22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2530
tal-1 ta’ Diċembru 2022
li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(11), 31(2), 34(5), 36(4), 39(4), 43(13), 45(7), 55(2), 57(4) u 67(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti. Minħabba dan, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, fost l-oħrajn għall-pagamenti diretti, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 (4). |
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin tat-talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 u dispożizzjoni tranżizzjonali
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 74).