiva mas-superviżuri finanzjarji f’pajjiżi terzi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-impatt tar-riskji operazzjonali diġitali ppreżentati minn fornituri terzi sistemiċi ta’ servizzi tal-ICT, li jikkwalifikaw bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiżi terzi. Għalhekk, sabiex ikompli jipprovdi is-servizzi tiegħu tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni, fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz li jkun ġie ddeżinjat bħala kritiku f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jwettaq, fi żmien 12-il xahar minn tali deżinjazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżgura l-inkorporazzjoni tiegħu fl-Unjoni, permezz tal-istabbiliment ta’ sussidjarja, kif definit fl-acquis kollu tal-Unjoni, jiġifieri fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). |
(82) |
Ir-rekwiżit li tiġi stabbilita sussidjarja fl-Unjoni jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT milli jipprovdi servizzi tal-ICT u appoġġ tekniku relatat minn faċilitajiet u infrastruttura li jinsabu barra mill-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jimponix obbligu ta’ lokalizzazzjoni tad-data peress li ma jirrikjedix li l-ħżin jew l-ipproċessar tad-data jsir fl-Unjoni. |
(83) |
Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tal-ICT minn kwalunkwe post fid-dinja, mhux neċessarjament jew mhux biss minn bini li jinsab fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ sorveljanza l-ewwel jitwettqu f’bini li jinsab fl-Unjoni u billi jinteraġixxu ma’ entitajiet li jinsabu fl-Unjoni, inkluż s-sussidjarji stabbiliti minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont dan ir-Regolament. Madankollu, tali azzjonijiet fl-Unjoni jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jippermettu lis-Sorveljant Ewlieni jwettaq bis-sħiħ u b’mod effettiv id-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jkun jista’ jeżerċita s-setgħat ta’ sorveljanza rilevanti tiegħu f’pajjiżi terzi. L-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat f’pajjiżi terzi jenħtieġ li jippermetti lis-Sorveljant Ewlieni jeżamina l-faċilitajiet li minnhom is-servizzi tal-ICT jew servizzi ta’ appoġġ tekniku huma fil-fatt ipprovduti jew ġestiti mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, u, jenħtieġ li jagħti lis-Sorveljant Ewlieni fehim komprensiv u operazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT. Il-possibbiltà għas-Sorveljant Ewlieni, bħala aġenzija tal-Unjoni, li jeżerċita setgħat barra mit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ li tkun inkwadrata kif xieraq minn kondizzjonijiet rilevanti, b’mod partikolari l-kunsens tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernat. Bl-istess mod, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz jenħtieġ li jiġu infurmati dwar l-eżerċizzju fit-territorju tagħhom stess tal-attivitajiet tas-Sorveljant Ewlieni u ma joġġezzjonawx għalih. Madankollu, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, tali setgħat jeħtieġ li jkunu ankrati bis-sħiħ ukoll fil-konklużjoni ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jippermetti lill-ASE jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, li altrimenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
(84) |
Biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mas-Sorveljant Ewlieni u biex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata, il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li huma parti minn grupp jenħtieġ li jaħtru persuna ġuridika waħda bħala l-punt ta’ koordinazzjoni tagħhom. |
(85) |
Il-Qafas ta’ Sorveljanza jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex iwettqu missjonijiet ta’ sorveljanza jew monitoraġġ tagħhom stess fir-rigward ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li mhumiex deżinjati bħala kritiċi skont dan ir-Regolament, iżda li huma meqjusa bħala importanti fil-livell nazzjonali. |
(86) |
Sabiex tiġi sfruttata l-arkitettura istituzzjonali b’diversi livelli fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-Kumitat Konġunt tal-ASE jkompli jiżgura koordinazzjoni transsettorjali ġenerali fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jappartjenu għar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-kompiti tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li jkun appoġġjat minn Sottokumitat ġdid (il-Forum ta’ Sorveljanza) li jwettaq ħidma preparatorja kemm għad-deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll għall-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet kollettivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni komparattiva tal-programmi ta’ sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT. |
(87) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ikunu sorveljati b’mod xieraq u effettiv fil-livell tal-Unjoni, dan ir-Regolament jipprevedi li kwalunkwe waħda mit-tliet ASE tista’ tinħatar bħala Sorveljant Ewlieni. L-assenjazzjoni individwali ta’ fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT lil waħda mit-tliet ASE jenħtieġ li tirriżulta minn valutazzjoni tal-preponderanza tal-entitajiet finanzjarji li joperaw fis-setturi finanzjarji li għalihom dik l-ASE għandha responsabbiltajiet. Dan l-approċċ jenħtieġ li jwassal għal allokazzjoni bbilanċjata tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn it-tliet ASE, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza, u jenħtieġ li jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani u mill-għarfien espert tekniku disponibbli f’kull waħda mit-tliet ASE. |
(88) |
Jenħtieġ li s-Sorveljanti Ewlenin jingħataw is-setgħat meħtieġa biex iwettqu investigazzjonijiet, biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post fil-bini u fil-postijiet ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT u biex jiksbu informazzjoni kompluta u aġġornata. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jippermettu lis-Sorveljant Ewlieni jikseb għarfien reali dwar it-tip, id-dimensjoni u l-impatt tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi għall-entitajiet finanzjarji u fl-aħħar mill-aħħar għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Li l-ASE jiġu fdati bir-rwol tas-sorveljanza ewlenija huwa prerekwiżit biex tinftiehem sewwa u tiġi indirizzata d-dimensjoni sistemika tar-riskju tal-ICT fil-finanzi. L-impatt ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fuq is-settur finanzjarju tal-Unjoni u l-kwistjonijiet potenzjali kkawżati mir-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT involut jitolbu li jittieħed approċċ kollettiv fil-livell tal-Unjoni. It-twettiq simultanju ta’ diversi awditi u t-trattament ta’ talbiet għal drittijiet ta’ aċċess, imwettqa separatament minn għadd kbir ta’ awtoritajiet kompetenti, bi ftit jew l-ebda koordinazzjoni bejniethom, jipprevjeni lis-superviżuri finanzjarji milli jiksbu ħarsa ġenerali kompleta u komprensiva tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fl-Unjoni, filwaqt li joħloq ukoll xogħol żejjed, piż u kumplessità għall-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jekk dawn jiġu soġġetti għal diversi talbiet ta’ monitoraġġ u spezzjoni. |
(89) |
Minħabba l-impatt sinifikanti tad-deżinjazzjoni bħala kritiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li d-drittijiet ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jiġu rrispettati fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Sorveljanza. Qabel ma jiġu ddeżinjati bħala kritiċi, tali fornituri jenħtieġ li, pereżempju, jkollhom id-dritt li jippreżentaw lis-Sorveljant Ewlieni dikjarazzjoni motivata li jkun fiha kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni relatata mad-deżinjazzjoni tagħhom. Peress li s-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li jingħata s-setgħa li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ riskju tal-ICT u rimedji xierqa għalihom, inkluż is-setgħa li jopponi ċerti arranġamenti kuntrattwali li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw l-istabbiltà tal-entità finanzjarja jew tas-sistema finanzjarja, il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jingħataw ukoll l-opportunità li jipprovdu, qabel il-finalizzazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet, spjegazzjonijiet dwar l-impatt mistenni tas-soluzzjonijiet, previsti fir-rakkomandazzjonijiet fuq il-klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jifformulaw soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji. Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet jenħtieġ lijippreżentaw spjegazzjoni motivata tal-intenzjoni tagħhom li ma japprovawx ir-rakkomandazzjoni. Fejn tali spjegazzjoni motivata ma tiġix preżentata jew fejn tiġi meqjusa insuffiċjenti, is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li joħroġ avviż pubbliku li jiddeskrivi fil-qosor il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ konformità. |
(90) |
L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinkludu kif xieraq il-kompitu li jivverifikaw il-konformità sostantiva mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Sorveljant Ewlieni fil-funzjonijiet tagħhom fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet finanzjarji jieħdu miżuri addizzjonali biex jindirizzaw ir-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni, u jenħtieġ li, fi żmien debitu, joħorġu notifiki għal dak il-għan. Meta s-Sorveljant Ewlieni jindirizza rakkomandazzjonijiet lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li huma ssorveljati skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, fuq bażi volontarja, u qabel ma jadottaw miżuri addizzjonali, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti skont dik id-Direttiva sabiex irawmu approċċ ikkoordinat biex jittratta l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT inkwistjoni. |
(91) |
L-eżerċizzju tas-sorveljanza għandu jkun iggwidat minn tliet prinċipji operazzjonali li jfittxu li jiżguraw: (a) koordinazzjoni mill-qrib fost l-ASE fir-rwoli tas-Sorveljant Ewlieni tagħhom, permezz ta’ netwerk konġunt ta’ sorveljanza (JON), (b) konsistenza mal-qafas stabbilit mid-Direttiva (UE) 2022/2555 (permezz ta’ konsultazzjoni volontarja tal-korpi taħt dik id-Direttiva biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ miżuri diretti lejn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT), u (c) l-applikazzjoni ta’ diliġenza biex jiġi minimizzat ir-riskju potenzjali ta’ tfixkil għas-servizzi pprovduti mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT lil klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(92) |
Jenħtieġ li l-Qafas ta’ Sorveljanza ma jissostitwix, jew bl-ebda mod jew għal xi parti jissostitwixxi, ir-rekwiżit għall-entitajiet finanzjarji li jiġġestixxu huma stess ir-riskji involuti fl-użu ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inkluż l-obbligu tagħhom li jżommu monitoraġġ kontinwu tal-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Bl-istess mod, il-Qafas ta’ Sorveljanza jenħtieġ li ma jaffettwax ir-responsabbiltà sħiħa tal-entitajiet finanzjarji għall-konformità mal-obbligi legali kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-liġi rilevanti dwar is-servizzi finanzjarji u għall-kwittanza tagħhom. |
(93) |
Sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet u sovrapożizzjonijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu lura milli jieħdu individwalment kwalunkwe miżura mmirata lejn il-monitoraġġ tar-riskji tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT u jenħtieġ li, f’dak ir-rigward, jiddependu fuq il-valutazzjoni tas-Sorveljant Ewlieni rilevanti. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura fi kwalunkwe każ tiġi kkoordinata u maqbula minn qabel mas-Sorveljant Ewlieni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompiti fil-Qafas ta’ Sorveljanza. |
(94) |
Sabiex tiġi promossa l-konverġenza fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-użu tal-aħjar prattiki fir-rieżami u l-monitoraġġ tal-ġestjoni tar-riskju diġitali tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-ASE jiġu mħeġġa jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u regolatorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi. |
(95) |
Sabiex jiġu sfruttati l-kompetenzi speċifiċi, il-ħiliet tekniċi u l-għarfien espert tal-persunal li jispeċjalizza fir-riskju operazzjonali u tal-ICT fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, it-tliet ASE u, fuq bażi volontarja, l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li jibbaża fuq il-kapaċitajiet superviżorji u l-għarfien nazzjonali u jistabbilixxi timijiet ta’ eżaminazzjoni ddedikati għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, li jiġbru flimkien timijiet multidixxiplinari b’appoġġ għat-tħejjija u t-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza, inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet ġenerali ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll għal kwalunkwe segwitu meħtieġ għalihom. |
(96) |
Filwaqt li l-kostijiet li jirriżultaw minn kompiti ta’ sorveljanza jkunu ffinanzjati kompletament minn tariffi imposti fuq fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, l-ASE, madankollu, x’aktarx li jġarrbu, qabel il-bidu tal-Qafas ta’ Sorveljanza, kostijiet għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-ICT iddedikati li jappoġġjaw is-sorveljanza mistennija, peress li jkun meħtieġ li jiġu żviluppati u implimentati minn qabel sistemi tal-ICT iddedikati. Dan ir-Regolament għalhekk jipprevedi mudell ta’ finanzjament ibridu, fejn il-Qafas ta’ Sorveljanza, bħala tali, ikun iffinanzjat kompletament mit-tariffi, filwaqt li l-iżvilupp tas-sistemi tal-ICT tal-ASE jiġi ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. |
(97) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjonar kollha meħtieġa biex jiżguraw l-eżerċizzju xieraq tad-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Fil-prinċipju, jenħtieġ li jippubblikaw avviżi dwar il-penali amministrattivi li jimponu. Peress li l-entitajiet finanzjarji u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jiġu stabbiliti fi Stati Membri differenti u ssorveljati minn awtoritajiet kompetenti differenti, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi ffaċilitata, minn naħa, permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi kkonferiti lilu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ konsultazzjoni mal-ASE permezz tal-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u l-għoti ta’ assistenza fil-kuntest ta’ attivitajiet superviżorji rilevanti. |
(98) |
Sabiex il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jiġu kkwantifikati u kkwalifikati aktar bħala kritiċi u biex jiġu armonizzati t-tariffi tas-sorveljanza, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-impatt sistemiku li falliment jew qtugħ operazzjonali ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jkollu fuq l-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi servizzi tal-ICT, l-għadd ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs), jew istituzzjonijiet oħra sistemikament importanti (O-SIIs), li jiddependu fuq il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT inkwistjoni, l-għadd ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT attivi f’suq partikolari, il-kostijiet tal-migrazzjoni tad-data u t-tagħbijiet ta’ xogħol tal-ICT għal fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll l-ammont tat-tariffi ta’ sorveljanza u l-mod li bih għandhom jitħallsu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (22). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(99) |
L-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fir-rwoli tagħhom bħala korpi mogħnija b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, l-ASE jenħtieġ li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, ir-rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, l-ittestjar, kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti ewlenin għal monitoraġġ tajjeb tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. Il-Kummissjoni u l-ASE jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-entitajiet finanzjarji kollha b’mod li jkun proporzjonat għad-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tagħhom, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. |
(100) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tar-rapporti dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT u inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà kbar relatati mal-pagamenti, kif ukoll biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali għall-użu ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-ASE jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli, formoli u proċeduri standardizzati għall-entitajiet finanzjarji biex jirrappurtaw inċident kbir relatat mal-ICT u inċident operazzjonali jew tas-sigurtà kbir relatat mal-pagamenti, kif ukoll mudelli standardizzati għar-reġistru tal-informazzjoni. Meta jiżviluppaw dawk l-istandards, l-ASE jenħtieġ li jqisu wkoll id-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. |
(101) |
Peress li diġà ġew speċifikati aktar rekwiżiti permezz ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 (23), (UE) Nru 648/2012 (24), (UE) Nru 600/2014 (25) u (UE) Nru 909/2014 (26) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa xieraq li l-ASE jingħataw mandat, individwalment jew b’mod konġunt permezz tal-Kumitat Konġunt, biex jissottomettu standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jittrasferixxu u jaġġornaw ir-regoli eżistenti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT. |
(102) |
Billi dan ir-Regolament, flimkien mad-Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), jinvolvi konsolidazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT f’diversi regolamenti u direttivi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż ir-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, u r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), sabiex tiġi żgurata konsistenza sħiħa, dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jiġu emendati biex jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet applikabbli relatati mar-riskju tal-ICT huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(103) |
Konsegwentement, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-artikoli rilevanti relatati mar-riskju operazzjonali, li abbażi tagħhom is-setgħat stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014, u (UE) 2016/1011 kienu taw mandat għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jitnaqqas bil-ħsieb li jiġu riportati f’dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet kollha li jkopru l-aspetti tar-reżiljenza operazzjonali diġitali li llum huma parti minn dawk ir-Regolamenti. |
(104) |
Ir-riskju ċibernetiku sistemiku potenzjali assoċjat mal-użu tal-infrastrutturi tal-ICT li jippermettu t-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament u l-forniment ta’ attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti jenħtieġ li jiġu indirizzati kif xieraq fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ regoli armonizzati dwar ir-reżiljenza diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta malajr il-ħtieġa għal rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament filwaqt li tallinja tali rieżami mal-eżitu tar-rieżami komprensiv previst skont id-Direttiva (UE) 2015/2366. L-għadd kbir ta’ attakki fuq skala kbira matul dawn l-aħħar għaxar snin juru kif is-sistemi ta’ pagament saru esposti għal theddid ċibernetiku. Imqiegħda fil-qalba tal-katina tas-servizzi ta’ pagament u filwaqt li juru interkonnessjonijiet b’saħħithom mas-sistema finanzjarja ġenerali, is-sistemi ta’ pagament u l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti kisbu sinifikat kritiku għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni. L-attakki ċibernetiċi fuq sistemi bħal dawn jistgħu jikkawżaw tfixkil operazzjonali serju fin-negozju b’riperkussjonijiet diretti fuq funzjonijiet ekonomiċi ewlenin, bħall-faċilitazzjoni tal-pagamenti, u effetti indiretti fuq proċessi ekonomiċi relatati. Sakemm jiġu stabbiliti reġim armonizzat u s-superviżjoni tal-operaturi tas-sistemi ta’ pagament u tal-entitajiet ta’ pproċessar fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu, bil-ħsieb li japplikaw prattiki tas-suq simili, jieħdu ispirazzjoni mir-rekwiżiti tar-reżiljenza operazzjonali diġitali stabbiliti minn dan ir-Regolament, meta japplikaw regoli għall-operaturi ta’ sistemi ta’ pagament u għall-entitajiet ta’ pproċessar taħt is-superviżjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tagħhom stess. |
(105) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jinkiseb livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji regolati, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ diversi regoli differenti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(106) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u ta l-opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Mejju 2021 (30), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
1. Sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġjaw il-proċessi tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji kif ġej:
(a) |
ir-rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet finanzjarji b’rabta ma’:
|
(b) |
ir-rekwiżiti fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u l-entitajiet finanzjarji; |
(c) |
ir-regoli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-Qafas ta’ Sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT meta jipprovdu servizzi lil entitajiet finanzjarji; |
(d) |
ir-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u r-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament. |
2. B’rabta mal-entitajiet finanzjarji identifikati bħala entitajiet essenzjali jew importanti skont ir-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, dan ir-Regolament għandu jitqies bħala att legali tal-Unjoni speċifiku għas-settur għall-finijiet tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.
3. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri rigward il-funzjonijiet essenzjali tal-Istat li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża u s-sigurtà nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:
(a) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu; |
(b) |
istituzzjonijiet ta’ pagament, inkluż istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(c) |
fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet; |
(d) |
istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inkluż istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE; |
(e) |
ditti ta’ investiment; |
(f) |
fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif awtorizzati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fil-kriptoassi, u r-Regolamenti emendatorji (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (‘ir-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi’) u l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi; |
(g) |
depożitorji ċentrali tat-titoli; |
(h) |
kontropartijiet ċentrali; |
(i) |
ċentri ta’ negozjar; |
(j) |
repożitorju tat-tranżazzjonijiet; |
(k) |
maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi; |
(l) |
kumpaniji maniġerjali; |
(m) |
fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data; |
(n) |
impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni; |
(o) |
intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari; |
(p) |
istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali; |
(q) |
aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu; |
(r) |
amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika; |
(s) |
fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv; |
(t) |
repożitorji tat-titolizzazzjoni; |
(u) |
fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (t), għandhom kollettivament jissejħu “entitajiet finanzjarji”.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a) |
maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE; |
(b) |
l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(c) |
istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li joperaw skemi ta’ pensjoni li flimkien ma għandhomx aktar minn 15-il membru b’kollox; |
(d) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi eżentati skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(e) |
intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li huma intrapriżi mikro, jew intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju; |
(f) |
istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro kif imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punt (3), tad-Direttiva 2013/36/UE. |
4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE li jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom. Fejn Stat Membru jagħmel użu minn tali għażla, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha jew mezzi oħra faċilment aċċessibbli.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“reżiljenza operazzjonali diġitali” tfisser il-kapaċità ta’ entità finanzjarja li tibni, tiggarantixxi u tirrieżamina l-integrità operazzjonali u l-affidabbiltà tagħha billi tiżgura, direttament jew indirettament permezz tal-użu ta’ servizzi pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, il-firxa sħiħa ta’ kapaċitajiet relatati mal-ICT meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li tuża entità finanzjarja, u li jsostnu l-forniment kontinwu ta’ servizzi finanzjarji u l-kwalità tagħhom, inkluż matul it-tfixkil; |
(2) |
“netwerk u sistema tal-informazzjoni” tfisser netwerk u sistema tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, punt 1, tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(3) |
“sistema tal-ICT miruta” tfisser sistema tal-ICT li tkun laħqet tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha (tmiem tal-ħajja), li ma tkunx adattata għal titjib jew tiswija, għal raġunijiet teknoloġiċi jew kummerċjali, jew li ma tkunx għadha appoġġjata mill-fornitur tagħha jew minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, iżda li tkun għadha qed tintuża u tappoġġja l-funzjonijiet tal-entità finanzjarja; |
(4) |
“sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni” tfisser is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, punt 2, tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(5) |
“riskju tal-ICT” tfisser kwalunkwe ċirkostanza identifikabbli b’mod raġonevoli fir-rigward tal-użu tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni li, jekk isseħħ, tista’ tikkomprometti s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, ta’ kwalunkwe għodda jew proċess dipendenti mit-teknoloġija, ta’ operazzjonijiet u proċessi, jew tal-forniment ta’ servizzi billi tipproduċi effetti negattivi fl-ambjent diġitali jew fiżiku; |
(6) |
“assi ta’ informazzjoni” tfisser ġabra ta’ informazzjoni, tanġibbli jew intanġibbli, li timmerita protezzjoni; |
(7) |
“assi tal-ICT” tfisser assi ta’ software jew hardware fin-netwerk u fis-sistemi tal-informazzjoni użati mill-entità finanzjarja; |
(8) |
“inċident relatat mal-ICT” tfisser avveniment wieħed jew sensiela ta’ avvenimenti relatati ma’ xulxin mhux ippjanati mill-entità finanzjarja li jikkompromettu s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, u li jkollhom impatt negattiv fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data, jew fuq is-servizzi pprovduti mill-entità finanzjarja; |
(9) |
“inċident operazzjonali jew tas-sigurtà relatat ma’ pagamenti” tfisser avveniment wieħed jew sensiela ta’ avvenimenti relatati mhux ippjanati mill-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), kemm jekk relatati mal-ICT kif ukoll jekk le, li jkollhom impatt negattiv fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta’ data relatata ma’ pagamenti, jew fuq is-servizzi pprovduti mill-entità finanzjarja; |
(10) |
“inċident kbir relatat mal-ICT” tfisser inċident relatat mal-ICT li għandu impatt avvers għoli fuq in-netwerk u s-sistemi tal-informazzjoni li jsostnu funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja; |
(11) |
“inċident operazzjonali jew tas-sigurtà kbir relatat ma’ pagamenti” tfisser inċident operazzjonali jew tas-sigurtà relatat mal-ħlas li għandu impatt avvers għoli fuq is-servizzi pprovduti relatati ma’ pagamenti; |
(12) |
“theddida ċibernetika” tfisser “theddida ċibernetika” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/881; |
(13) |
“theddida ċibernetika sinifikanti” tfisser theddida ċibernetika li l-karatteristiċi tekniċi tagħha jindikaw li jista’ jkollha l-potenzjal li tirriżulta f’inċident kbir relatat mal-ICT jew inċident operazzjonali jew tas-sigurtà kbir relatat ma’ pagamenti; |
(14) |
“attakk ċibernetiku” tfisser inċident malizzjuż relatat mal-ICT ikkawżat minn tentattiv imwettaq minn kwalunkwe attur ta’ theddid biex jeqred, jesponi, ibiddel, jiddiżattiva, jisraq jew jikseb aċċess mhux awtorizzat għal assi, jew jagħmel użu mhux awtorizzat minnu; |
(15) |
“intelligence dwar it-theddid” tfisser informazzjoni li tkun ġiet aggregata, ittrasformata, analizzata, interpretata jew arrikkita biex tipprovdi l-kuntest meħtieġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet u li tippermetti fehim rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi mitigat l-impatt ta’ inċident relatat mal-ICT jew ta’ theddida ċibernetika, inkluż id-dettalji tekniċi tal-attakk ċibernetiku, dawk responsabbli għall-attakk u l-modus operandi u l-motivazzjonijiet tagħhom; |
(16) |
“vulnerabbiltà” tfisser dgħufija, suxxettibbiltà jew difett ta’ assi, sistema, proċess jew kontroll li jistgħu jiġu sfruttati; |
(17) |
“ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid (TLPT)” tfisser qafas li jimita t-tattiki, it-tekniki u l-proċeduri ta’ atturi ta’ theddid fil-ħajja reali perċepiti bħala li jippreżentaw theddida ċibernetika ġenwina, u li jwettaq test ikkontrollat, personalizzat u mmexxi mill-intelligence (it-tim l-aħmar) tas-sistemi kritiċi ta’ produzzjoni waqt l-operat tal-entità finanzjarja; |
(18) |
“riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi” tfisser riskju tal-ICT li jista’ jinħoloq għal entità finanzjarja b’rabta mal-użu minnha ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew minn sottokuntratturi ta’ dawn tal-aħħar, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni; |
(19) |
“fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT” tfisser impriża li tipprovdi servizzi tal-ICT; |
(20) |
“fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT” tfisser impriża li tagħmel parti minn grupp finanzjarju u li fil-biċċa l-kbira tipprovdi servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-istess grupp jew lil entitajiet finanzjarji li jagħmlu parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, inkluż lill-impriżi, lis-sussidjarji u lill-fergħat omm tagħhom jew entitajiet oħra li huma taħt sjieda jew kontroll komuni; |
(21) |
“servizzi tal-ICT” tfisser servizzi diġitali u tad-data pprovduti permezz ta’ sistemi tal-ICT lil utenti interni jew esterni, wieħed jew aktar, fuq bażi kontinwa, inkluż hardware bħala servizz u servizzi ta’ hardware li jinkludi l-forniment ta’ appoġġ tekniku permezz ta’ aġġornamenti tas-software jew tal-firmware mill-fornitur tal-hardware, esklużi s-servizzi telefoniċi analogi tradizzjonali; |
(22) |
“funzjoni kritika jew importanti” tfisser funzjoni li t-tfikxil tagħha xxekkel materjalment il-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità finanzjarja, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi u tal-attivitajiet tagħha, jew funzjoni li jekk il-prestazzjoni tagħha titwaqqaf, tkun difettuża jew tfalli xxekkel materjalment il-konformità kontinwa ta’ entità finanzjarja mal-kondizzjonijiet u l-obbligi tal-awtorizzazzjoni tagħha, jew mal-obbligi l-oħra tagħha skont il-liġi applikabbli dwar is-servizzi finanzjarji; |
(23) |
“fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT” tfisser fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT iddeżinjat bħala kritiku skont l-Artikolu 31; |
(24) |
“fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz” tfisser fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jkun persuna ġuridika stabbilita f’pajjiż terz u li tkun daħlet f’arranġament kuntrattwali ma’ entità finanzjarja għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT; |
(25) |
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (10), u tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE; |
(26) |
“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE; |
(27) |
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (9), u tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE; |
(28) |
“sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz” tfisser sottokuntrattur tal-ICT li jkun persuna ġuridika stabbilita f’pajjiż terz u li tkun daħlet f’arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz; |
(29) |
“riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT” tfisser esponiment għal fornituri terzi kritiċi, individwali jew multipli relatati, ta’ servizzi tal-ICT liema esponiment joħloq livell ta’ dipendenza fuq tali fornituri b’mod li l-indisponibbiltà, il-falliment jew xorta oħra ta’ nuqqas ta’ fornitur bħal dan jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-kapaċità ta’ entità finanzjarja milli twettaq funzjonijiet kritiċi jew importanti, jew iwasslu biex iġġarrab tipi oħra ta’ effetti negattivi, inkluż telf kbir, jew li l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi titqiegħed fil-periklu; |
(30) |
“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (36), tad-Direttiva 2014/65/UE, fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 2(1), il-punt (s), tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), fl-Artikolu 2(1), il-punt (45), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, fl-Artikolu 3(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2016/1011 u fid-dispożizzjoni rilevanti “tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi” jew il-persuni ekwivalenti li effettivament imexxu l-entità jew jaqdu funzjonijiet prinċipali skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali; |
(31) |
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32); |
(32) |
“istituzzjoni ta’ kreditu eżentata skont id-Direttiva 2013/36/UE” tfisser entita’ kif imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(33) |
“ditta tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(34) |
“ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa” tfisser ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33); |
(35) |
“istituzzjoni ta’ pagament” tfisser istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(36) |
“istituzzjoni ta’ pagament eżentata skont id-Direttiva (UE) 2015/2366” tfisser istituzzjoni ta’ pagament eżentata skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(37) |
“fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(38) |
“istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
(39) |
“istituzzjoni tal-flus elettroniċi eżentata skont id-Direttiva 2009/110/KE” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi li tibbenefika minn eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE; |
(40) |
“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
(41) |
“repożitorju tat-tranżazzjonijiet” tfisser repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
(42) |
“depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014; |
(43) |
“ċentru ta’ negozjar” tfisser ċentru ta’ negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE; |
(44) |
“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE; |
(45) |
“kumpanija maniġerjali” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(46) |
“fornitur ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punti (34) sa (36) tiegħu; |
(47) |
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(48) |
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(49) |
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34); |
(50) |
“intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2016/97; |
(51) |
“intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser intermedjarju tar-riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2016/97; |
(52) |
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definita fl-Artikolu 6, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/2341; |
(53) |
“istituzzjoni żgħira għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li topera skemi ta’ pensjoni li flimkien għandhom total ta’ inqas minn 100 membru; |
(54) |
“aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu” tfisser aġenzija li tiggrada l-kreditu kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; |
(55) |
“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi kif definit fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi; |
(56) |
“emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi” tfisser emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif definit fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi; |
(57) |
“amministratur ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika” tfisser amministratur ta’ “parametri referenzjarji ta’ importanza kritika” kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
(58) |
“fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35); |
(59) |
“repożitorju tat-titolizzazzjoni” tfisser repożitorju tat-titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36); |
(60) |
“mikrointrapriża” tfisser entità finanzjarja, għajr ċentru tan-negozjar, kontroparti ċentrali, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew depożitorju ċentrali tat-titoli, li timpjega inqas minn 10 persuni u li għandha fatturat annwali u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 2 miljun; |
(61) |
Sorveljant Ewlieni tfisser l-Awtorità Superviżorja Ewropea maħtura skont l-Artikolu 31(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament; |
(62) |
“Kumitat Konġunt” tfisser il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010; |
(63) |
“intrapriża żgħira” tfisser entità finanzjarja li timpjega 10 persuni jew aktar, iżda inqas minn 50 persuna, u li għandha fatturat annwali u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li jaqbeż EUR 2 miljuni, iżda li ma jaqbiżx EUR 10 miljun; |
(64) |
“intrapriża ta’ daqs medju” tfisser entità finanzjarja li mhijiex intrapriża żgħira u li timpjega inqas minn 250 persuna u li għandha fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun u/jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx EUR 43 miljun; |
(65) |
“awtorità pubblika” tfisser kwalunkwe gvern jew entità oħra tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-banek ċentrali nazzjonali. |
Artikolu 4
Prinċipju tal-proporzjonalità
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, waqt li jqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tagħhom, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom.
2. Barra minn hekk, l-applikazzjoni mill-entitajiet finanzjarji tal-Kapitoli III, IV u V, Taqsima I, għandha tkun proporzjonali għad-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tagħhom, u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom, kif previst speċifikament fir-regoli rilevanti ta’ dawk il-Kapitoli.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità mill-entitajiet finanzjarji meta jirrieżaminaw il-konsistenza tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT abbażi tar-rapporti ppreżentati fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 16(2).
KAPITOLU II
Ġestjoni tar-riskju tal-ICT
Artikolu 5
Governanza u organizzazzjoni
1. L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ qafas intern ta’ governanza u kontroll li jiżgura l-ġestjoni effettiva u prudenti tar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-Artikolu 6(4), sabiex jinkiseb livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali.
2. Il-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandu jiddefinixxi, japprova, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kollha relatati mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp maniġerjali għandu:
(a) |
jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT tal-entità finanzjarja; |
(b) |
jistabbilixxi politiki li għandhom l-għan li jiżguraw iż-żamma ta’ standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità u kunfidenzjalità tad-data; |
(c) |
jistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-funzjonijiet kollha marbuta mal-ICT u jistabbilixxi arranġamenti xierqa ta’ governanza sabiex jiżgura l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi u f’waqthom fost dawk il-funzjonijiet; |
(d) |
jerfa’ r-responsabbiltà globali għall-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmija fl-Artikolu 6(8), inkluż id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ tolleranza għar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 6(8), il-punt (b); |
(e) |
japprova, jissorvelja u jirrieżamina perjodikament l-implimentazzjoni tal-politika ta’ kontinwità ta’ negozju tal-ICT tal-entità finanzjarja u tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT, imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 11(1) u (3), li jistgħu jiġu adottati bħala politika speċifika ddedikata li tifforma parti integrali mill-politika globali ta’ kontinwità ta’ negozju tal-entità finanzjarja u mill-pjan ta’ rispons u ta’ rkupru; |
(f) |
japprova u jirrieżamina perjodikament il-pjanijiet tal-entità finanzjarja tal-awditu intern tal-ICT, l-awditi tal-ICT u l-modifiki materjali għalihom; |
(g) |
jalloka u jirrevedi perjodikament il-baġit xieraq biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja fir-rigward tat-tipi kollha ta’ riżorsi, inkluż programmi rilevanti ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 13(6), u ħiliet fl-ICT għall-persunal kollu; |
(h) |
japprova u jirrieżamina perjodikament il-politika tal-entità finanzjarja dwar l-arranġamenti rigward l-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT; |
(i) |
jistabbilixxi, fil-livell korporattiv, kanali ta’ rapportar li permezz tagħhom jiġi infurmat kif xieraq dwar dan li ġej:
|
3. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jistabbilixxu rwol sabiex jimmonitorjaw l-arranġamenti konklużi mal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, jew għandhom jaħtru membru tal-maniġment superjuri bħala responsabbli għas-sorveljanza tal-esponiment għar-riskju u d-dokumentazzjoni rilevanti marbuta miegħu.
4. Il-membri tal-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandhom b’mod attiv ikunu aġġornati b’għarfien u b’ħiliet biżżejjed biex jifhmu u jivvalutaw ir-riskji tal-ICT u l-impatt tiegħu fuq l-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, inkluż billi jsegwu taħriġ speċifiku fuq bażi regolari, proporzjonat għar-riskji tal-ICT li jkunu qed jiġu ġestiti.
Artikolu 6
Qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
1. L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom qafas sod, komprensiv u ddokumentat sewwa għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT bħala parti mis-sistema globali tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju, li jippermettilhom jindirizzaw ir-riskju tal-ICT malajr, b’mod effiċjenti u komprensiv, u jiżguraw livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali.
2. Il-qafas għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jinkludi tal-anqas l-istrateġiji, il-politiki, il-proċeduri, il-protokolli tal-ICT u l-għodod li huma meħtieġa biex b’mod debitu u adegwat jiġu protetti l-assi kollha ta’ informazzjoni u l-assi kollha tal-ICT, fosthom is-software tal-kompjuters, il-hardware u s-servers, kif ukoll biex jiġu protetti l-komponenti fiżiċi u l-infrastrutturi rilevanti kollha, bħall-bini, iċ-ċentri tad-data u ż-żoni kklassifikati bħala sensittivi, sabiex jiġi żgurat li l-assi kollha ta’ informazzjoni u l-assi kollha tal-ICT ikunu protetti b’mod adegwat mir-riskji inkluż il-ħsara u l-aċċess jew l-użu mhux awtorizzat.
3. F’konformità mal-qafas tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT billi jużaw strateġiji, politiki, proċeduri, protokolli tal-ICT u għodod xierqa. Huma għandhom jipprovdu informazzjoni kompleta u aġġornata dwar ir-riskju tal-ICT u dwar il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.
4. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jassenjaw ir-responsabbiltà għall-ġestjoni u s-sorveljanza ta’ riskju tal-ICT lil funzjoni ta’ kontroll u jiżguraw livell xieraq ta’ indipendenza ta’ tali funzjoni ta’ kontroll sabiex jevitaw kunflitti ta’ interess. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw segregazzjoni u indipendenza xierqa tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-funzjonijiet ta’ kontroll u tal-funzjonijiet tal-awditjar intern, skont it-tliet linji tal-mudell ta’ difiża, jew mudell intern ta’ kontroll u tal-ġestjoni tar-riskji.
5. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jiġi ddokumentat u rieżaminat mill-inqas darba fis-sena, jew perjodikament fil-każ tal-mikrointrapriżi, kif ukoll mal-okkorrenza ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u wara struzzjonijiet superviżorji jew konklużjonijiet derivati mill-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali jew il-proċessi tal-awditjar rilevanti. Huwa għandu jittejjeb kontinwament abbażi tal-lezzjonijiet meħuda mill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ. Rapport dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.
6. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandu jkun soġġett għal awditu intern minn awdituri fuq bażi regolari skont il-pjan ta’ awditu tal-entitajiet finanzjarji. Dawk l-awdituri għandu jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u għarfien espert fir-riskju tal-ICT, kif ukoll indipendenza xierqa. Il-frekwenza u l-enfasi tal-awditi tal-ICT għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja.
7. Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rieżami intern tal-awditu, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu proċess formali ta’ segwitu, inkluż regoli għall-verifika u r-rimedju f’waqthom tas-sejbiet kruċjali tal-awditu tal-ICT.
8. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jinkludi strateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali li turi kif għandu jiġi implimentat il-qafas. Għal dak l-għan, l-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali għandha tinkludi l-metodi biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-ICT u biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-ICT, billi:
(a) |
tispjega kif il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT jappoġġja l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju tal-entità finanzjarja; |
(b) |
tistabbilixxi l-livell ta’ tolleranza tar-riskju għar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskju tal-entità finanzjarja, u tiġi analizzata t-tolleranza tal-impatt għal tfixkil fl-ICT; |
(c) |
tistabbilixxi l-objettivi ċari għas-sigurtà tal-informazzjoni, inkluż indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u metriċi tar-riskju ewlenin; |
(d) |
tispjega l-arkitettura ta’ referenza tal-ICT u kwalunkwe bidla meħtieġa biex jintlaħqu objettivi speċifiċi tan-negozju; |
(e) |
tiddeskrivi l-mekkaniżmi differenti implimentati biex jindividwaw inċidenti relatati mal-ICT, jipprevjenu l-impatt tagħhom u jipprovdu protezzjoni minnu; |
(f) |
turi l-evidenza għas-sitwazzjoni attwali tar-reżiljenza operazzjonali diġitali abbażi tal-għadd ta’ inċidenti kbar marbuta mal-ICT irrappurtati u l-effikaċja tal-miżuri preventivi; |
(g) |
timplimenta l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, f’konformità mal-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament; |
(h) |
tiddeskrivi strateġija ta’ komunikazzjoni f’każ ta’ inċidenti marbuta mal-ICT li d-divulgazzjoni tagħhom hija meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14. |
9. L-entitajiet finazjarji jistgħu, fil-kuntest tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali msemmija fil-paragrafu 8, jiddefinixxu strateġija olistika tal-ICT b’diversi bejjiegħa, fil-livell ta’ grupp jew entità, waqt li juru d-dipendenzi ewlenin fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u jispjegaw ir-raġunament wara l-akkwist imħallat ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
10. L-entitajiet finanzjarji jistgħu, f’konformità mal-liġi settorjali tal-Unjoni u dik nazzjonali, jesternalizzaw il-kompiti tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT lil impriżi intragrupp jew esterni. Fil-każ ta’ tali esternalizzazzjoni, l-entità finanzjarja tibqa’ terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT.
Artikolu 7
Sistemi, protokolli u għodod tal-ICT
Sabiex jindirizzaw u jimmaniġġaw ir-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw u jżommu sistemi, protokolli u għodod tal-ICT aġġornati li huma:
(a) |
xierqa għad-daqs tal-operazzjonijiet li jappoġġjawhom fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
(b) |
affidabbli; |
(c) |
mgħammra b’kapaċità suffiċjenti biex jipproċessaw b’mod preċiż id-data meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet u l-forniment ta’ servizzi fil-ħin, u biex jittrattaw l-ogħla volumi ta’ ordnijiet, messaġġi jew tranżazzjonijiet, kif meħtieġ, inkluż fil-każ tal-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida; |
(d) |
teknoloġikament reżiljenti biex jittrattaw b’mod adegwat il-ħtiġijiet addizzjonali tal-ipproċessar tal-informazzjoni kif meħtieġ f’kundizzjonijiet ta’ stress fis-suq jew f’sitwazzjonijiet ħżiena oħra. |
Artikolu 8
Identifikazzjoni
1. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw, jikklassifikaw u jiddokumentaw b’mod adegwat il-funzjonijiet tan-negozju kollha appoġġjati mill-ICT, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT li jappoġġjaw dawk il-funzjonijiet, u r-rwoli u d-dipendenzi tagħhom fir-rigward tar-riskju tal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw kif meħtieġ, u mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza ta’ din il-klassifikazzjoni u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw, fuq bażi kontinwa, is-sorsi kollha tar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari l-esponiment għar-riskju għal u minn entitajiet finanzjarji oħra, u jivvalutaw it-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet tal-ICT rilevanti għall-funzjonijiet tan-negozju tagħhom appoġġjati mill-ICT, u għall-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena, ix-xenarji tar-riskju li jħallu impatt fuqhom.
3. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju fuq kull bidla kbira fin-netwerk u fl-infrastruttura tas-sistema ta’ informazzjoni, fil-proċessi jew fil-proċeduri li jaffettwaw il-funzjonijiet tan-negozju tagħhom appoġġjati mill-ICT, l-assi tal-informazzjoni jew l-assi tal-ICT.
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw l-assi kollha tal-informazzjoni u l-assi kollha tal-ICT, inkluż dawk fuq siti remoti, riżorsi tan-netwerk u t-tagħmir tal-hardware, u għandhom jimmappjaw dawk meqjusa kritiċi. Huma għandhom jimmappjaw il-konfigurazzjoni tal-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT u r-rabtiet u l-interdipendenzi bejn l-assi differenti tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT.
5. L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jiddokumentaw il-proċessi kollha li jiddependu fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u għandhom jidentifikaw l-interkonnessjonijiet ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 4 u 5, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu inventarji rilevanti u jaġġornawhom perjodikament u kull darba li sseħħ kwalunkwe bidla kbira kif imsemmi fil-paragrafu 3.
7. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena, iwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-ICT speċifika fuq is-sistemi tal-ICT miruta kollha u, fi kwalunkwe każ qabel u wara ma t-teknoloġiji, l-applikazzjonijiet jew is-sistemi jiġu konnessi.
Artikolu 9
Protezzjoni u prevenzjoni
1. Għall-finijiet ta’ protezzjoni adegwata tas-sistemi tal-ICT u bl-għan li jiġu organizzati miżuri ta’ rispons, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw kontinwament is-sigurtà u l-funzjonament tas-sistemi u tal-għodod tal-ICT u għandhom jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT bl-użu ta’ għodod, politiki u proċeduri xierqa tas-sigurtà tal-ICT.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu, jakkwistaw u jimplimentaw politiki, proċeduri, protokolli u għodod tas-sigurtà tal-ICT li għandhom l-għan li jiżguraw ir-reżiljenza, il-kontinwità u d-disponibbiltà tas-sistemi tal-ICT, b’mod partikolari għal dawk li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, u li jżommu standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità u kunfidenzjalità tad-data, kemm jekk tkun wieqfa, użata jew fi tranżitu.
3. Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw soluzzjonijiet u proċessi tal-ICT li huma xierqa f’konformità mal-Artikolu 4. Dawk is-soluzzjonijiet u l-proċessi tal-ICT għandhom:
(a) |
jiżguraw is-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tad-data; |
(b) |
jimminimizzaw ir-riskju ta’ korruzzjoni jew telf ta’ data, ta’ aċċess mhux awtorizzat u ta’ difetti tekniċi li jistgħu jfixklu l-attività tan-negozju; |
(c) |
jipprevjenu n-nuqqas ta’ disponibbiltà, it-tnaqqis fl-awtentiċità u fl-integrità, il-ksur ta’ kunfidenzjalità u t-telf ta’ data; |
(d) |
jiżguraw li d-data tkun protetta minn riskji li jirriżultaw mill-ġestjoni tad-data, fosthom l-amministrazzjoni ħażina, riskji relatati mal-ipproċessar u żbalji umani. |
4. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom:
(a) |
jiżviluppaw u jiddokumentaw politika tas-sigurtà tal-informazzjoni li tiddefinixxi r-regoli għall-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, l-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT, inkluż dawk tal-klijenti tagħhom, fejn applikabbli; |
(b) |
waqt li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jistabbilixxu struttura għaqlija għall-ġestjoni tan-netwerk u tal-infrastruttura bl-użu ta’ tekniki, metodi u protokolli xierqa li jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi awtomatizzati biex jiżolaw l-assi tal-informazzjoni fil-każ li jintlaqtu minn ċiberattakki; |
(c) |
jimplimentaw politiki li jillimitaw l-aċċess fiżiku jew loġiku għall-assi tal-informazzjoni u għall-assi tal-ICT għal dak li huwa meħtieġ għall-funzjonijiet u l-attivitajiet leġittimi u approvati biss, u għal dak il-għan jistabbilixxu sett ta’ politiki, proċeduri u kontrolli li jindirizzaw id-drittijiet tal-aċċess u jiżguraw l-amministrazzjoni għaqlija tagħhom; |
(d) |
jimplimentaw politiki u protokolli għal mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom, ibbażati fuq standards rilevanti u sistemi ta’ kontroll dedikati, u miżuri ta’ protezzjoni ta’ ċwievet kriptografiċi li bihom id-data tiġi kriptata abbażi tar-riżultati ta’ proċessi approvati ta’ klassifikazzjoni tad-data u ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-ICT; |
(e) |
jimplimentaw politiki, proċeduri u kontrolli dokumentati għall-ġestjoni tal-bidliet fl-ICT, inkluż bidliet fis-software, fil-hardware, fil-komponenti tal-firmware, parametri ta’ sistemi jew sigurtà, li jkunu bbażati fuq approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju u li huma parti integrali mill-proċess globali ta’ ġestjoni tat-tibdil tal-entità finanzjarja, sabiex jiżguraw li l-bidliet kollha fis-sistemi tal-ICT jiġu rreġistrati, ittestjati, ivvalutati, approvati, implimentati u vverifikati b’mod ikkontrollat; |
(f) |
ikollhom politiki dokumentati xierqa u komprensivi għal software korrettiv u ta’ aġġornament. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu l-infrastruttura tal-konnessjoni tan-netwerk b’tali mod li din tkun tista’ tinqata’ b’mod istantanju jew tiġi segmentata sabiex jimminimizzaw u jipprevjenu l-kontaġju, speċjalment tal-proċessi finanzjarji interkonnessi.
Għall-finijiet tal- ewwel subparagrafu, il-punt (e), il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil fl-ICT għandu jiġi approvat mil-livelli xierqa tal-maniġment u għandu jkollu protokolli speċifiċi stabbiliti.
Artikolu 10
Individwazzjoni
1. L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi biex jindividwaw fil-pront attivitajiet anomali, skont l-Artikolu 17, inkluż kwistjonijiet ta’ prestazzjoni tan-netwerk tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, u biex jidentifikaw il-punti uniċi materjali potenzjali ta’ falliment.
Il-mekkaniżmi ta’ individwazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ttestjati regolarment f’konformità mal-Artikolu 25.
2. Il-mekkaniżmi ta’ individwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu diversi saffi ta’ kontroll, jiddefinixxu l-limiti ta’ twissija u l-kriterji għall-iskattar u għall-bidu tal-proċessi ta’ rispons għal inċidenti relatati mal-ICT, inkluż mekkaniżmi ta’ twissija awtomatiċi għall-persunal rilevanti responsabbli mir-rispons għal inċidenti relatati mal-ICT.
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddedikaw riżorsi u kapaċitajiet suffiċjenti biex jimmonitorjaw l-attività tal-utenti, l-okkorrenza ta’ anomaliji tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki.
4. Barra minn hekk, fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data, għandu jkollhom fis-seħħ sistemi li jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw omissjonijiet u żbalji ovvji, u jitolbu ritrażmissjoni ta’ dawk ir-rapporti.
Artikolu 11
Rispons u rkupru
1. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1) u abbażi tar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 8, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu politika komprensiva tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, li tista’ tiġi adottata bħala politika speċifika dedikata, li tifforma parti integrali mill-politika globali tal-kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw il-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT permezz ta’ arranġamenti, pjanijiet, proċeduri u mekkaniżmi ddedikati, xierqa u ddokumentati bil-għan li:
(a) |
jiżguraw il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja; |
(b) |
jirrispondu malajr, b’mod xieraq u effettiv għall-inċidenti kollha relatati mal-ICT, u jirriżolvuhom, b’mod li jillimita l-ħsara u jagħti prijorità lit-tkomplija tal-attivitajiet u tal-azzjonijiet ta’ rkupru; |
(c) |
jattivaw, mingħajr dewmien, pjanijiet iddedikati li jippermettu miżuri ta’ trażżin, proċessi u teknoloġiji adatti għal kull tip ta’ inċident relatat mal-ICT u jipprevjenu aktar ħsara, kif ukoll proċeduri ta’ rispons u rkupru mfassla apposta stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 12; |
(d) |
jagħtu stima preliminari tal-impatti, il-ħsarat u t-telf; |
(e) |
jistipulaw azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet li jiżguraw li l-informazzjoni aġġornata tintbagħat lill-persunal intern u lill-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 14, u jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19. |
3. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT assoċjati, li fil-każ ta’ entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet ta’ awditjar intern.
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu, iżommu u jittestjaw perjodikament il-pjanijiet xierqa tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti esternalizzati jew ikkuntrattati permezz ta’ arranġamenti ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
5. Bħala parti mill-politika ġenerali tal-kontinwità tal-operat, l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) tal-esponiment tagħhom għal tqallib serju fl-operat. Skont il-BIA, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw l-impatt potenzjali ta’ tqallib serju fl-operat permezz ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, bl-użu ta’ data interna u esterna u analiżi tax-xenarji, kif xieraq. Il-BIA għandha tikkunsidra l-kritikalità tal-funzjonijiet tan-negozju identifikati u mmappjati, il-proċessi ta’ appoġġ, id-dipendenzi ta’ partijiet terzi u l-assi tal-informazzjoni, u l-interdipendenzi tagħhom. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-assi tal-ICT u s-servizzi tal-ICT jitfasslu u jintużaw f’allinjament sħiħ mal-BIA, b’mod partikolari sabiex jiżguraw kif xieraq ir-ridondanza tal-komponenti kritiċi kollha.
6. Bħala parti mill-ġestjoni komprensiva tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom:
(a) |
jittestjaw il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT fir-rigward tas-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kollha mill-anqas darba f’sena, kif ukoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti; |
(b) |
jittestjaw il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 14. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jinkludu fil-pjanijiet tal-ittestjar xenarji ta’ ċiberattakki u l-qlib minn infrastruttura primarja tal-ICT għall-oħra u l-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 12.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrevedu regolarment il-politika tagħhom tal-kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, filwaqt li jqisu r-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu u mar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn kontrolli tal-awditjar jew rieżamijiet superviżorji.
7. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandu jkollhom funzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, li, f’każ ta’ attivazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT jew tal-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, għandha, fost oħrajn, tistabbilixxi proċeduri ċari għall-ġestjoni tal-komunikazzjonijiet interni u esterni għall-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 14.
8. L-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu rekords aċċessibbli fil-pront tal-attivitajiet qabel u waqt każijiet ta’ tfixkil meta jiġu attivati l-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT.
9. Id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bil-kopji tar-riżultati tat-testijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, jew ta’ eżerċizzji simili.
10. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, stima annwali aggregata tal-kostijiet u tat-telf ikkawżati minn inċidenti kbar relatati mal-ICT.
11. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom, sas-17 ta’ Lulju 2024 jiżviluppaw linji gwida komuni dwar l-istima tal-kostijiet u tat-telf annwali msemmija fil-paragrafu 10.
Artikolu 12
Politiki u proċeduri ta’ backup, proċeduri u metodi ta’ restawr u rkupru
1. Sabiex jiġi żgurat ir-restawr tas-sistemi tal-ICT u tad-data bl-iqsar perjodu ta’ qtugħ, tfixkil u telf limitati, bħala parti mill-qafas tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw:
(a) |
politiki u proċeduri ta’ backup li jispeċifikaw l-ambitu tad-data li tkun soġġetta għall-backup u l-frekwenza minima tal-backup, abbażi tal-kritikalità tal-informazzjoni jew il-livell ta’ kunfidenzjalità tad-data; |
(b) |
proċeduri u metodi ta’ restawr u rkupru. |
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ backup li jistgħu jiġu attivati skont il-politiki u l-proċeduri ta’ backup, kif ukoll il-proċeduri u l-metodi ta’ restawr u rkupru. L-attivazzjoni tas-sistemi ta’ backup ma għandhiex tipperikola s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni jew id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-inegrità jew il-kunfidenzjalità tad-data. L-ittestjar tal-proċeduri ta’ backup u tal-proċeduri ta’ restawr u rkupru għandhom jitwettqu perjodikament.
3. Meta jirrestawraw id-data ta’ backup bl-użu tas-sistemi proprji, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw sistemi tal-ICT li jkunu fiżikament u loġikament segregati mis-sistema tal-ICT tas-sors. Is-sistemi tal-ICT għandhom ikunu protetti b’mod sigur minn kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat jew korruzzjoni tal-ICT u jippermettu r-restawr f’waqtu tas-servizzi li jużaw id-data u l-backups tas-sistema kif meħtieġ.
Għall-kontropartijiet ċentrali, il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jippermettu l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha li kienu qed isiru meta seħħet l-tfixkil sabiex jippermettu lill-kontroparti ċentrali tkompli topera b’ċertezza u tlesti s-saldu fid-data skedata.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data għandhom barra minn hekk iżommu riżorsi adegwati u jkollhom fis-seħħ faċilitajiet ta’ backup u restawr sabiex joffru u jżommu s-servizzi tagħhom f’kull ħin.
4. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom iżommu kapaċitajiet tal-ICT żejda mgħammra b’riżorsi, kapaċitajiet u funzjonijiet li huma adegwati biex jiżguraw il-ħtiġijiet tan-negozju. Il-mikrointrapriżi għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jżommu tali kapaċitajiet żejda tal-ICT abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom.
5. Id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom iżommu mill-inqas sit wieħed tal-ipproċessar sekondarju mogħni b’riżorsi, kapaċitajiet, funzjonijiet u arranġamenti ta’ persunal adegwati biex jiżguraw il-ħtiġijiet tal-operat.
Is-sit tal-ipproċessar sekondarju għandu jkun:
(a) |
jinsab f’distanza ġeografika mis-sit tal-ipproċessar primarju biex jiġi żgurat li jkollu profil ta’ riskju distint u biex ikun evitat li jiġi affettwat mill-event li affettwa s-sit primarju; |
(b) |
kapaċi jiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti b’mod identiku għas-sit primarju, jew jipprovdi l-livell ta’ servizzi meħtieġa biex ikun żgurat li l-entità finanzjarja twettaq l-operazzjonijiet kritiċi tagħha skont l-objettivi tal-irkupru; |
(c) |
aċċessibbli immedjatament għall-persunal tal-entità finanzjarja biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti f’każ li s-sit tal-ipproċessar primarju ma jibqax disponibbli. |
6. Għad-determinazzjoni tal-ħin ta’ rkupru u tal-għanijiet tal-punt ta’ rkupru għal kull funzjoni, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu jekk hijiex funzjoni kritika jew importanti u l-impatt kumplessiv potenzjali fuq l-effiċjenza tas-suq. Tali objettivi tal-ħin għandhom jiżguraw li, f’xenarji estremi, jintlaħqu l-livelli ta’ servizz miftiehma.
7. Waqt l-irkupru minn inċident relatat mal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa, inkluż kwalunkwe kontroll multiplu u rikonċiljazzjonijiet, sabiex jiżguraw li jinżamm l-ogħla livell tal-integrità tad-data. Dawn il-kontrolli għandhom isiru wkoll meta ssir ir-rikostruzzjoni tad-data minn partijiet interessati esterni, sabiex jiġi żgurat li d-data kollha tkun konsistenti bejn is-sistemi.
Artikolu 13
Tagħlim u evoluzzjoni
1. L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ kapaċitajiet u persunal biex jiġbru informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet u t-theddid ċibernetiku, l-inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki, u janalizzaw l-impatti probabbli tagħhom fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu rieżamijiet għal wara li inċident kbir relatat mal-ICT jfixkel l-attivitajiet ewlenin tagħhom, billi janalizzaw il-kawżi tat-tfixkil u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fl-operazzjonijiet tal-ICT jew fil-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11.
L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom, fuq talba, jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-bidliet li ġew implimentati wara li jkunu saru r-rieżamijiet ta’ wara inċident relatat mal-ICT kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Ir-rieżamijiet li jsiru wara l-inċidenti relatati mal-ICT imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddeterminaw jekk il-proċeduri stabbiliti ġewx segwiti u jekk l-azzjonijiet meħuda kinux effettivi, inkluż rigward dan li ġej:
(a) |
il-prontezza fir-rispons għall-allerti tas-sigurtà u d-determinazzjoni tal-impatt tal-inċidenti relatati mal-ICT u s-severità tagħhom; |
(b) |
il-kwalità u l-ħeffa tat-twettiq ta’ analiżi forensika, fejn tqieset xierqa; |
(c) |
l-effettività tal-eskalazzjoni tal-inċidenti fl-entità finanzjarja; |
(d) |
l-effettività tal-komunikazzjoni interna u esterna. |
3. It-tagħlimiet meħuda mill-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali mwettaq f’konformità mal-Artikoli 26 u 27 u minn inċidenti relatati mal-ICT fil-ħajja reali, b’mod partikolari ċiberattakki, flimkien mal-isfidi li jfiġġu mal-attivazzjoni tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT jew tal-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT, flimkien mal-informazzjoni rilevanti skambjata mal-kontropartijiet u vvalutata fir-rieżamijiet superviżorji, għandhom jiġu inkorporati kif xieraq fuq bażi kontinwa fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT. Dawk is-sejbiet għandhom jifformaw il-bażi għal rieżamijiet xierqa tal-komponenti rilevanti tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom li tinsab fl-Artikolu 6(8). Huma għandhom jidentifikaw l-evoluzzjoni tar-riskju tal-ICT matul iż-żmien, janalizzaw il-frekwenza, it-tipi, id-daqs u l-evoluzzjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki u x-xejriet tagħhom, bil-ħsieb li jifhmu l-livell ta’ esponiment għar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti, u jtejbu l-maturità ċibernetika u l-istat ta’ tħejjija tal-entità finanzjarja.
5. Il-persunal għoli tal-ICT għandu jirrapporta mill-inqas darba fis-sena lill-korp maniġerjali dwar is-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 u jressaq rakkomandazzjonijiet.
6. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u sessjonijiet ta’ taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala moduli obbligatorji fl-iskemi tat-taħriġ tal-persunal tagħhom. Dawk il-programmi u sessjonijiet ta’ taħriġ għandhom ikunu applikabbli għall-impjegati kollha u għall-persunal tal-maniġment superjuri, u għandu jkollhom livell ta’ kumplessità proporzjonat għall-mandat tal-funzjonijiet tagħhom. Fejn xieraq, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fl-iskemi ta’ taħriġ rilevanti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(2), il-punt (i).
7. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti fuq bażi kontinwa, anki bil-ħsieb li jifhmu l-impatt possibbli tal-użu ta’ tali teknoloġiji ġodda fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ICT u fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali. Huma għandhom iżommu ruħhom aġġornati dwar l-aħħar proċessi tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, sabiex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-forom attwali jew ġodda ta’ ċiberattakki.
Artikolu 14
Komunikazzjoni
1. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet li jippermettu divulgazzjoni responsabbli ta’ inċidenti jew vulnerabbiltajiet relatati mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, mal-klijenti u mal-kontropartijiet, kif ukoll mal-pubbliku, kif xieraq.
2. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw politiki ta’ komunikazzjoni għall-persunal intern u għall-partijiet ikkonċernati esterni. Il-politiki ta’ komunikazzjoni għall-persunal għandhom iqisu l-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-persunal involut fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari l-persunal responsabbli għar-rispons u l-irkupru, u l-persunal li jeħtieġ li jiġi informat.
3. Mill-inqas persuna waħda fl-entità finanzjarja għandha tingħata l-kompitu li timplimenta l-istrateġija ta’ komunikazzjoni għal inċidenti relatati mal-ICT u taqdi l-funzjoni pubblika u għall-media għal dak l-iskop.
Artikolu 15
Aktar armonizzazzjoni tal-għodod, metodi, proċessi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, f’konsultazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:
(a) |
jispeċifikaw aktar elementi li jridu jiġu inklużi fil-politiki, fil-proċeduri, fil-protokolli u fl-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2), bil-ħsieb li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks, jippermettu salvagwardji adegwati kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data, jippreservaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, inkluż tekniki kriptografiċi, u jiggarantixxu trażmissjoni preċiża u fil-pront tad-data mingħajr tfixkil u dewmien żejjed; |
(b) |
jiżviluppaw aktar komponenti tal-kontrolli tad-drittijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 9(4), il-punt (c), u l-politika assoċjata tar-riżorsi umani li tispeċifika d-drittijiet tal-aċċess, il-proċeduri għall-għoti u r-revoka tad-drittijiet, il-monitoraġġ tal-imġiba anomala b’rabta mar-riskji tal-ICT permezz ta’ indikaturi xierqa, inkluż għax-xejriet tal-użu, għas-sigħat, għall-attività tal-IT u għall-apparat mhux magħruf tan-netwerk; |
(c) |
jiżviluppaw aktar il-mekkaniżmi speċifikati fl-Artikolu 10(1) li jippermettu l-individwazzjoni fil-pront ta’ attivitajiet anomali u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10(2) li jwasslu għall-proċessi ta’ individwazzjoni u rispons tal-inċidenti relatati mal-ICT; |
(d) |
jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(1); |
(e) |
jispeċifikaw aktar l-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(6) biex jiżguraw li ttestjar bħal dan iqis kif xieraq xenarji fejn il-kwalità tal-forniment ta’ funzjoni kritika jew importanti tiddeterjora għal livell inaċċettabbli jew tfalli, u jqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tal-insolvenza, jew fallimenti oħra, ta’ kwalunkwe fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT u, fejn rilevanti, ir-riskji politiċi fil-ġuriżdizzjonijiet tal-fornituri rispettivi; |
(f) |
jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(3); |
(g) |
jispeċifikaw aktar il-kontenut u l-format tar-rapport annwali dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(5); |
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet tagħha, filwaqt li jqisu kif xieraq kwalunkwe karatteristika speċifika li tkun ir-riżultat tan-natura distinta tal-attivitajiet fost is-setturi differenti tas-servizzi finanzjarji.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel paragrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 16
Qafas simplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
1. L-Artikoli 5 sa 15 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; istituzzjonijiet eżentati skont id-Direttiva 2013/36/UE li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri ddeċidew li ma japplikawx l-opzjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-Regolament; istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE; u istituzzjonijiet żgħar għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-entitajiet elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom:
(a) |
jistabbilixxu u jżommu qafas għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT li jkun sod u ddokumentat li jiddeskrivi fid-dettall il-mekkaniżmi u l-miżuri mmirati lejn ġestjoni rapida, effiċjenti u komprensiva tar-riskju tal-ICT, inkluż għall-protezzjoni ta’ komponenti u infrastrutturi fiżiċi rilevanti; |
(b) |
jimmonitorjaw b’mod kontinwu s-sigurtà u l-funzjonament tas-sistemi kollha tal-ICT; |
(c) |
jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT billi jużaw sistemi, protokolli u għodod tal-ICT li jkunu sodi, reżiljenti u aġġornati u li jkunu xierqa biex jappoġġjaw it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom u l-forniment tas-servizzi u jipproteġu b’mod adegwat id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data fin-netwerk u fis-sistemi tal-informazzjoni; |
(d) |
jippermettu li s-sorsi ta’ riskju tal-ICT u anomaliji fin-netwerk u fis-sistemi tal-informazzjoni jiġu identifikati u individwati fil-pront u li l-inċidenti relatati mal-ICT jiġu mmaniġġati malajr; |
(e) |
jidentifikaw dipendenzi ewlenin fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT; |
(f) |
jiżguraw il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti, permezz ta’ pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat u miżuri ta’ rispons u ta’ rkupru, li jinkludu, mill-inqas, miżuri ta’ backup u restawr; |
(g) |
jittestjaw, fuq bażi regolari, il-pjanijiet u l-miżuri msemmija fil-punt (f), kif ukoll l-effettività tal-kontrolli implimentati f’konformità mal-punti (a) u (c); |
(h) |
jimplimentaw, kif xieraq, konklużjonijiet operazzjonali rilevanti li jirriżultaw mit-testijiet imsemmija fil-punt (g) u mill-analiżi ta’ wara l-inċident fil-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-ICT u jiżviluppaw, skont il-ħtiġijiet u l-profil tar-riskju tal-ICT, programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-persunal u għall-maniġment. |
2. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), għandu jiġi ddokumentat u rieżaminat perjodikament u malli jseħħu inċidenti kbar relatati mal-ICT, f’konformità mal-istruzzjonijiet superviżorji. Huwa għandu jittejjeb kontinwament abbażi tal-lezzjonijiet meħuda mill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ. Rapport dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.
3. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, f’konsultazzjoni mal-ENISA, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:
(a) |
jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a); |
(b) |
jispeċifikaw aktar l-elementi fir-rigward tas-sistemi, il-protokolli u l-għodod biex jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c), bil-ħsieb li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks, jabilitaw salvagwardji adegwati kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data u jippreservaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data; |
(c) |
jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (f); |
(d) |
jispeċifikaw aktar ir-regoli dwar l-ittestjar tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat u jiżguraw l-effettività tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (g) u jiżguraw li tali ttestjar iqis debitament ix-xenarji li fihom il-kwalità tal-forniment ta’ funzjoni kritika jew importanti tiddeterjora għal livell mhux aċċettabbli jew tfalli; |
(e) |
jispeċifikaw aktar il-kontenut u l-format tar-rapport dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 2. |
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU III
Ġestjoni, klassifikazzjoni u rappurtar ta’ inċidenti relatati mal-ICT
Artikolu 17
Proċess ta’ ġestjoni tal-inċidenti relatat mal-ICT
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddefinixxu, jistabbilixxu u jimplimentaw proċess ta’ ġestjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT biex jindividwaw, jimmaniġġjaw u jinnotifikaw inċidenti relatati mal-ICT.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirreġistraw l-inċidenti kollha relatati mal-ICT u t-theddid ċibernetiku sinifikanti. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu proċeduri u proċessi xierqa biex jiżguraw monitoraġġ, maniġġar u segwitu konsistenti u integrati tal-inċidenti relatati mal-ICT, biex jiżguraw li l-kawżi ewlenin jiġu identifikati, iddokumentati u indirizzati sabiex jipprevjenu tali inċidenti.
3. Il-proċess ta’ ġestjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:
(a) |
jistabbilixxi indikaturi ta’ twissija bikrija; |
(b) |
jistabbilixxi proċeduri biex jidentifikaw, jittraċċaw, jirreġistraw, jikkategorizzaw u jikklassifikaw inċidenti relatati mal-ICT skont il-prijorità tagħhom u s-severità u skont il-kritikalità tas-servizzi milquta, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(1); |
(c) |
jassenja rwoli u responsabbiltajiet li jeħtieġ li jiġu attivati għal tipi u xenarji differenti ta’ inċidenti relatati mal-ICT; |
(d) |
jistabbilixxi pjanijiet għall-komunikazzjoni mal-persunal, mal-partijiet ikkonċernati esterni u mal-media f’konformità mal-Artikolu 14, u għan-notifika lill-klijenti, għall-proċeduri interni ta’ eskalazzjoni, inkluż ilmenti tal-klijenti relatati mal-ICT, kif ukoll għall-għoti ta’ informazzjoni lill-entitajiet finanzjarji li jaġixxu bħala kontropartijiet, kif xieraq; |
(e) |
jiżgura li mill-inqas l-inċidenti l-kbar relatati mal-ICT jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri rilevanti u li l-korp maniġerjali jiġi infurmat dwar inċidenti relatati mal-ICT, mill-inqas dawk kbar, filwaqt li jispjega l-impatt, ir-rispons u l-kontrolli addizzjonali li għandhom jiġu stabbiliti bħala riżultat ta’ inċidenti bħal dawn relatati mal-ICT; |
(f) |
jistabbilixxi proċeduri ta’ rispons għal inċidenti relatati mal-ICT biex jittaffu l-impatti u jiżgura li s-servizzi jsiru operazzjonali u siguri fil-waqt. |
Artikolu 18
Klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jikklassifikaw l-inċidenti relatati mal-ICT u għandhom jiddeterminaw l-impatt tagħhom abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-għadd u/jew ir-rilevanza tal-klijenti jew tal-kontropartijiet finanzjarji u, fejn applikabbli, l-ammont jew l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati mill-inċident relatat mal-ICT, u jekk l-inċident relatat mal-ICT ikkawżax impatt fuq ir-reputazzjoni; |
(b) |
iż-żmien kemm dam l-inċident relatat mal-ICT, inkluż kemm dam maqtugħ is-servizz; |
(c) |
il-firxa ġeografika fir-rigward taż-żoni affettwati mill-inċident relatat mal-ICT, partikularment jekk taffettwa aktar minn żewġ Stati Membri; |
(d) |
it-telf tad-data li jġib miegħu l-inċident relatat mal-ICT, fir-rigward tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data; |
(e) |
il-kritikalità tas-servizzi affettwati, inklużi t-tranżazzjonijiet u l-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja; |
(f) |
l-impatt ekonomiku, b’mod partikulari l-kostijiet u t-telf diretti u indiretti, tal-inċident relatat mal-ICT kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. |
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jikklassifikaw it-theddid ċibernetiku bħala sinifikanti abbażi tal-kritikalità tas-servizzi f’riskju, inkluż it-tranżazzjonijiet u l-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, l-għadd u/jew ir-rilevanza tal-klijenti jew tal-kontropartijiet finanzjarji fil-mira u l-firxa ġeografika taż-żoni f’riskju.
3. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt u b’konsultazzjoni mal-BĊE u l-ENISA, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni li jispeċifikaw aktar dan li ġej:
(a) |
il-kriterji li jinsabu fil-paragrafu 1, inkluż il-limiti ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT jew, jekk applikabbli, inċidenti kbar operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti, li huma soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 19(1); |
(b) |
il-kriterji li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rilevanza ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT jew, kif xieraq, ta’ inċidenti kbar operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti, għall-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, u d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT jew, kif applikabbli, inċidenti kbar operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti, li għandhom jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont l-Artikolu 19(6) u (7). |
(c) |
il-kriterji li jinsabu fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż livelli limitu għolja ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti. |
4. Meta jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), kif ukoll l-istandards, il-gwida u l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali żviluppati u ppubblikati mill-ENISA, inkluż, fejn xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet għal setturi ekonomiċi oħra. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), l-ASE għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jimmobilizzaw biżżejjed riżorsi u kapaċitajiet biex jiżguraw li l-inċidenti relatati mal-ICT jiġu ġestiti malajr.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Ir-Rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT u n-notifika volontarja ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT lill-awtorità kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46 f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Meta entità finanzjarja tkun soġġetta għal superviżjoni minn aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda msemmija fl-Artikolu 46, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda bħala l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f’dan l-Artikolu.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti ddeżinjata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, li għandha tibgħat immedjatament dak ir-rapport lill-BĊE.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet finanzjarji għandhom jipproduċu, wara li jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni rilevanti kollha, in-notifika u r-rapporti inizjali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fuq il-mudelli msemmija fl-Artikolu 20 u jippreżentawhom lill-awtorità kompetenti. F’każ li jkun teknikament impossibbli li tintbagħat in-notifika inizjali fuq il-mudell, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwarha b’mezzi oħra.
In-notifika u r-rapporti inizjali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina s-sinifikat tal-inċident kbir relatat mal-ICT u tivvaluta l-impatti transfruntiera possibbli.
Mingħajr preġudizzju għar-rappurtar skont l-ewwel subparagrafu mill-entità finanzjarja lill-awtorità kompetenti rilevanti, l-Istati Membri jistgħu, barra minn dan, jiddeterminaw li xi entitajiet finanzjarji, jew kollha, għandhom ukoll jipprovdu n-notifika inizjali u kull rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fuq il-mudelli msemmija fl-Artikolu 20 lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs) iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
2. L-entitajiet finanzjarji jistgħu, fuq bażi volontarja, jinnotifikaw theddidiet ċibernetiċi sinifikanti lill-awtorità kompetenti rilevanti meta jqisu li t-theddida tkun ta’ rilevanza għas-sistema finanzjarja, għall-utenti tas-servizzi jew għall-klijenti. L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tipprovdi tali informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti oħra msemmija fil-paragrafu 6.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jistgħu, fuq bażi volontarja, jinnotifikaw theddid ċibernetiku sinifikanti lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, iddeżinjata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, li għandha tibgħat immedjatament dak ir-rapport lill-BĊE.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li dawk l-entitajiet finanzjarji li, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, jinnotifikaw fuq bażi volontarja, jistgħu jibagħtu wkoll dik in-notifika lis-CSIRTs iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
3. Meta jseħħ inċident kbir relatat mal-ICT u dan ikollu impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-klijenti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, mingħajr dewmien żejjed malli jindunaw bih, jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT u dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex itaffu l-effetti negattivi ta’ inċident bħal dak.
Fil-każ ta’ theddida ċibernetika sinifikanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, fejn applikabbli, jinformaw lill-klijenti tagħhom li potenzjalment ġew affettwati dwar kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni xierqa li jistgħu jikkunsidraw li jieħdu bħala klijenti.
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom, fil-limiti ta’ żmien li jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), il-punt (ii), jippreżentaw dan li ġej lill-awtorità kompetenti rilevanti:
(a) |
notifika inizjali; |
(b) |
rapport intermedju wara n-notifika inizjali msemmija fil-punt (a), hekk kif l-istatus tal-inċident oriġinali jkun inbidel b’mod sinifikanti jew it-trattament tal-inċident kbir relatat mal-ICT ikun inbidel abbażi tal-informazzjoni ġdida disponibbli, segwit, kif xieraq, minn notifiki aġġornati kull darba li jkun disponibbli aġġornament rilevanti tal-istatus, kif ukoll fuq talba speċifika tal-awtorità kompetenti; |
(c) |
rapport finali, meta l-analiżi tal-kawża ewlenija tkun tlestiet, irrispettivament minn jekk il-miżuri ta’ mitigazzjoni jkunux diġà ġew implimentati, u meta ċ-ċifri tal-impatt attwali jkunu disponibbli biex jissostitwixxu l-estimi. |
5. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jesternalizzaw, skont il-liġi settorjali tal-Unjoni u dik nazzjonali, l-obbligi ta’ rappurtar skont dan l-Artikolu lil fornitur terz ta’ servizz. Fil-każ ta’ esternalizzazzjoni bħal din, l-entità finanzjarja tibqa’ terfa’ r-responsabbiltà sħiħa li tissodisfa r-rekwiżiti dwar ir-rappurtar tal-inċident.
6. Mal-wasla tan-notifika inizjali u ta’ kull rapport imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien xieraq, tagħti d-dettalji dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT lir-riċevituri li ġejjin, abbażi, kif inhu applikabbli, tal-kompetenzi rispettivi tagħhom:
(a) |
l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA; |
(b) |
il-BĊE, fil-każ ta’ entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a), (b) u (c); |
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti, il-punti uniċi ta’ kuntatt jew CSIRTs iddeżinjati jew stabbiliti, rispettivament, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(d) |
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), u fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jekk tali dettalji jikkonċernaw inċidenti li joħolqu riskju għall-iżgurar ta’ funzjonijiet kritiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (35), tad-Direttiva 2014/59/UE; u |
(e) |
awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħra skont il-liġi nazzjonali. |
7. Wara l-wasla tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 6, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA u l-BĊE, f’konsultazzjoni mal-ENISA u f’kooperazzjoni mal-awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom jivvalutaw jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT huwiex rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. Wara dik il-valutazzjoni, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA għandhom, mill-aktar fis possibbli, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stati Membri oħra kif xieraq. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali dwar kwistjonijiet rilevanti għas-sistema ta’ pagament. Abbażi ta’ dik in-notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn xieraq, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-istabbiltà immedjata tas-sistema finanzjarja.
(8) In-notifika li għandha ssir mill-ESMA skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tibgħat b’mod urġenti d-dettalji tal-inċident kbir relatat mal-ICT lill-awtorità rilevanti fl-Istat Membru ospitanti, fejn depożitorju ċentrali tat-titoli jkollu attività transfruntiera sinifikanti fl-Istat Membru ospitanti, l-inċident kbir relatat mal-ICT x’aktarx li jkollu konsegwenzi serji għas-swieq finanzjarji tal-Istat Membru ospitanti u fejn ikun hemm arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti relatati mas-superviżjoni tal-entitajiet finanzjarji.
Artikolu 20
Armonizzazzjoni tal-kontenut u tal-mudelli tar-rapporti
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u b’konsultazzjoni mal-ENISA u mal-BĊE, għandhom jiżviluppaw:
(a) |
abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha, u b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-punt (a), il-punt (ii), limiti ta’ żmien differenti jistgħu jirriflettu, kif xieraq, l-ispeċifiċitajiet tas-setturi finanzjarji, mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ approċċ konsistenti għar-rapportar ta’ inċidenti relatati mal-ICT f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ASE għandhom, kif applikabbli, jipprovdu ġustifikazzjoni meta jiddevjaw mill-approċċi meħuda fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva. |
(b) |
abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni sabiex jistabbilixxu l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-entitajiet finanzjarji biex jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u biex jinnotifikaw theddid ċibernetiku sinifikanti. |
L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a), u l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a), f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 21
Ċentralizzazzjoni tar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
1. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’konsultazzjoni mal-BĊE u mal-ENISA, għandhom iħejju rapport konġunt li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ ċentralizzazzjoni ulterjuri tar-rapportar tal-inċidenti permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn entitajiet finanzjarji. Ir-rapport konġunt għandu jesplora modi kif jiġi ffaċilitat il-fluss tar-rapportar tal-inċidenti relatati mal-ICT, jitnaqqsu l-kostijiet assoċjati u jiġu sostnuti l-analiżijiet tematiċi bl-għan li tittejjeb il-konverġenza superviżorja.
2. Ir-rapport konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-prerekwiżiti għall-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE; |
(b) |
il-benefiċċji, il-limitazzjonijiet u r-riskji, inkluż ir-riskji assoċjati mal-konċentrazzjoni għolja ta’ informazzjoni sensittiva; |
(c) |
il-kapaċità neċessarja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fir-rigward ta’ skemi ta’ rapportar rilevanti oħra; |
(d) |
l-elementi tal-immaniġġjar operazzjonali; |
(e) |
il-kundizzjonijiet tas-sħubija; |
(f) |
l-arranġamenti tekniċi għall-entitajiet finanzjarji u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jaċċessaw iċ-Ċentru uniku tal-UE; |
(g) |
valutazzjoni preliminari tal-kostijiet finanzjarji mġarrb bit-twaqqif tal-pjattaforma operazzjonali li tappoġġja ċ-Ċentru uniku tal-UE, inkluż l-għarfien espert meħtieġ. |
3. L-ASE għandhom jippreżentaw ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 22
Reazzjoni superviżorja
1. Mingħajr preġudizzju għall-kontribut, pariri jew rimedji tekniċi u segwitu sussegwenti li jista’ jingħata, fejn applikabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mis-CSIRTs skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtorità kompetenti għandha, mal-wasla tan-notifika inizjali u ta’ kull rapport kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), tikkonferma li waslulha u tista’, fejn fattibbli, fi żmien raġonevoli tipprovdi reazzjoni jew gwida ta’ livell għoli, rilevanti u proporzjonata lill-entità finanzjarja, b’mod partikolari biex kwalunkwe informazzjoni anonimizzata u intelligence rilevanti dwar theddid simili ssir disponibbli, tiddiskuti r-rimedji applikati fil-livell tal-entità finanzjarja, u tista’ tiddiskuti l-modi biex jiġi minimizzat u mitigat l-impatt negattiv mas-settur finanzjarju kollu. Mingħajr preġudizzju għar-reazzjoni superviżorja li tingħata, l-entitajiet finanzjarji għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għall-ġestjoni u għall-konsegwenzi tal-inċidenti relatati mal-ICT irrappurtati skont l-Artikolu 19(1).
2. L-AS, permezz tal-Kumitat Konġunt, u fuq bażi anonimizzata u aggregata, għandhom kull sena jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT, li d-dettalji tagħhom għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19(6), u jipprovdu mill-anqas l-għadd ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, in-natura u l-impatt tagħhom fuq l-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji jew fuq il-klijenti, l-azzjonijiet ta’ rimedju meħuda u l-kostijiet imġarrba.
L-ASE għandhom joħorġu twissijiet u jipproduċu statistika ta’ livell għoli biex jappoġġjaw il-valutazzjonijiet tat-theddid u tal-vulnerabbiltà tal-ICT.
Artikolu 23
Inċidenti operazzjonali jew ta’ sigurtà relatati mal-pagamenti li jikkonċernaw istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw ukoll għall-inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati mal-pagamenti u għall-inċidenti kbar operazzjonali jew tas-sigurtà relatati mal-pagamenti, meta dawn jikkonċernaw istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.
KAPITOLU IV
L-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali
Artikolu 24
Rekwiżiti ġenerali għat-twettiq tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali
1. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija għall-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT, tal-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet, nuqqasijiet u lakuni fir-reżiljenza operazzjonali diġitali u tal-implimentazzjoni fil-pront ta’ miżuri korrettivi, l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), jistabbilixxu, iżommu u jirrieżaminaw programm tajjeb u komprensiv ta’ ttestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala parti integrali mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6.
2. Il-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għandu jinkludi firxa ta’ valutazzjonijiet, testijiet, metodoloġiji, prattiki u għodod li għandhom jiġu applikati f’konformità mal-Artikoli 25 u 26.
3. Meta jwettqu l-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju filwaqt li jqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2) b’kont dovut tax-xenarju li qed jevolvi tar-riskju tal-ICT, kwalunkwe riskju speċifiku li għalih l-entità finanzjarja kkonċernata hija jew tista’ tkun esposta, il-kritikalità tal-assi tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti, kif ukoll kwalunkwe fattur ieħor li l-entità finanzjarja tqis xieraq.
4. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jiżguraw li t-testijiet jitwettqu minn partijiet indipendenti, kemm jekk ikunu interni kif ukoll jekk ikunu esterni. Meta t-testijiet jitwettqu internament, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiddedikaw biżżejjed riżorsi u jiżguraw li l-kunflitti ta’ interess għal dawk li jittestjaw jiġu evitati matul il-fażijiet kollha tat-tfassil u tal-eżekuzzjoni tat-test.
5. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jistabbilixxu proċeduri u politiki biex jipprijoritizzaw, jikklassifikaw u jirrimedjaw il-kwistjonijiet kollha skoperti matul it-twettiq tat-testijiet u għandhom jistabbilixxu metodoloġiji ta’ validazzjoni interna biex jaċċertaw li d-dgħufijiet, in-nuqqasijiet jew il-lakuni kollha identifikati jiġu indirizzati bis-sħiħ.
6. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jiżguraw, mill-inqas darba fis-sena, li jitwettqu testijiet xierqa fuq is-sistemi u l-applikazzjonijiet kollha tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
Artikolu 25
L-ittestjar ta’ għodod u sistemi tal-ICT
1. Il-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali msemmi fl-Artikolu 24 għandu, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), jipprevedi t-twettiq ta’ testijiet xierqa, bħall-valutazzjonijiet u skrutinju tal-vulnerabbiltà, analiżijiet ta’ sorsi miftuħa, valutazzjonijiet tas-sigurtà tan-netwerk, analiżijiet tal-lakuni, rieżamijiet tas-sigurtà fiżika, kwestjonarji u soluzzjonijiet ta’ software ta’ skrutinju, rieżamijiet tal-kodiċi tas-sors fejn fattibbli, testijiet ibbażati fuq xenarji, ittestjar tal-kompatibbiltà, ittestjar tal-prestazzjoni, ittestjar minn tarf sa tarf jew ittestjar tal-penetrazzjoni.
2. Id-depożitorji ċentrali tat-titoli u l-kontropartijiet ċentrali għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà qabel kwalunkwe użu jew użu mill-ġdid ta’ applikazzjonijiet u komponenti tal-infrastruttura, u servizzi tal-ICT ġodda jew eżistenti li jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja.
3. Il-mikrointrapriżi għandhom iwettqu t-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 billi jikkombinaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju ma’ ppjanar strateġiku tal-ittestjar tal-ICT, billi jqisu kif xieraq il-ħtieġa li jinżamm approċċ bilanċjat bejn l-iskala tar-riżorsi u ż-żmien li għandu jiġi allokat għall-ittestjar tal-ICT previst f’dan l-Artikolu, minn naħa waħda, u l-urġenza, it-tip ta’ riskju, il-kritikalità tal-assi tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti, kif ukoll kwalunkwe fattur rilevanti ieħor, inkluż il-kapaċità tal-entità finanzjarja li tieħu riskji kkalkulati, min-naħa l-oħra.
Artikolu 26
Ittestjar avvanzat tal-għodod, sistemi u proċessi tal-ICT ibbażat fuq it-TLPT
1. L-entitajiet finanzjarji, għajr l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, u għajr il-mikrointrapriżi, li huma identifikati f’konformità mal-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, għandhom iwettqu, mill-inqas kull tliet snin, ittestjar avvanzat permezz tat-TLPT. Abbażi tal-profil tar-riskju tal-entità finanzjarja u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi operazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’, fejn neċessarju, titlob lill-entità finanzjarja biex tnaqqas jew iżżid din il-frekwenza.
2. Kull test tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid għandu jkopri diversi funzjonijiet kritiċi jew importanti ta’ entità finanzjarja, jew ikoprihom kollha, u għandu jitwettaq fuq sistemi ta’ produzzjoni li jkunu qed jappoġġjaw tali funzjonijiet.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw is-sistemi, il-proċessi u t-teknoloġiji sottostanti rilevanti kollha tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u s-servizzi rilevanti kollha tal-ICT, inkluż dawk li jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti u servizzi li ġew esternalizzati jew ikkuntrattati lil fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw liema funzjonijiet kritiċi jew importanti jeħtieġ li jiġu koperti mit-TLPT. Ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jiddetermina l-ambitu preċiż tat-TLPT u għandu jiġi vvalidat mill-awtoritajiet kompetenti.
3. Meta l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikunu inklużi fl-ambitu tat-TLPT, l-entità finanzjarja għandha tieħu l-miżuri u s-salvagwardji meħtieġa biex tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħal dawn fit-TLPT u għandha dejjem iżżomm ir-responsabbiltà sħiħa li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, meta l-parteċipazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fit-TLPT, imsemmi fil-paragrafu 3, tkun raġonevolment mistennija li jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità jew is-sigurtà tas-servizzi mogħtija minn fornitur terz ta’ servizz tal-ICT lill-konsumaturi li jkunu entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew fuq il-kunfidenzjalità tad-data marbuta ma’ servizzi bħal dawn, l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jaqblu bil-miktub li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jidħol direttament f’arranġamenti kuntrattwali ma’ tester estern, għall-fini li jwettaq, taħt id-direzzjoni ta’ entità finanzjarja waħda ddeżinjata, TLPT aggregat li jinvolvi diversi entitajiet finanzjarji (ittestjar aggregat) li għaliha l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT.
Dak l-ittestjar aggregat għandu jkopri l-firxa rilevanti ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti kkuntrattati lill-fornitur terz rispettiv ta’ servizzi tal-ICT mill-entitajiet finanzjarji. L-ittestjar aggregat għandu jitqies bħala TLPT imwettaq mill-entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat.
L-għadd ta’ entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat għandu jiġi kkalibrat kif xieraq b’kont meħud tal-kumplessità u t-tipi ta’ servizzi involuti.
5. L-entitajiet finanzjarji għandhom, bil-kooperazzjoni tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u partijiet oħra involuti, inkluż it-testers iżda eskluż l-awtoritajiet kompetenti, japplikaw kontrolli effettivi ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex inaqqsu ir-riskji ta’ kwalunkwe impatt potenzjali fuq id-data, ħsara lill-assi, u tfixkil ta’ funzjonijiet, servizzi jew operazzjonijiet kritiċi jew importanti fl-entità finanzjarja stess, il-kontropartijiet tagħha jew is-settur finanzjarju.
6. Fi tmiem l-ittestjar, wara li jkunu ġew miftiehma r-rapporti u l-pjanijiet ta’ rimedju, l-entità finanzjarja u, fejn applikabbli, it-testers esterni għandhom jipprovdu lill-awtorità, iddeżinjata skont il-paragrafu 9 jew 10, sommarju tas-sejbiet rilevanti, il-pjanijiet ta’ rimedju u d-dokumentazzjoni li turi li t-TLPT twettaq skont ir-rekwiżiti.
7. L-awtoritajiet għandhom jipprovdu lill-entitajiet finanzjarji b’attestazzjoni li tikkonferma li t-test twettaq f’konformità mar-rekwiżiti kif tixhed id-dokumentazzjoni sabiex ikun jista’ jsir rikonoxximent reċiproku tat-testijiet tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-entità finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bl-attestazzjoni, is-sommarju tas-sejbiet rilevanti u l-pjanijiet ta’ rimedju.
Mingħajr preġudizzju għal tali attestazzjoni, l-entitajiet finanzjarji għandhom f’kull ħin jibqgħu kompletament responsabbli għall-impatt tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
8. L-entitajiet finanzjarji għandhom jikkuntrattaw testers biex iwettqu t-TLPT f’konformità mal-Artikolu 27. Meta l-entitajiet finanzjarji jużaw testers interni biex iwettqu t-TLPT, huma għandhom jikkuntrattaw testers estern għal kull tliet testijiet.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jużaw biss testers esterni f’konformità mal-Artikolu 27(1), il-punti (a) sa (e).
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-entitajiet finanzjarji li huma meħtieġa jwettqu TLPT waqt li jqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), abbażi ta’ valutazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
(a) |
fatturi relatati mal-impatt, b’mod partikolari safejn is-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa mill-entità finanzjarja jimpattaw is-settur finanzjarju; |
(b) |
it-tħassib possibbli dwar l-istabbiltà finanzjarja, inkluż il-karattru sistemiku tal-entità finanzjarja fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, kif applikabbli; |
(c) |
il-profil speċifiku tar-riskju tal-ICT, il-livell ta’ maturità tal-ICT tal-entità finanzjarja jew il-karatteristiċi tat-teknoloġija involuti. |
9. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw awtorità pubblika waħda fis-settur finanzjarju biex tkun responsabbli għall-kwistjonijiet marbuta mat-TLPT fis-settur finanzjarju fil-livell nazzjonali u għandha tafdaha bil-kompetenzi u l-kompiti kollha għal dak l-għan.
10. Fin-nuqqas ta’ deżinjazzjoni skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għas-setgħa mogħtija għall-identifikazzjoni tal-entitajiet finanzjarji meħtieġa biex iwettqu TLPT, awtorità kompetenti tista’ tiddelega l-eżerċizzju ta’ xi kompiti, jew kollha, imsemmija f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 27 lil awtorità nazzjonali oħra fis-settur finanzjarju.
11. L-ASE għandhom, bi qbil mal-BĊE, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji konġunti f’konformità mal-qafas TIBER–EU sabiex jispeċifikaw aktar:
(a) |
il-kriterji użati għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu; |
(b) |
ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni; |
(c) |
ir-rekwiżiti fir-rigward ta’:
|
(d) |
it-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni oħra rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-TLPT, u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta’ dak l-ittestjar, fil-kuntest ta’ entitajiet finanzjarji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, biex ikun permess livell xieraq ta’ involviment superviżorju u implimentazzjoni flessibbli biex jiġu koperti l-ispeċifiċitajiet tas-sottosetturi finanzjarji jew tas-swieq finanzjarji lokali. |
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-SE għandhom iqisu kif xieraq kwalunkwe karatteristika speċifika li tirriżulta min-natura distinta tal-attivitajiet f’setturi differenti tas-servizzi finanzjarji.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27
Rekwiżiti għat-testers għat-twettiq tat-TLPT
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw biss testers għat-twettiq tat-TLPT, li:
(a) |
jkunu l-aktar xierqa u tal-ogħla reputazzjoni; |
(b) |
ikollhom kapaċitajiet tekniċi u organizzazzjonali u juru għarfien espert speċifiku fl-intelligence tat-theddid, l-ittestjar tal-penetrazzjoni u l-ittestjar tat-tim l-aħmar; |
(c) |
huma ċċertifikati minn korp ta’ akkreditazzjoni fi Stat Membru jew jaderixxu ma’ kodiċijiet ta’ kondotta formali jew oqfsa etiċi; |
(d) |
jipprovdu aċċertament indipendenti, jew rapport tal-awditjar, b’rabta mal-ġestjoni għaqlija tar-riskji assoċjati mat-twettiq tat-TLPT, inkluż il-protezzjoni xierqa tal-informazzjoni kunfidenzjali tal-entità finanzjarja u r-rimedju għar-riskji tan-negozju tal-entità finanzjarja; |
(e) |
ikunu koperti kif xieraq u kompletament minn assigurazzjonijiet ta’ indennizz professjonali rilevanti, inkluż kontra r-riskji ta’ mġiba ħażina u negliġenza. |
2. Meta jużaw testers interni, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li, minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
tali użu jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti rilevanti jew mill-awtorità pubblika unika ddeżinjata skont l-Artikolu 26(9) u (10); |
(b) |
l-awtorità kompetenti rilevanti tkun ivverifikat li l-entità finanzjarja għandha biżżejjed riżorsi u żgurat li l-kunflitti ta’ interess huma evitati matul il-fażijiet kollha tat-tfassil u tal-eżekuzzjoni tat-test; u |
(c) |
il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid huwa estern għall-entità finanzjarja. |
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-kuntratti konklużi mat-testers esterni jirrikjedu ġestjoni għaqlija tar-riżultati tat-TLPT u li kwalunkwe pproċessar tad-data tagħhom, inkluż kwalunkwe ġenerazzjoni, ħżin, aggregazzjoni, abbozz, rapport, komunikazzjoni jew qerda, ma joħolqux riskji għall-entità finanzjarja.
KAPITOLU V
Ġestjoni tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi
Artikolu 28
Prinċipji ġenerali
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimmaniġġaw ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi bħala komponent integrali tar-riskju tal-ICT fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
l-entitajiet finanzjarji li għandhom fis-seħħ arranġamenti kuntrattwali għall-użu tas-servizzi tal-ICT biex iwettqu l-operat tagħhom għandhom, f’kull ħin, jibqgħu kompletament responsabbli għall-konformità mal-obbligi kollha u jwettquhom, skont dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar is-servizzi finanzjarji; |
(b) |
il-ġestjoni mill-entitajiet finanzjarji tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi għandha tiġi implimentata fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu:
|
2. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji, għajr dawk l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu u għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jadottaw, u jirrieżaminaw b’mod regolari, strateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, waqt li jqisu l-istrateġija ta’ diversi bejjiegħa msemmija fl-Artikolu 6(9), fejn applikabbli. L-istrateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi għandha tinkludi politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u għandha tapplika fuq bażi individwali u, fejn rilevanti, fuq bażi subkonsolidata u konsolidata. Il-korp maniġerjali għandu, abbażi ta’ valutazzjoni tal-profil tar-riskju ġenerali tal-entità finanzjarja u l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tan-negozju, jirrieżamina regolarment ir-riskji identifikati fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
3. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu u jaġġornaw fil-livell tal-entità, u fil-livelli subkonsolidati u konsolidati, reġistru ta’ informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
L-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati b’mod xieraq, filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk li jkopru s-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u dawk li le.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-għadd ta’ arranġamenti ġodda dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, il-kategoriji tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, it-tip ta’ arranġamenti kuntrattwali u s-servizzi u l-funzjonijiet tal-ICT li qed jiġu pprovduti.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, ir-reġistru sħiħ tal-informazzjoni jew, kif mitlub, taqsimiet speċifikati tiegħu, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala neċessarja biex tkun tista’ ssir is-superviżjoni effettiva tal-entità finanzjarja.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti fil-ħin dwar kwalunkwe arranġament kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ippjanat li jappoġġja funzjonijiet kritiċi jew importanti kif ukoll meta funzjoni ssir kritika jew importanti.
4. Qabel ma jidħlu f’arranġament kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom:
(a) |
jivvalutaw jekk l-arranġament kuntrattwali jkoprix l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti; |
(b) |
jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet superviżorji għall-ikkuntrattar humiex issodisfati; |
(c) |
jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji rilevanti kollha b’rabta mal-arranġament kuntrattwali, inkluż il-possibbiltà li tali arranġamenti kuntrattwali jistgħu jikkontribwixxu għal żieda fir-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT kif imsemmi fl-Artikolu 29; |
(d) |
iwettqu d-diliġenza dovuta kollha fuq fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u matul il-proċessi kollha tal-għażla u tal-valutazzjoni jiżguraw li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun adatt; |
(e) |
jidentifikaw u jivvalutaw il-kunflitti ta’ interess li jista’ jikkawża l-arranġament kuntrattwali. |
5. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jidħlu biss f’arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jikkonformaw ma’ standards tas-sigurtà tal-informazzjoni xierqa. Fejn dawk l-arranġamenti kuntrattwali jikkonċernaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, qabel ma jikkonkludu l-arranġamenti, iqisu kif xieraq l-użu, mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, tal-aktar standards għolja u aġġornati ta’ kwalità fis-sigurtà tal-informazzjoni.
6. Fl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-aċċess, tal-ispezzjoni u tal-awditjar fuq il-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jiddeterminaw minn qabel il-frekwenza tal-awditi u tal-ispezzjonijiet kif ukoll l-oqsma li għandhom jiġu awditjati billi jaderixxu ma’ standards tal-awditjar aċċettati b’mod komuni f’konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni superviżorja dwar l-użu u l-inkorporazzjoni ta’ tali standards tal-awditjar.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT jinvolvu kumplessità teknika għolja, l-entità finanzjarja għandha tivverifika li l-awdituri, kemm jekk interni kif ukoll jekk esterni, jew diversi awdituri, għandhomx il-ħiliet u l-għarfien xieraq biex iwettqu l-awditi u l-valutazzjonijiet rilevanti.
7. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT jistgħu jiġu tterminati fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
ksur sinifikanti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tat-termini kuntrattwali applikabbli; |
(b) |
iċ-ċirkostanzi identifikati matul il-monitoraġġ tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi meqjusa li jistgħu jbiddlu t-twettiq tal-funzjonijiet ipprovduti permezz tal-arranġament kuntrattwali, inkluż bidliet materjali li jaffettwaw l-arranġament jew is-sitwazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT; |
(c) |
dgħufijiet evidenzjati tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT marbuta mal-ġestjoni globali tiegħu tar-riskju tal-ICT u b’mod partikolari fil-mod kif jiżgura d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-inegrità u l-kunfidenzjalità tad-data, kemm jekk tkun data personali kif ukoll jekk tkun sensittiva b’mod ieħor, jew data mhux personali; |
(d) |
fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ twettaq superviżjoni effettiva tal-entità finanzjarja bħala riżultat tal-kundizzjonijiet tal-arranġament kuntrattwali rispettiv jew iċ-ċirkostanzi marbuta miegħu. |
8. Għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu strateġiji ta’ ħruġ. L-istrateġiji ta’ ħruġ għandhom iqisu r-riskji li jistgħu jfiġġu fil-livell ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, b’mod partikolari l-falliment possibbli min-naħa tagħhom, deterjorament tal-kwalità tas-servizzi tal-ICT ipprovduti, kwalunkwe tfixkil fl-operat minħabba forniment mhux xieraq jew li ma sarx ta’ servizzi tal-ICT jew kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta b’rabta mal-użu xieraq u kontinwu tas-servizz tal-ICT rispettiv, jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-paragrafu 7.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu joħorġu mill-arranġamenti kuntrattwali mingħajr:
(a) |
tfixkil fl-attivitajiet tal-operat tagħhom, |
(b) |
limitazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji, |
(c) |
detriment għall-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti. |
Il-pjanijiet ta’ ħruġ għandhom ikunu komprensivi, dokumentati u, f’konformità mal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 4(2), għandhom jiġu ttestjati biżżejjed u rieżaminati perjodikament.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw soluzzjonijiet alternattivi u jiżviluppaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni li jippermettulhom ineħħu l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ICT ikkuntrattati u d-data rilevanti mingħand il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u li jittrasferuhom b’mod sigur u integrali lil fornituri alternattivi jew jinkorporawhom mill-ġdid internament.
L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom stabbiliti miżuri ta’ kontinġenza xierqa biex iżommu l-kontinwità tal-operat fil-każ li jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
9. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jistabbilixxu l-mudelli standard għall-finijiet tar-reġistru tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, inkluż l-informazzjoni li hija komuni għall-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT. L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
10. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw aktar il-kontenut dettaljat tal-politika msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
Meta jiżviluppaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha. L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 29
Valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT fil-livell ta’ entità
1. Meta jwettqu l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 28(4), il-punt (c), l-entitajiet finanzjarji għandhom ukoll iqisu jekk il-konklużjoni prevista ta’ arranġament kuntrattwali fir-rigward ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti twassalx għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
jiġi kkuntrattat fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li mhuwiex faċilment sostitwibbli; jew |
(b) |
jiġu stabbiliti bosta arranġamenti kuntrattwali b’rabta mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti mal-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT b’rabtiet mill-qrib. |
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżnu l-benefiċċji u l-kostijiet ta’ soluzzjonijiet alternattivi, bħall-użu ta’ fornituri terzi differenti ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jqisu jekk is-soluzzjonijiet previsti jaqblux mal-ħtiġijiet u l-objettivi tan-negozju stabbiliti fl-istrateġija ta’ reżiljenza diġitali tagħhom u kif.
2. Meta l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jinkludu l-possibbiltà li fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikompli jissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti lil fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżnu l-benefiċċji u r-riskji li jistgħu jinħolqu b’rabta ma’ tali sottokuntrattar, b’mod partikolari fil-każ ta’ sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali jikkonċernaw servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu kif xieraq id-dispożizzjonijiet fil-liġi dwar l-insolvenza li japplikaw fil-każ tal-falliment ta’ fornitur terz ta’ servizz tal-ICT kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni li tista’ tinħoloq fir-rigward tal-irkupru urġenti tad-data tal-entità finanzjarja.
Meta jiġu konklużi arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz, l-entitajiet finanzjarji għandhom, apparti l-kunsiderazzjonijiet msemmija fit-tieni subparagrafu, iqisu wkoll il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-infurzar effettiv tal-liġi f’dak il-pajjiż terz.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jipprevedu s-sottokuntrattar, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw jekk il-ktajjen potenzjalment twal jew kumplessi ta’ sottokuntrattar jistax ikollhom impatt, u kif jistgħu jħallu dan l-impatt, fuq il-kapaċità tagħhom li jimmonitorjaw bis-sħiħ il-funzjonijiet ikkuntrattati u l-kapaċità tal-awtorità kompetenti li twettaq superviżjoni b’mod effettiv fuq l-entità finanzjarja f’dak ir-rigward.
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet kuntrattwali ewlenin
1. Id-drittijiet u l-obbligi tal-entità finanzjarja u tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandhom jiġu allokati b’mod ċar bil-miktub. Il-kuntratt sħiħ għandu jinkludi l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u għandu jiġi ddokumentat f’dokument bil-miktub wieħed li għandu jkun disponibbli għall-partijiet fuq karta, jew f’dokument f’format ieħor li jista’ jitniżżel u jkun durabbli u aċċessibbli.
2. L-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni ċara u kompleta tal-funzjonijiet u s-servizzi kollha tal-ICT li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur terz ta’ servizz tal-ICT, li tindika jekk huwiex permess is-sottokuntrattar ta’ servizz tal-ICT li jappoġġja funzjoni kritika jew importanti, jew partijiet materjali tiegħu u, f’dak il-każ, il-kondizzjonijiet li japplikaw għal tali sottokuntrattar; |
(b) |
il-postijiet, jiġifieri r-reġjuni u l-pajjiżi, fejn iridu jiġu pprovduti l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ICT kuntrattati jew sottokuntrattati u fejn id-data trid tiġi pproċessata, inkluż fejn ser jinħażnu, u r-rekwiżit li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jinnotifika lill-entità finanzjarja minn qabel jekk ikun biħsiebu jibdel il-postijiet tal-ħażna; |
(c) |
dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, inkluż id-data personali; |
(d) |
dispożizzjonijiet dwar l-iżgurar tal-aċċess, l-irkupru u r-ritorn f’format faċilment aċċessibbli tad-data personali u mhux personali pproċessata mill-entità finanzjarja fil-każ tal-insolvenza, ir-riżoluzzjoni jew il-waqfien tal-operat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew fil-każ tat-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali; |
(e) |
deskrizzjonijiet tal-livell ta’ servizz, inkluż aġġornamenti u reviżjonijiet tiegħu[…] |
(f) |
l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi assistenza lill-entità finanzjarja mingħajr kost addizzjonali, jew b’kost li jiġi ddeterminat ex ante, meta jseħħ inċident tal-ICT li jkun relatat mas-servizz tal-ICT ipprovdut lill-entità finanzjarja; |
(g) |
l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-entità finanzjarja, inklużi persuni maħtura minnhom; |
(h) |
id-drittijiet ta’ terminazzjoni u l-perjodi minimi ta’ avviż għat-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali, f’konformità mal-aspettattivi tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni; |
(i) |
il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fil-programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji u fis-sessjonijiet ta’-taħriġ dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali f’konformità mal-Artikolu 13(6). |
3. L-arranġamenti kuntrattwali għall-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti għandhom, minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafu 2, jinkludu tal-inqas dan li ġej:
(a) |
deskrizzjonijiet sħaħ tal-livell tas-servizz, inkluż aġġornamenti u r-reviżjonijiet tagħhom b’miri tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi preċiżi fil-limiti tal-livelli tas-servizz miftiehma biex jippermettu monitoraġġ effettiv mill-entità finanzjarja tas-servizzi tal-ICT u jippermettu t-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi xierqa, mingħajr dewmien żejjed, meta l-livelli tas-servizz miftiehma ma jintlaħqux; |
(b) |
il-perjodi ta’ avviż u l-obbligi ta’ rappurtar tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lill-entità finanzjarja, inkluż in-notifika ta’ kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi s-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti b’mod effettiv f’konformità mal-livelli tas-servizz miftiehma; |
(c) |
rekwiżiti għall-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT biex jimplimenta u jittestja pjanijiet ta’ kontinġenza tan-negozju u biex ikollu fis-seħħ miżuri, għodod u politiki ta’ sigurtà tal-ICT li jipprovdu livell xieraq ta’ sigurtà biex l-entità finanzjarja tipprovdi s-servizzi tagħha skont il-qafas regolatorju tagħha; |
(d) |
l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipparteċipa u jikkoopera bis-sħiħ fit-TLPT tal-entità finanzjarja kif imsemmi fl-Artikoli 26 u 27; |
(e) |
id-dritt ta’ monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, li jinvolvi dan li ġej:
|
(f) |
strateġiji ta’ ħruġ, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni adegwat obbligatorju:
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (e), il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u l-entità finanzjarja li tkun mikrointrapriża jistgħu jaqblu li d-drittijiet tal-entità finanzjarja ta’ aċċess, spezzjoni u awditjar jistgħu jiġu ddelegati lil parti terza indipendenti, maħtura mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, u li l-entità finanzjarja tista’ titlob informazzjoni u aċċertament fuq il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mill-parti terza fi kwalunkwe ħin.
4. Meta jinnegozjaw arranġamenti kuntrattwali, l-entitajiet finanzjarji u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali standard żviluppati minn awtoritajiet pubbliċi għal servizzi speċifiċi.
5. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw aktar l-elementi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), li entità finanzjarja teħtieġ tiddetermina u tivvaluta meta tissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entitajiet finanzjarji, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 31
Deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT
1. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u fuq rakkomandazzjoni mill-Forum ta’ Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 32(1) għandhom:
(a) |
jiddeżinjaw il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma kritiċi għall-entitajiet finanzjarji, wara valutazzjoni li tqis l-kriterji speċifikati fil-paragrafu 2; |
(b) |
jaħtru bħala sorveljant ewlieni għal kull fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT l-Awtorità Superviżorja Ewropea responsabbli, f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010, għall-entitajiet finanzjarji li t-total tal-assi li flimkien ikollhom l-akbar sehem tal-assi totali mill-valur tal-assi totali tal-entitajiet finanzjarji kollha li jużaw is-servizzi tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT rilevanti, kif jixhdu l-karti bilanċjali individwali ta’ dawk l-entitajiet finazjarji magħduda flimkien. |
2. Id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin fir-rigward tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill- fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:
(a) |
l-impatt sistemiku fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment ta’ servizzi finanzjarji fil-każ li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rilevanti jkun affrontat minn nuqqas operattiv fuq skala kbira li jipprovdi s-servizzi tiegħu, b’kont meħud tal-għadd ta’ entitajiet finanzjarji u l-valur totali tal-assi li lilhom jipprovdi servizzi l-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT; |
(b) |
in-natura sistemika jew l-importanza tal-entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rilevanti, ivvalutata skont il-parametri li ġejjin:
|
(c) |
id-dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq is-servizzi pprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT b’rabta mal-funzjonijiet kritiċi jew importanti ta’ entitajiet finanzjarji li fl-aħħar mill-aħħar jinvolvu l-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, irrispettivament minn jekk l-entitajiet finanzjarji jiddependux fuq dawk is-servizzi direttament jew indirettament, permezz ta’ arranġamenti ta’ sottokuntrattar; |
(d) |
il-grad ta’ sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jitqiesu l-parametri li ġejjin:
|
3. Fejn il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jappartjeni għal grupp, il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu fir-rigward tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-grupp kollu kemm hu.
4. Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li huma parti minn grupp għandhom jaħtru persuna ġuridika waħda bħala punt ta’ koordinazzjoni biex jiżguraw rappreżentanza u komunikazzjoni adegwati mas-sorveljant ewlieni.
5. Is-sorveljant ewlieni għandu jinnotifika lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT dwar l-eżitu tal-valutazzjoni li twassal għad-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a). Fi żmien 6 ġimgħat mid-data tan-notifika, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jippreżenta dikjarazzjoni motivata bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni lis-sorveljant ewlieni. Is-sorveljant ewlieni għandu jikkunsidra d-dikjarazzjoni motivata u jista’ jitlob li tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali fi żmien 30 jum kalendarju mill-wasla ta’ tali dikjarazzjoni.
Wara d-deżinjazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jinnotifikaw lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT b’din id-deżinjazzjoni u bid-data minn meta ser jibdew jkunu effettivament soġġetti għal attivitajiet ta’ sorveljanza. Dik id-data tal-bidu ma għandhiex tkun aktar tard minn xahar wara n-notifika. Il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jinnotifika lill-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi servizzi dwar id-deżinjazzjoni tagħhom bħala kritika.
6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 57 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sas-17 ta’ Lulju 2024.
7. Id- deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ma għandhiex tintuża qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f’konformità mal-paragrafu 6.
8. Id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:
(i) |
entitajiet finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji oħra; |
(ii) |
fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma soġġetti għal oqfsa ta’ sorveljanza stabbiliti għall-finijiet ta’ appoġġ għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
(iii) |
fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT; |
(iv) |
fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi tal-ICT fi Stat Membru wieħed biss lil entitajiet finanzjarji li huma attivi biss f’dak l-Istat Membru. |
9. L-AS, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jistabbilixxu, jippubblikaw u jaġġornaw kull sena l-lista ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fil-livell tal-Unjoni.
10. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali u aggregata, jibagħtu r-rapporti msemmija fl-Artikolu 28(3), it-tielet subparagrafu, lill-Forum ta’ Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 32. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jivvaluta d-dipendenzi ta’ entitajiet finanzjarji fuq partijiet terzi tal-ICT abbażi tal-informazzjoni li jirċievu mill-awtoritajiet kompetenti.
11. Il-fornituri terz ta’ servizzi tal-ICT li mhumiex fil-lista msemmija fil-paragrafu 9 jistgħu jitolbu li jiġu iddeżinjati bħala kritiċi skont il-paragrafu 1, il-punt (a).
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jippreżenta applikazzjoni motivata lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA, li, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiddeċiedu jekk jiddeżinjawx lil dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku skont il-paragrafu 1, il-punt (a).
Id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi adottata u nnotifikata lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fi żmien 6 xhur minn meta tasal l-applikazzjoni.
12. L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw biss is-servizzi ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u li jkun ġie ddeżinjat bħala kritiku f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (a), jekk dan ikun stabbilixxa sussidjarja fl-Unjoni fi żmien 12-il xahar wara d-deżinjazzjoni.
13. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT imsemmi fil-paragrafu 12 għandu jinnotifika lis-sorveljant ewlieni bi kwalunkwe bidla fl-istruttura tal-maniġment tas-sussidjarja stabbilita fl-Unjoni.
Artikolu 32
Struttura tal-Qafas ta’ Sorveljanza
1. Il-Kumitat Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, għandu jistabbilixxi l-Forum ta’ Sorveljanza bħala sottokumitat għall-finijiet ta’ appoġġ għall-ħidma tal-Kumitat Konġunt u s-Sorveljant Ewlieni msemmi fil-Artikolu 31(1), il-punt (b), fil-qasam tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-setturi finanzjarji kollha. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jħejji l-abbozzi tal-pożizzjonijiet konġunti u l-abbozzi tal-atti komuni tal-Kumitat Konġunt f’dak il-qasam.
Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jiddiskuti regolarment l-iżviluppi rilevanti dwar ir-riskju u l-vulnerabbiltajiet tal-ICT u jippromwovi approċċ konsistenti fil-monitoraġġ tar-riskju tal-partijiet terzi tal-ICT fuq livell tal-Unjoni.
2. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu, fuq bażi annwali, jwettaq valutazzjoni kollettiva tar-riżultati u s-sejbiet tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa għall-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT u jippromwovi miżuri ta’ koordinazzjoni biex tiżdied ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji, jitrawmu l-aħjar prattiki dwar l-indirizzar tar-riskju tal-konċentrazzjoni tal-ICT u jiġu esplorati mitiganti għat-trasferiment tar-riskju minn settur għall-ieħor.
3. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jippreżenta parametri referenzjarji komprensivi għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt bħala pożizzjonijiet konġunti tal-ASE skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
4. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jkun magħmul minn:
(a) |
il-Presidenti tal-ASE; |
(b) |
rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru; |
(c) |
id-Diretturi Eżekuttivi ta’ kull Awtorità Superviżorja Ewropeja u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, mill-BERS, mill-BĊE u mill-ENISA bħala osservaturi; |
(d) |
fejn xieraq, rappreżentant addizzjonali wieħed ta’ awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru bħala osservatur; |
(e) |
fejn applikabbli, rappreżentant wieħed tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li jkun ġie ddeżinjat bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, bħala osservatur. |
Il-Forum ta’ Sorveljanza jista’, fejn xieraq, ifittex il-parir ta’ esperti indipendenti maħtura skont il-paragrafu 6.
5. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja l-awtorità kompetenti rilevanti li l-membru tal-persunal tagħha għandu jkun ir-rappreżentant ta’ livell għoli msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u għandu jinforma lis-sorveljant ewlieni b’dan.
L-ASE għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-lista tar-rappreżentanti ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rielvanti maħtura mill-Istati Membri.
6. L-esperti indipendenti msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, għandhom jinħatru mill-Forum ta’ Sorveljanza minn grupp ta’ esperti magħżula wara proċess ta’ applikazzjoni pubbliku u trasparenti.
L-esperti indipendenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien espert tagħhom dwar l-istabbiltà finanzjarja, ir-reżiljenza operazzjonali diġitali u kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ICT. Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi, u la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.
7. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, l-ASE għandhom sas-17 ta’ Lulju 2024 joħorġu, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-ASE u l-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-proċeduri dettaljati u l-kondizzjonijiet għat-tqassim u għat-twettiq tal-kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ASE u d-dettalji dwar l-iskambji ta’ informazzjoni li huma meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d), indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
8. Ir-rekwiżiti li jinsabu f’din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u ta’ regoli oħra tal-Unjoni dwar is-sorveljanza applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing.
9. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u abbażi tal-ħidma preparatorja mwettqa mill-Forum ta’ Sorveljanza, għandhom, fuq bażi annwali, jippreżentaw rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 33
Kompiti tas-Sorveljant Ewlieni
1. Is-sorveljant ewlieni, maħtur f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (b), għandu jwettaq is-sorveljanza tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT assenjat u għandu jkun, għall-finijiet tal-kwistjonijiet kollha marbuta mas-sorveljanza, il-punt primarju ta’ kuntatt għal dawk il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-sorveljant ewlieni għandu jivvaluta jekk kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT għandux fis-seħħ regoli, proċeduri, mekkaniżmi u arranġamenti komprensivi, sodi u effettivi għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT li jista’ joħloq għall-entitajiet finanzjarji.
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiffoka prinċipalment fuq is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġja l-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji. Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji rilevanti kollha, dik il-valutazzjoni għandha testendi għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet oħra għajr dawk li huma kritiċi jew importanti.
3. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkopri:
(a) |
ir-rekwiżiti tal-ICT biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, is-sigurtà, id-disponibbiltà, il-kontinwità, l-iskalabbiltà u l-kwalità tas-servizzi li jipprovdi l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, kif ukoll il-kapaċità li f’kull ħin jinżammu standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità jew kunfidenzjalità; |
(b) |
is-sigurtà fiżika li tikkontribwixxi għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ICT, inkluża s-sigurtà tal-bini, tal-faċilitajiet u taċ-ċentri tad-data; |
(c) |
il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, il-politiki ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT; |
(d) |
l-arranġamenti ta’ governanza, inkluża struttura organizzazzjonali b’linji ċari, trasparenti u konsistenti ta’ responsabbiltà u akkontabbiltà li jippermettu ġestjoni effettiva tar-riskju tal-ICT; |
(e) |
l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar fil-pront ta’ inċidenti materjali relatati mal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ dawk l-inċidenti, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki; |
(f) |
il-mekkaniżmi għall-portabbiltà tad-data, il-portabbiltà u l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet, li jiżguraw eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ terminazzjoni mill-entitajiet finanzjarji; |
(g) |
l-ittestjar tas-sistemi, tal-infrastruttura u tal-kontrolli tal-ICT; |
(h) |
l-awditi tal-ICT; |
(i) |
l-użu ta’ standards nazzjonali u internazzjonali rilevanti applikabbli għall-forniment tas-servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji. |
4. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, u f’koordinazzjoni man-Netwerk Konġunt ta’ Sorveljanza (JON) imsemmi fl-Artikolu 34(1), is-Sorveljant Ewlieni għandu jadotta pjan ta’ sorveljanza individwali li jkun ċar, dettaljat u motivat li jiddeskrivi l-objettivi annwali tas-sorveljanza u l-azzjonijiet ewlenin ippjanati għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT. Dak il-pjan għandu jiġi kkomunikat kull sena lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ sorveljanza, is-sorveljant ewlieni għandu jikkomunika l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Malli jirċievi l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza, il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jista’ jippreżenta dikjarazzjoni motivata fi żmien 15-il jum kalendarji li turi l-impatt mistenni fuq il-klijenti li huma entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fejn xieraq, jifformula soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji.
5. Ladarba l-pjanijiet annwali ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 4 ikunu ġew adottati u nnotifikati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri li jikkonċernaw tali fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT bi qbil mas-sorveljant ewlieni biss.
Artikolu 34
Koordinazzjoni operazzjonali bejn is-Sorveljanti Ewlenin
1. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza u bil-ħsieb li jiġu permessi strateġiji ta’ sorveljanza ġenerali kkoordinati u approċċi operazzjonali u metodoloġiji ta’ ħidma koeżivi, it-tliet Sorveljanti Ewlenin maħtura f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (b), għandhom jistabbilixxu JON biex jikkoordinaw bejniethom fl-istadji preparatorji u biex jikkoordinaw it-tmexxija tal-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT issorveljati rispettivi tagħhom, kif ukoll waqt kwalunkwe azzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont l-Artikolu 42.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-Sorveljanti Ewlenin għandhom ifasslu protokoll ta’ sorveljanza komuni li jispeċifika l-proċeduri dettaljati li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tal-koordinazzjoni ta’ kuljum u għall-iżgurar ta’ skambji u reazzjonijiet rapidi. Il-protokoll għandu jiġi rivedut perjodikament biex jirrifletti l-ħtiġijiet operazzjonali, b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-arranġamenti prattiċi ta’ sorveljanza.
3. Is-Sorveljanti Ewlenin jistgħu, fuq bażi ad hoc, jitolbu lill-BĊE u lill-ENISA jipprovdu parir tekniku, jikkondividu l-esperjenza prattika jew jieħdu sehem f’laqgħat speċifiċi ta’ koordinazzjoni tal-JON.
Artikolu 35
Setgħat tas-Sorveljant Ewlieni
1. Għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħat li ġejjin fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT:
(a) |
li jitlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 37; |
(b) |
li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet ġenerali f’konformità mal-Artikoli 38 u 39, rispettivament; |
(c) |
li jitlob, wara t-tlestija tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, rapporti li jispeċifikaw l-azzjonijiet li ttieħdu jew ir-rimedji li ġew implimentati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT b’rabta mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu; |
(d) |
li joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma msemmija fl-Artikolu 33(3), b’mod partikolari li jikkonċerna dan li ġej:
Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-punt, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom, bl-użu tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 41(1), il-punt (b), jibagħtu l-informazzjoni rigward is-sottokuntrattar lis-Sorveljant Ewlieni. |
2. Meta jeżerċita s-setgħat imsemmija f’dan l-Artikolu, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
(a) |
jiżgura koordinazzjoni regolari fi ħdan il-JON, u b’mod partikolari għandu jfittex approċċi konsistenti, kif xieraq, fir-rigward tas-sorveljanza ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT; |
(b) |
iqis b’mod xieraq il-qafas stabbilit mid-Direttiva (UE) 2022/2555 u, fejn meħtieġ, jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità ma’dik id-Direttiva, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li jistgħu japplikaw għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont dik id-Direttiva; |
(c) |
jipprova jimminimizza, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju ta’ tfixkil fis-servizzi pprovduti minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT lil klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
3. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkonsulta mal-Forum ta’ Sorveljanza qabel ma jeżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1.
Qabel ma joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti l-opportunità lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi, fi żmien 30 jum kalendarju, l-informazzjoni rilevanti li turi l-impatt mistenni fuq klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, li jifformula soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji.
4. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-JON bl-eżitu tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b). Is-Sorveljant Ewlieni għandu, mingħajr dewmien żejjed, jibgħat ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), lill-JON u lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT ta’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
5. Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jikkooperaw in bona fide mas-Sorveljant Ewlieni, u jassistuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
6. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sħiħa jew parzjali mal-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu skont l-eżerċizzju tas-setgħat skont il-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), u wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikun irċieva n-notifika tal-miżuri rispettivi, is-Sorveljant Ewlieni għandu jadotta deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali biex iġiegħel lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jikkonforma ma’ dawk il-miżuri.
7. Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fil-paragrafu 6 għandu jiġi impost fuq bażi ta’ kuljum sakemm tinkiseb il-konformità u għal mhux aktar minn perjodu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
8. L-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali, ikkalkulat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali, għandu jkun sa 1 % tal-fatturat medju globali ta’ kuljum tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fis-sena kummerċjali preċedenti. Meta jiddetermina l-ammont tal-pagament ta’ penali, is-Sorveljant Ewlieni għandu jqis il-kriterji li ġejjin rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6:
(a) |
il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità; |
(b) |
jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza; |
(c) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mas-Sorveljant Ewlieni. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, is-Sorveljant Ewlieni għandu jidħol f’konsultazzjoni fi ħdan il-JON.
9. Il-pagamenti ta’ penali għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva u għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun irregolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandhom jitwettqu l-ispezzjonijiet u l-aċċess. Il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq l-ilmenti relatati mat-twettiq irregolari tal-infurzar. L-ammonti tal-pagamenti ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
10. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiżvela lill-pubbliku kull pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost, sakemm tali divulgazzjoni ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.
11. Qabel ma jimponi pagament perjodiku ta’ penali skont il-paragrafu 6, is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti lir-rappreżentanti tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti l-opportunità li jinstema’ dwar is-sejbiet u għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu biss fuq sejbiet li dwarhom il-fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ fil-proċedimenti. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti għandu jkunu intitolat ikollu aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tas-Sorveljant Ewlieni.
Artikolu 36
Eżerċizzju tas-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni barra l-Unjoni
1. Meta l-objettivi ta’ sorveljanza ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta’ interazzjoni mal-istruttura sussidjarja għall-fini tal-Artikolu 31(12), jew billi jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ sorveljanza f’bini li jinsab fl-Unjoni, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jeżerċita s-setgħat, imsemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, fi kwalunkwe bini li jinsab f’pajjiż terz li jkun proprjetà, jew jintuża bi kwalunkwe mod, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi lil entitajiet finanzjarji tal-Unjoni, minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, b’rabta mal-operazzjonijiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju tiegħu, inkluż kwalunkwe uffiċċju, bini, art jew proprjetà oħra amministrattiva, tan-negozju jew operazzjonali:
(a) |
fl-Artikolu 35(1), il-punt (a); u |
(b) |
fl-Artikolu 35(1), il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 38(2), il-punti (a), (b) u (d), u fl-Artikolu 39(1) u (2), il-punt (a). |
Is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu eżerċitati soġġett għall-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i) |
it-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz jitqies meħtieġ mis-Sorveljant Ewlieni biex ikun jista’ jwettaq bis-sħiħ u b’mod effettiv id-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament; |
(ii) |
l-ispezzjoni f’pajjiż terz tkun direttament relatata mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni; |
(iii) |
il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernat jagħti l-kunsens għat-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz; u |
(iv) |
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ġiet notifikata b’mod uffiċjali mis-Sorveljant Ewlieni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għaliha. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA għandha tikkonkludi arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz sabiex tippermetti t-twettiq bla xkiel ta’ spezzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu għall-missjoni tiegħu f’dak il-pajjiż terz. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom.
Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa skont dan ir-Regolament u kwalunkwe monitoraġġ analogu tar-riskju ta’ parti terza tal-ICT fis-settur finanzjarju eżerċitat mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż id-dettalji għat-trażmissjoni tal-ftehim ta’ dan tal-aħħar li jippermetti t-twettiq, mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu, ta’ investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, fit-territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu; |
(b) |
il-mekkaniżmu għat-trażmissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejn l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA u l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni li tista’ tintalab mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 37; |
(c) |
il-mekkaniżmi għan-notifika fil-pront mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA ta’ każijiet fejn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u ddeżinjat bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), jitqies li kiser ir-rekwiżiti li magħhom huwa obbligat jaderixxi skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż terz ikkonċernat meta jipprovdi servizzi lil istituzzjonijiet finanzjarji f’dak il-pajjiż terz, kif ukoll ir-rimedji u l-penalitajiet applikati; |
(d) |
it-trażmissjoni regolari ta’ aġġornamenti dwar l-iżviluppi regolatorji jew superviżorji rigward il-monitoraġġ tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-pajjiż terz ikkonċernat; |
(e) |
id-dettalji li jippermettu, jekk meħtieġ, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant wieħed tal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fl-ispezzjonijiet imwettqa mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat. |
3. Meta s-Sorveljant Ewlieni ma jkunx jista’ jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza barra mill-Unjoni, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
(a) |
jeżerċita s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 35 abbażi tal-fatti u d-dokumenti kollha disponibbli għalih; |
(b) |
jiddokumenta u jispjega kwalunkwe konsegwenza tal-inabbiltà tiegħu li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza previsti kif imsemmi f’dan l-Artikolu. |
Il-konsegwenzi potenzjali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni maħruġa skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d).
Artikolu 37
Talba għal informazzjoni
1. Is-Sorveljant Ewlieni jista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, jitlob lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex is-Sorveljant Ewlieni jwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, inkluż id-dokumenti operazzjonali jew tan-negozju rilevanti kollha, il-kuntratti, il-politiki, id-dokumentazzjoni, ir-rapporti tal-awditjar tas-sigurtà tal-ICT, ir-rapporti tal-inċidenti relatati mal-ICT, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni relatata mal-partijiet li lilhom il-fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT ikun esternalizza funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali.
2. Meta jibgħat talba sempliċi għall-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
(a) |
jirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba; |
(b) |
jiddikjara l-għan tat-talba; |
(c) |
jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa; |
(d) |
jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni; |
(e) |
jinforma lir-rappreżentant tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li mingħandu tintalab l-informazzjoni li mhuwiex obbligat jipprovdi l-informazzjoni, iżda li f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa. |
3. Meta jitlob permezz ta’ deċiżjoni li tiġi pprovduta l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
(a) |
jirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba; |
(b) |
jiddikjara l-għan tat-talba; |
(c) |
jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa; |
(d) |
jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni; |
(e) |
jindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn l-informazzjoni meħtieġa mogħtija ma tkunx kompluta jew meta tali informazzjoni ma tiġix ipprovduta fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu; |
(f) |
jindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni lill-Bord tal-Appell tal-ASE u għad-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. |
4. Ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati jaġixxu jistgħu jfornu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jibqa’ kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, tkun skorretta jew qarrieqa.
5. Is-Sorveljant Ewlieni għandu, mingħajr dewmien, jibgħat kopja tad-deċiżjoni biex iforni informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT rilevanti u lill-JON.
Artikolu 38
Investigazzjonijiet ġenerali
1. Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40(1), jista’, fejn meħtieġ, iwettaq l-investigazzjonijiet tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
2. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħa li:
(a) |
jeżamina r-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna; |
(b) |
jieħu jew jikseb kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri dokumentati u kwalunkwe materjal ieħor; |
(c) |
isejjaħ ir-rappreżentanti tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini tal-investigazzjoni u biex jirreġistra t-tweġibiet; |
(d) |
jintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens biex tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni; |
(e) |
jitlob rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data. |
3. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni għall-finijiet tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni.
Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn il-produzzjoni tar-rekords, id-data, il-proċeduri dokumentati jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lir-rappreżentanti tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti.
4. Ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għall-investigazzjonijiet abbażi ta’ deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
5. Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-investigazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT ta’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar l-investigazzjoni prevista u dwar l-identità tal-persuni awtorizzati.
Is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkomunika lill-JON l-informazzjoni kollha trażmessa skont l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 39
Spezzjonijiet
1. Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 40(1), jista’ jidħol fi, u jwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà tan-negozju tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, bħal uffiċċji prinċipali, ċentri tal-operazzjonijiet, bini sekondarju, kif ukoll iwettaq spezzjonijiet mhux fuq il-post.
Għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkonsulta mal-JON.
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandu jkollhom is-setgħa li:
(a) |
jidħlu fi kwalunkwe tali bini, art jew proprjetà tan-negozju; u |
(b) |
jissiġillaw kwalunkwe tali bini tan-negozju, kotba jew rekords, sal-punt meħtieġ u sakemm iddum l-ispezzjoni. |
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.
3. Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-ispezzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-entitajiet finanzjarji li jużaw dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
4. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru l-firxa sħiħa ta’ sistemi, networks, apparat, informazzjoni u data rilevanti tal-ICT li jintużaw jew jikkontribwixxu għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji.
5. Qabel kwalunkwe spezzjoni ppjanata fuq il-post, is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti avviż raġonevoli lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, sakemm tali avviż ma jkunx possibbli minħabba sitwazzjoni ta’ emerġenza jew kriżi, jew jekk dan iwassal għal sitwazzjoni fejn l-ispezzjoni jew l-awditu ma jibqax effettiv.
6. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jissottometti għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data ta’ meta l-ispezzjoni għandha tibda’ u għandha tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni jsibu li fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jopponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar il-konsegwenzi ta’ tali oppożizzjoni, inkluż il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji rilevanti jeżiġu li entitajiet finanzjarji jtemmu l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Artikolu 40
Sorveljanza kontinwa
1. Meta jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza, b’mod partikolari investigazzjonijiet ġenerali jew spezzjonijiet, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkun assistit minn tim konġunt tal-eżaminazzjoni stabbilit għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT.
2. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal minn:
(a) |
l-ASE; |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li lilhom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT; |
(c) |
l-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punt (e), fuq bażi volontarja; |
(d) |
awtorità kompetenti nazzjonali waħda mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, fuq bażi volontarja. |
Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jkollhom għarfien espert f’materji tal-ICT u fir-riskju operazzjonali. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jaħdem taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal iddeżinjat mis- Sorveljant Ewlieni (il-“koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni”).
3. Fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ investigazzjoni jew spezzjoni, is-Sorveljant Ewlieni, wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Sorveljanza, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet li jiġu indirizzati lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT skont is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35.
4. Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT u lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi s-servizzi tal-ICT.
Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jqis kwalunkwe ċertifikazzjoni terza rilevanti u rapporti tal-awditjar interni jew esterni tal-partijiet terzi tal-ICT li jkunu disponibbli mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Artikolu 41
Armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza
1. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw:
(a) |
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-applikazzjoni għal talba volontarja li jiġi ddeżinjat bħala kritiku skont l-Artikolu 31(11); |
(b) |
il-kontenut, l-istruttura u l-format tal- informazzjoni li għandha tintbagħat, tiġi divulgata jew rappurtata mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 35(1), inkluż il-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar; |
(c) |
il-kriterji għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni li jiżguraw parteċipazzjoni bilanċjata tal-membri tal-persunal mill-ASE u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, id-deżinjazzjoni, il-kompiti u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom. |
(d) |
id-dettalji tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-miżuri meħuda minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 42(3). |
2. L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 42
Segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
1. Fi żmien 60 jum kalendarju mill-wasla tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d), fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jew jinnotifikaw lis-Sorveljant Ewlieni bl-intenzjoni tagħhom li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet inkella jipprovdu spjegazzjoni motivata biex ma jsegwux tali rakkomandazzjonijiet. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jibgħat minnufih din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji kkonċernati.
2. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddivulga pubblikament fejn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jonqos milli jinnotifika lis-Sorveljant Ewlieni f’konformità mal-paragrafu 1 jew fejn l-ispjegazzjoni pprovduta mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ma titqiesx suffiċjenti. L-informazzjoni ppubblikata għandha tiddivulga l-identità tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Tali informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-fini li tiġi żgurata s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, sakemm tali pubblikazzjoni ma tikkawżax ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti jew ma tkunx tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.
Is-Sorveljant Ewlieni għandu jinnotifika lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT dwar dik id-divulgazzjoni pubblika.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-entitajiet finanzjarji rilevanti dwar ir-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 35(1), il-punt (d).
Meta jimmaniġġjaw ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu r-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
4. Fejn awtorità kompetenti tqis li entità finanzjarja tonqos milli tqis jew tindirizza b’mod suffiċjenti fi ħdan l-immaniġġjar tagħha tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi r-riskji speċifiċi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet, għandha tinnotifika lill-entità finanzjarja dwar il-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni, fi żmien 60 jum kalendarju mill-wasla ta’ tali notifika, skont il-paragrafu 6, fin-nuqqas ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa li jkollhom l-għan li jindirizzaw tali riskji.
5. Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi volontarja, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li jkun ġie ddeżinjat bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bħala miżura tal-aħħar istanza, isegwu n-notifika u, jekk xieraq, il-konsultazzjoni kif tinsab fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 50, jieħdu deċiżjoni li tirrikjedi lill-entitajiet finanzjarji jissospendu temporanjament, parzjalment jew kompletament, l-użu jew il-varar ta’ servizz ipprovdut mill-fornitur terz kritiku ts-servizzi tal-ICT, sakemm ikunu ġew indirizzati r-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Fejn meħtieġ, jistgħu jirrikjedu lill-entitajiet finanzjarji jtemmu, parzjalment jew kompletament, l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti konklużi mal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
7. Fejn fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT jirrifjuta li japprova rakkomandazzjonijiet, abbażi ta’ approċċ diverġenti minn dak irrakkomandat mis-Sorveljant Ewlieni, u tali approċċ diverġenti jista’ jkollu impatt negattiv fuq għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji, jew parti sinifikanti mis-settur finanzjarju, u twissijiet individwali maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ma jkunux irriżultaw f’approċċi konsistenti li jimmitigaw ir-riskju potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja, is-Sorveljant Ewlieni jista’, wara li jikkonsulta mal-Forum ta’ Sorveljanza, joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti u mhux pubbliċi lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jippromwovi miżuri ta’ segwitu superviżorji konsistenti u konverġenti, kif xieraq.
8. Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti, meta jieħdu deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iqisu t-tip u l-kobor tar-riskju li ma jkunx indirizzat mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità; |
(b) |
jekk in-nuqqas ta’ konformità żvelax dgħufijiet serji fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni, fil-ġestjoni tar-riskji u fil-kontrolli interni ta’ fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT; |
(c) |
jekk reat finanzjarju kienx iffaċilitat, ikkaġunat jew kienx attribwibbli b’mod ieħor għan-nuqqas ta’ konformità; |
(d) |
jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza; |
(e) |
jekk is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali jintroduċux riskju għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tan-negozju tal-entità finanzjarja minkejja l-isforzi tal-entità finanzjarja biex tevita t-tfixkil fil-forniment tas-servizzi tagħha; |
(f) |
fejn applikabbli, l-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li tkun ġiet iddeżinjata bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, mitluba fuq bażi volontarja f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-entitajiet finanzjarji l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex ikunu jistgħu jaġġustaw l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT sabiex jiġu evitati effetti detrimentali fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom u biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28.
9. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi notifikata lill-membri tal-Forum ta’ Sorveljanza msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (a), (b) u (c), u lill-JON.
Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT affettwati mid-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 6 għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-entitajiet finanzjarji milquta, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċess ta’ sospensjoni jew terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali tagħhom.
10. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b’mod regolari lis-Sorveljant Ewlieni dwar l-approċċi u l-miżuri meħuda fil-kompiti superviżorji tagħhom b’rabta mal-entitajiet finanzjarji, kif ukoll dwar l-arranġamenti kuntrattwali konklużi minn entitajiet finanzjarji fejn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ma jkunux approvaw parzjalment jew kompletament ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom mis-Sorveljant Ewlieni.
11. Is-Sorveljant Ewlieni jista’, fuq talba, jipprovdi aktar kjarifiki dwar ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa biex jiggwida lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miżuri ta’ segwitu.
Artikolu 43
Tariffi superviżorji
1. Is-Sorveljant Ewlieni għandu, f’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jiddebita tariffi lil fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li jkopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tas-Sorveljant Ewlieni b’rabta mat-twettiq ta’ kompiti ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament, inkluż ir-rimborż ta’ kwalunkwe kost li jista’ jinġarab bħala riżultat tal-ħidma mwettqa mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40, kif ukoll il-kostijiet tal-parir ipprovdut mill-esperti indipendenti kif imsemmi fl-Artikolu 32(4), it-tieni subparagrafu, b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza diretta.
L-ammont ta’ tariffa debitat lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għandu jkun proporzjonat mal-fatturat tiegħu.
2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 57 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-ammont tat-tariffi u l-mod li bih għandhom jitħallsu sas-17 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 44
Kooperazzjoni internazzjonali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) Nru 1094/2010, rispettivament, jikkonkludu arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ pajjiżi terzi biex irawmu l-kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward tar-riskju ta’ parti terza tal-ICT fis-setturi finanzjarji differenti kollha, b’mod partikolari billi jiżviluppaw l-aħjar prattiki għar-rieżami tal-prattiki u l-kontrolli tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u tar-rispons għal inċidenti.
2. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jissottomettu kull ħames snin rapport kunfidenzjali konġunt lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tad-diskussjonijiet rilevanti li jsiru mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1, li jiffoka fuq l-evoluzzjoni tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT u l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, għall-integrità tas-suq, għall-protezzjoni tal-investituri u għall-funzjonament tas-suq intern.
KAPITOLU VI
Arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni
Artikolu 45
Arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-intelligence dwar it-theddid ċibernetiku
1. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jiskambjaw bejniethom informazzjoni u intelligence dwar theddid ċibernetiku, inkluż indikaturi ta’ kompromess, tattiċi, tekniki, u proċeduri, allerti dwar is-sigurtà ċibernetika u għodod ta’ konfigurazzjoni, sa fejn tali kondiviżjoni ta’ informazzjoni u intelligence:
(a) |
ikollha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji, b’mod partikolari billi żżid is-sensibilizzazzjoni b’rabta mat-theddid ċibernetiku, tillimita jew timpedixxi l-kapaċità tat-theddid ċibernetiku milli jinxtered, u tappoġġja kapaċitajiet ta’ difiża, tekniki ta’ detezzjoni tat-theddid, strateġiji ta’ mitigazzjoni jew stadji ta’ rispons u rkupru; |
(b) |
isseħħ fi ħdan komunitajiet fdati ta’ entitajiet finanzjarji; |
(c) |
tkun implimentata permezz ta’ arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni li jipproteġu n-natura potenzjalment sensittiva tal-informazzjoni kondiviża, u li jkunu rregolati minn regoli ta’ kondotta b’rispett sħiħ tal-kunfidenzjalità tan-negozju, tal-protezzjoni tad-data personali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u tal-linji gwida dwar il-politika tal-kompetizzjoni. |
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni għandhom jiddefinixxu l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u, fejn xieraq, għandhom jistabbilixxu d-dettalji dwar l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi u l-kapaċità li fiha dawn jistgħu jkunu assoċjati mal-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, dwar l-involviment ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u dwar l-elementi operazzjonali, inkluż l-użu ta’ pjattaformi tal-IT dedikati.
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mal-validazzjoni tas-sħubija tagħhom, jew, kif applikabbli, bil-waqfien tas-sħubija tagħhom, ladarba din issir effettiva.
KAPITOLU VII
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 46
Awtoritajiet kompetenti
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-Qafas ta’ Sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-Kapitolu V, Taqsima II, ta’ dan ir-Regolament, il-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tiġi żgurata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtija mill-atti legali rispettivi:
(a) |
għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-istituzzjonijiet eżentati skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE f’konformità mas-setgħat u l-kompiti kkonferiti minn dak ir-Regolament; |
(b) |
għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, inkluż l-istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inkluż dawk eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE, u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(c) |
għad-ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38); |
(d) |
għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif awtorizzat skont ir-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi u emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mad-dispożizzjoni rilevanti ta’ dak ir-Regolament; |
(e) |
għad-depożitorji ċentrali tat-titoli, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014; |
(f) |
għall-kontropartijiet ċentrali, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
(g) |
għaċ-ċentri ta’ negozjar u l-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, u l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014; |
(h) |
għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, l-awtorità kompetenti ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
(i) |
għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE; |
(j) |
għall-kumpaniji ta’ maniġment, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(k) |
għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(l) |
għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, l-intermedjarji tar-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/97; |
(m) |
għall-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/2341; |
(n) |
għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; |
(o) |
għall-amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
(p) |
għall-fornituri ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv, l-awtorità kompetenti ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2020/1503; |
(q) |
għar-repożitorji tat-titolizzazzjonijiet, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikoli 10 u 14(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
Artikolu 47
Kooperazzjoni mal-istrutturi u l-awtoritajiet stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2022/2555
1. Sabiex irawmu l-kooperazzjoni u jippermettu skambji superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati skont dan ir-Regolament u l-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-ASE u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet superviżorji tagħhom b’rabta ma’ entitajiet finanzjarji. L-ASE u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għal kwistjonijiet b’rabta mal-entitajiet essenzjali jew importanti soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jkunu ġew iddeżinjati wkoll bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw u jikkondividu informazzjoni mal-punti uniċi ta’ kuntatt u s-CSIRTs iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
3. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kwalunkwe parir u assistenza teknika rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni biex jippermettu li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi u ta’ rispons rapidu.
4. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fost l-oħrajn, jispeċifikaw il-proċeduri għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji u ta’ sorveljanza, rispettivament, b’rabta mal-entitajiet essenzjali jew importanti soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jkunu ġew iddeżinjati bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament, inkluż għat-twettiq, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post, kif ukoll għal mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità ma’ dik id-Direttiva li jinkludi aċċess għall-informazzjoni mitluba mll-awtoritajiet tal-aħħar.
Artikolu 48
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib bejniethom u, fejn applikabbli, mas-Sorveljant Ewlieni.
2. L-awtoritajiet kompetenti u s-Sorveljant Ewlieni għandhom, fi żmien debitu, jiskambjaw b’mod reċiproku l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li hija meħtieġa għalihom biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari b’rabta mar-riskji, l-approċċi u l-miżuri identifikati meħuda bħala parti mill-kompiti ta’ sorveljanza tas-Sorveljant Ewlieni.
Artikolu 49
Eżerċizzji finanzjarji transsettorjali, komunikazzjoni u kooperazzjoni
1. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-BĊE, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ informazzjoni relatata ma’ entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-BERS u l-ENISA, kif xieraq, jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu l-kondiviżjoni ta’ prattiki effettivi fis-setturi finanzjarji kollha biex itejbu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni u jidentifikaw vulnerabbiltajiet u riskji ċibernetiċi komuni fis-setturi kollha.
Huma jistgħu jiżviluppaw eżerċizzji ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u ta’ kontinġenza li jinvolvu xenarji ta’ attakki ċibernetiċi bil-ħsieb li jiżviluppaw mezzi ta’ komunikazzjoni u gradwalment jippermettu rispons koordinat effettiv fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta’ inċident transfruntier kbir relatat mal-ICT jew theddida relatata li jkollha impatt sistemiku fuq is-settur finanzjarju tal-Unjoni kollu kemm hu.
Dawk l-eżerċizzji jistgħu, kif xieraq, jittestjaw ukoll id-dipendenzi tas-settur finanzjarju fuq setturi ekonomiċi oħra.
2. L-awtoritajiet kompetenti, l-ASE u l-BĊE għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom skont l-Artikoli 47 sa 54. Huma għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 50
Penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
1. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji, investigattivi u sanzjonarji kollha meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
2. Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas is-setgħat li ġejjin:
(a) |
li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument jew data miżmuma fi kwalunkwe forma lil-awtoritajiet kompetenti jqisu rilevanti għall-qadi ta’ dmirijiethom u jirċievu jew jieħdu kopja tagħha; |
(b) |
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post, li għandhom jinkludu iżda ma għandhomx ikunu limitati għal li:
|
(c) |
li jirrikjedu miżuri korrettivi u ta’ rimedju għal ksur tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu pieni kriminali f’konformità mal-Artikolu 52, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju xierqa għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.
Dawk il-penali u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw mill-inqas il-penali amministrattivi jew il-miżuri ta’ rimedju li ġejjin għall-ksur ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
joħorġu ordni li tirrikjedi li l-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf imġiba li tkun fi ksur ta’ dan ir-Regolament u ma tirrepetix dik l-imġiba; |
(b) |
jirrikjedu l-waqfien temporanju jew permanenti ta’ kwalunkwe prattika jew imġiba li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jipprevjenu r-repetizzjoni ta’ dik il-prattika jew l-imġiba; |
(c) |
jadottaw kwalunkwe tip ta’ miżura, inkluż ta’ natura pekunarja, biex jiżguraw li l-entitajiet finanzjarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti legali; |
(d) |
jirrikjedu, sa fejn huwa permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, fejn ikun hemm suspett raġonevoli ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għal investigazzjoni dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament; u |
(e) |
joħorġu avviżi pubbliċi, inkluż dikjarazzjonijiet pubbliċi li jindikaw l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur. |
5. Meta l-paragrafu 2, il-punt (d), u l-paragrafu 4 japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw il-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju, soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħra li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (c), tkun motivata kif suppost u tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.
Artikolu 51
Eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu l-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 50 f’konformità mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, kif ġej:
(a) |
direttament; |
(b) |
b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; |
(c) |
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil awtoritajiet oħra; jew |
(d) |
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. |
2. L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura ta’ rimedju li għandha tiġi imposta skont l-Artikolu 50, għandhom iqisu l-punt sa fejn il-ksur ikun intenzjonat jew jirriżulta minn negliġenza, u ċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż dawn li ġejjin, fejn xieraq:
(a) |
il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) |
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur; |
(c) |
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli; |
(d) |
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati; |
(e) |
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi determinat; |
(f) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksuba jew it-telf evitat minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika; |
(g) |
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. |
Artikolu 52
Pieni kriminali
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għall-penali amministrattivi jew għall-miżuri ta’ rimedju għal ksur li jkun soġġett għal pieni kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.
2. Fejn l-Istati Membri jkunu għażlu li jippreskrivu pieni kriminali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iżommu kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji, ta’ prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur ta’ dan ir-Regolament, u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jikkooperaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 53
Dmirijiet ta’ notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA sas-17 ta’ Jannar 2025. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
Artikolu 54
Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha ma jkun hemm l-ebda appell wara li d-destinatarju tal-penali jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.
2. Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, l-identità tal-persuni responsabbli u l-penali imposti.
3. Fejn l-awtorità kompetenti, wara valutazzjoni każ b’każ, tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u tad-data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, tkun sproporzjonata, inkluż riskji fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew l-insegwiment ta’ investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew tikkawża, sakemm din tkun tista’ tiġi determinata, ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, għandha tadotta waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva:
(a) |
tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tagħha sakemm ir-raġunijiet kollha kontra l-pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu; |
(b) |
tippubblikaha fuq bażi anonima, f’konformità mal-liġi nazzjonali; jew |
(c) |
iżżomm lura milli tippubblikaha, fejn l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda periklu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, jew fejn tali pubblikazzjoni ma tkunx proporzjonali mal-klemenza tal-penali imposta. |
4. Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali amministrattiva fuq bażi anonima f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta.
5. Fejn awtorità kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu minnufih fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u, fi stadji aktar tard, kwalunkwe informazzjoni relatata sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva għandha tiġi ppubblikata wkoll.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom biss għall-perjodu li jkun meħtieġ biex jitwettaq dan l-Artikolu. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-ħames snin wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
Artikolu 55
Segretezza professjonali
1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu, jew li jkunu ħadmu, għall-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li lilha dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw is-setgħat tagħhom, inkluż awdituri u esperti kkuntrattati minnhom.
3. L-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555, ma għandhomx jiġu divulgati lil xi persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stipulati mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.
4. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kondizzjonijiet operazzjonali u affarijiet ekonomiċi jew personali oħra għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li tali informazzjoni tista’ tiġi divulgata jew fejn tali divulgazzjoni hija meħtieġa għal proċedimenti legali.
Artikolu 56
Protezzjoni tad-Data
1. L-ASE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jipproċessaw data personali biss fejn dan ikun meħtieġ għall-fini li jwettqu l-obbligi u d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-investigazzjoni, l-ispezzjoni, it-talba għal informazzjoni, il-komunikazzjoni, il-pubblikazzjoni, l-evalwazzjoni, il-verifika, il-valutazzjoni u l-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza. Id-data personali għandha tiġi proċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew mar-Regolament (UE) 2018/1725, skont liema wieħed ikun applikabbli.
2. Ħlief meta ikun previst mod ieħor f’atti settorjali oħra, id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm sakemm jitwettqu d-dmirijiet superviżorji applikabbli u fi kwalunkwe każ għal perjodu massimu ta’ 15-il sena, ħlief f’każ ta’ proċedimenti pendenti tal-qorti li jeħtieġu żamma ulterjuri ta’ tali data.
KAPITOLU VIII
Atti delegati
Artikolu 57
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 31(6) u 43(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Jannar 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 31(6) u 43(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 31(6) u 43(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 58
Klawsola ta’ rieżami
1. Sas-17 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-BERS, kif xieraq, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rieżami għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a) |
il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 31(2); |
(b) |
in-natura volontarja tan-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti msemmija fl-Artikolu 19; |
(c) |
ir-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12) u s-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni previsti fl-Artikolu 35(1), il-punt (d), il-punt (iv), l-ewwel inċiż, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-effettività ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iżgurar tas-sorveljanza effettiva tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, u n-neċessità li tiġi stabbilita sussidjarja fl-Unjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, ir-rieżami għandu jinkludi analiżi tar-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12), inkluż f’termini ta’ aċċess għall-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni għal servizzi minn pajjiżi terzi u d-disponibbiltà ta’ tali servizzi fis-suq tal-Unjoni u għandu jqis żviluppi ulterjuri fis-swieq għas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, l-esperjenza prattika tal-entitajiet finanzjarji u tas-superviżuri finanzjarji fir-rigward tal-applikazzjoni u, rispettivament, is-superviżjoni ta’ dak ir-reġim, u kwalunkwe żvilupp regolatorju u superviżorju rilevanti li jseħħ fil-livell internazzjonali. |
(d) |
l-adegwatezza tal-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (e), bl-użu ta’ sistemi ta’ bejgħ awtomatizzati, fid-dawl ta’ żviluppi futuri tas-suq dwar l-użu ta’ tali sistemi; |
(e) |
il-funzjonament u l-effettività tal-JON fl-appoġġ għall-konsistenza tas-sorveljanza u l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-Qafas ta’ Sorveljanza. |
2. Fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar reżiljenza ċibernetika ta’ sistemi ta’ pagament u attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti u l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal operaturi ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bħala parti mir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn sas-17 ta’ Lulju 2023.
Abbażi ta’ dak ir-rapport ta’ rieżami, u wara konsultazzjoni mal-ESAs, il-BĊE u l-BERS, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta, fejn xieraq u bħala parti mill-proposta leġiżlattiva li tista’ tadotta skont l-Artikolu 108, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/2366, proposta biex tiżgura li l-operaturi kollha ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti jkunu soġġetti għal sorveljanza xierqa, filwaqt li titqies is-sorveljanza eżistenti mill-bank ċentrali.
3. Sas-17 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ASE u l-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, dwar l-adegwatezza ta’ rekwiżiti msaħħa għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, permezz tal-inklużjoni ta’ awdituri statutorji u ditti tal-awditjar fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ emendi għad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).
Artikolu 59
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, Taqsima A, il-punt 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effettivi ta’ kontroll u salvagwardja għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).”." |
(2) |
fl-Anness III, il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 60
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 56(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji, għajr għar-rekwiżiti relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”; |
(4) |
fl-Artikolu 79, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali u jimminimizzahom ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inklużi sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554. 2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan tal-irkupru minn diżastri, inkluż pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.”; |
(5) |
fl-Artikolu 80, jitħassar il-paragrafu 1. |
(6) |
fl-Anness I, it-Taqsima II hija emendata kif ġej:
|
(7) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 61
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 909/2014
L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. CSD għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali, kemm interni kif ukoll esterni, u jimminimizza l-impatt tagħhom ukoll permezz tal-iskjerament ta’ għodod, proċessi u politiki tal-ICT xierqa stabbiliti u ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), kif ukoll permezz ta’ kwalunkwe għodod, kontrolli u proċeduri rilevanti oħrajn xierqa għal tipi oħrajn ta’ riskju operazzjonali, inkluż għas-sistemi kollha ta’ saldu tat-titoli li huwa jopera. (*3) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).”;" |
(2) |
jitħassar il-paragrafu 2; |
(3) |
il-paragrafi 3 u 4 jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. Għas-servizzi li jipprovdi kif ukoll għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan adegwat ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, inkluż politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICTstabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, biex jiġu żgurati l-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CSD fil-każ ta’ avvenimenti li jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet. 4. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi l-irkupru tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti kollha fil-ħin tat-tfixkil biex il-parteċipanti ta’ CSD ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’ċertezza u jlestu s-saldu fid-data skedata, inkluż billi jiġi żgurat li s-sistemi kritiċi tal-IT ikunu jistgħu jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet mill-ħin tat-tfixkil kif previst fl-Artikolu 12(5) u (7) tar-Regolament (UE) 2022/2554”; |
(4) |
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. CSD għandu jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi r-riskji li l-parteċipanti ewlenin fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jopera, kif ukoll fornituri ta’ servizzi u utilitajiet, u CSDs jew infrastrutturi tas-suq oħra, jistgħu jippreżentaw għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti b’informazzjoni dwar kwalunkwe tali riskju identifikat. Għandu jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe inċident operazzjonali, għajr b’rabta mar-riskju tal-ICT, li jirriżulta minn tali riskji.”; |
(5) |
fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “7. L-ESMA għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-riskji operazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 6, għajr ir-riskju tal-ICT, u l-metodi biex tittestja, tindirizza jew timminimizza dawk ir-riskji, inkluż il-politiki ta’ kontinwità tal-operat u l-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”. |
Artikolu 62
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 27 g jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 27h huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 27i jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 63
Emenda għar-Regolament (UE) 2016/1011
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/1011, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“6. |
Għal parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, amministratur għandu jkollu proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effettivi ta’ kontroll u salvagwardja għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). |
Artikolu 64
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU C 343, 26.8.2021, p. 1.
(2) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 38.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Novembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2022.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(8) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ara paġna 80 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza ta’ entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ara paġna 164 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(11) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
(12) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(13) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(15) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(16) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(18) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(20) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(21) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(22) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(27) Id-Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (ara paġna 153 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(28) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(30) ĠU C 229, 15.6.2021, p. 16.
(31) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(32) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(33) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(34) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(35) Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).
(36) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(38) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(39) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).